Wednesday, 18 September 2019
           
Home arrow News arrow Latest arrow FESTA TAL-MARTIRJU TA’ SAN WANN BATTISTA - 2019
FESTA TAL-MARTIRJU TA’ SAN WANN BATTISTA - 2019 PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Tuesday, 03 September 2019

Nhar il-Ħamis 29 ta’ Awwissu fil-parroċċa tagħna ċċelebrajna b’solennità l-festa tal-Martirju ta’ San Ġwann Battista. Fis-7.00pm sar Pontifikal solenni li tmexxa mill-E.T. Mons. Giovanni Cefai, Isqof tal-Prelatura ġdida ta’ Santiago Apóstol de Huancané fil-Perù. Fi tmiem il-Quddiesa l-Arċipriet Mons. Daniel Xerri f’isem il-parroċċa rregala statwa ta’ San Ġwann Battista lill-Isqof Cefai, li jġib l-isem tal-Patrun tagħna “Giovanni”. Min-naħa tiegħu l-Isqof irregala lill-parroċċa ritratt tiegħu u talab lill-komunità biex tiftakar fih fit-talb tagħha. Ta’ min jgħid ukoll li l-ġabra li saret waqt il-Pontifikal kienet b’risq il-missjoni tal-Isqof Cefai.

29-8-19-2000.jpg

 

 
< Prev   Next >