|
Il-Veronika tixxotta l-Wicc ta' Gesu'
Hsieb:
Ilha hafna b'ghajnejha fuqek. Sofriet mieghek. Ma felhitx aktar, warrbet lis-suldati u xxottatlek wiccek be drapp fin. X-xbieha ta' wiccek baqghet stampata fuq il-maktur taghha....f'qalbha din ix-xbieha baqghet zgur.
Mulej irrid nahseb fuqek fit-tul, irrid inqawwi qalbi u nhares f'ghajnejk. Bhal ma omm thares lejn it-tarbija taghha jew ahjar bhal ma tifla thares f'ghajnejn ommha jew bhal ma tfajla thares f'ghajnejn il-mahbub taghha. Irrid insir nixbhek, irrid insir ix-xbieha tieghek. Iebsa...Ninsab imdawwar b'bosta xbihat ohra li jhajruni nsir bhalhom. Xbihat tal-karti, xbihat tal-films, xbihat fil-kotba u reklami. Xbihat ta' hajja diversa, xbihat ta' gmiel artificjali, ucuh li jinbidlu minn hin ghall-iehor. Ucuh bla ruh. Maskri li jghattu qlub bla hajja. Qoxra rqiqa li tghatti wcuh imdejqa. Ucuh foloz.
Ix-xbieha tieghek fija qed tghib, gismi mxennaq ghall-pjacir imqanqal ta' xbihat tad-dinja. Irrid inwarrab ghal kollox kull hjiel tal-prezenza tieghek f'qalbi.
Hares lejja Mulej. Ghidli. Jien ilbist il-maskra bhall-ohrajn? Nahseb li qed insir bhalhom. Bla ruh, bla qalb, bla mohh, bla valuri, bla sens ta' responsabbilita'. Kollox artificjali. L-aqwa li jien bhall-ohrajn.
Ghajnejja issa ccajpru u la jien ma nista' nilmah lilek u l-anqas l-ohrajn ma jistghu jaraw lilek fija.
Talba:
Mulej, carratli l-maskra minn fuq wicci. Arani kif jien.
Nadurawk O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.
(Mehud minn 'Habbejtni Mulej...u Ghadek Thobbni)
|