|
Att ta’ Mhabba
Sinjur Gesu’ Kristu, inhares lejk u, filwaqt li jiena nemmen u nistqarr li inti Alla veru inkarnat u zvinat fuq is-salib ghas-sahha tal-bnedmin, inhoss in-natura tghidli: “Possibbli li Alla, tant maestuz u tant kbir fih innifsu, possibbli li ghamel dan il-pass, u cekken ruhu daqshekk, sar bniedem u sar oggett ta’ mewt f’tant disprezzi u ugighat!!!”
Dan il-hsieb, li jghaddi mill-mohh ta’ kull bniedem, li min-natura huwa supperv, li ma jridx jitbaxxa, kien tassew jasal biex jahkimni u jiddominani serjament kieku inti ma tajtnix id-dawl biex naghraf li inti mhabba u li inti thobb ta’ Alla li inti.
Sinjur, kemm ta’ min ihobbok! Iva, in-natura taghna stess tqanqalna biex inhobbu ‘l min ihobbna. U min habbna daqsek? Il-beneficcji, li inti ghamilt u li taghmel maghna, u li hadd hliefek ma seta’ jew jista’ jaghmlilna, inehhu kull dubju fuq l-imhabba tieghek lejna mill-mohh li jirrifletti fuq il-holqien, fuq il-providenza u fuq il-fidwa. Kieku inti ma tajtniex l-ezistenza konna nibqghu nghammru fir-renju tax-xejn taghna; kieku inti ma tehux hsiebna u tghajjixna konna nintfew mill-hajja f’mument ta’ghaxwa; kieku inti ma sirtx bniedem u fdejtna b’demmek, kieku l-infern huwa d-dar taghna ghall-eternita’. Nipperswadi wisq ruhi mill-istess natura taghna li l-ingratitudni toffendik tassew, u li inti trid li ahna nirringrazzjawk b’osservanza fidila ghal-ligi divina tieghek, li hija l-istess volonta’ tieghek. Sinjur Gesu’ Kristu, ringrazzjamenti lilek, u mahfra lili. Ammen. O Vergni mbierka, Marija Santissma jiena perswaz fuq il-kbira potenza tieghek ghax inti omm Alla, nirrikorri lejk sabiex ma nintilifx. Inti sofrejt wisq fid-dinja minhabba Gesu’ Kristu, ibnek u Iben ta’ Alla, li gie biex isalva l-midinbin: ghalhekk jiena noffrilek dak is-sejf li niffidlek ir-ruh tieghek sabiex inti ma thallinix immur insofri wara mewti. Ammen
(Minn Ftuh il-Qalb 2, pag 135)
Bennie Mercieca
Superjur Museum Subien
Xewkija
|