Written by Frans Galea
|
Saturday, 09 January 2021 |
Nhar it-Tnejn 4 ta' Jannar 2021
sar il-funeral ta' Nazzarenu Zammit mix-Xewkija
Ghawdex li halla din id-dinja nhar il-Gimgha 1 ta' Jannar 2021 fl-eta ta' 75 sena. Fit 3.00pm sar il-korteo funebri u wara bdiet il-Quddiesa presente cadavere fil-Knisja Rotunda mmexxija mill-Arcipriet Mons. Daniel Xerri . Il-komunita parrokkjali tax-Xewkija twassal il-kondoljanzi lill-familja u twieghdhom it-talb.
|