Monday, 06 April 2020
           
Home
SIGRA TAL-MILIED B’RISQ IL-KARITÀ PDF Print E-mail
Written by Frans Galea   
Friday, 06 December 2019

Nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019 tajna bidu għaż-żmien tal-Avvent. Fi tmiem il-Quddiesa tad-9.30am fil-knisja tagħna ġiet inawgurata siġra tal-Milied b’risq il-karità. It-tfal preżenti ġew mistiedna jqiegħdu fuq din is-siġra dekorazzjonijiet li fuqhom kien hemm miktub l-isem ta’ xi rigal. Il-komunità ġiet mistiedna biex kulħadd jieħu xi waħda minn dawn id-dekorazzjonijiet, jixtri r-rigal li jkun hemm miktub fuqha u jqiegħdu taħt din is-siġra biex imbagħad jingħata lil xi persuna jew familja fil-bżonn fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied.

img-9427-2000.jpg  

 

Last Updated ( Friday, 06 December 2019 )
 
< Prev   Next >