Welcome to Xewkijaparish.org, the website of Xewkija Parish.
|

|
|
Home
|
|
Written by Trevor Sultana
|
|
Sunday, 21 February 2010 |
|
Il-qari fil-liturgija ta' dan il-Hadd huwa: Qari I - Dt. 26, 4-10; Qari II - Rum. 10, 8-13; Evangelju - Lq. 4, 1-13. Ta' kull sena (A, B u C), l-ewwel Hadd tar-Randan jipprezentalna l-episodju tat-tentazzjonijiet ta' Gesu fid-dezert. Din is-sena (C), l-episodju huwa ipprezentat lilna minn San Luqa li, bhal Mattew, juri lil Gesu ittentat bi tliet modi. Ir-Randan huwa mixja u l-Knisja, fil-bidu tieghu, tixtieq tfakkarna dwar xinhu l-punt tat-tluq f'din il-mixja - xinhi s-sitwazzjoni prezenti ta' kull dixxiplu ta' Gesu. Id-dixxiplu ta' Gesu jinsab f'tensjoni kontinwa bejn dak li hu ideali u dak li hu kapaci jwettaq, bejn l-imhabba u l-egoizmu, bejn il-fiducja u l-qtigh il-qalb. Din hi s-sitwazzjoni mnejn se jitlaq id-dixxiplu ta' Gesu. Minkejja din is-sitwazzjoni, id-dixxiplu ta' Gesu ghandu tama, ghax l-Imghallem tieghu li kien tassew bniedem bhalna f'kollox minbarra d-dnub, irnexxielu jirbah din it-tensjoni. Skont Santu Wistin, dan l-episodju tal-vangelu jfakkarna li f'Gesu, li hu r-Ras tal-Gisem li ahna membri tieghu, ahna rbahna lid-dinja. Din ir-rebha hija l-possibilta sabiha li d-dixxiplu ta' Gesu jista' jesperjenza kuljum.
Mulej Gesu int irbaht id-dinja u tistieden lilna biex ma nibzghux. Kun maghna fit-tigrib, u kun int li tirbah fina. Amen.
|
|