Monday, 09 December 2019
           
Home arrow News arrow Latest arrow FESTA TAL-MADONNA TAL-HNIENA 2019
FESTA TAL-MADONNA TAL-HNIENA 2019 PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Thursday, 26 September 2019

Nhar is-Sibt 21 ta’ Settembru 2019 fil-parroċċa tagħna ġiet iċċelebrata l-festa tal-Madonna tal-Ħniena fil-Kappella ddedikata lilha. Filgħodu saret Quddiesa bl-omelija mill-arċipriet Mons. Daniel Xerri. Imbagħad filgħaxija sar pellegrinaġġ ta’ talb bil-kwadru tal-Madonna fil-Plots tal-Barmil. Fi tmiem il-pellegrinaġġ saret Konċelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Mons. Mario Grech ħdejn il-Playing Field. F’din il-Quddiesa ħadu sehem ukoll l-għarajjes li qed jagħmlu l-kors ta’ tħejjija għaż-żwieġ fil-parroċċa tagħna. Il-kant kien animat mill-kor tat-tfal “Ulied il-Battista”. Wara l-Quddiesa sar barbeque tal-okkażjoni ħdejn il-Playing Field.

pellegrinagg_21-9-19.jpg
 koncelebrazzjoni_21-9-19.jpg

 

Last Updated ( Thursday, 26 September 2019 )
 
< Prev   Next >