FESTA TAL-MARTIRJU TA’ SAN WANN BATTISTA - 2019 |
|
|
|
Written by Frans Galea
|
Tuesday, 03 September 2019 |
Nhar il-Ħamis 29
ta’ Awwissu fil-parroċċa tagħna ċċelebrajna b’solennità l-festa tal-Martirju
ta’ San Ġwann Battista. Fis-7.00pm sar Pontifikal solenni li tmexxa mill-E.T.
Mons. Giovanni Cefai, Isqof tal-Prelatura ġdida ta’ Santiago Apóstol de
Huancané fil-Perù. Fi tmiem il-Quddiesa l-Arċipriet Mons. Daniel Xerri f’isem
il-parroċċa rregala statwa ta’ San Ġwann Battista lill-Isqof Cefai, li jġib
l-isem tal-Patrun tagħna “Giovanni”. Min-naħa tiegħu l-Isqof irregala
lill-parroċċa ritratt tiegħu u talab lill-komunità biex tiftakar fih fit-talb
tagħha. Ta’ min jgħid ukoll li l-ġabra li saret waqt il-Pontifikal kienet
b’risq il-missjoni tal-Isqof Cefai.
|