|
Written by Trevor Sultana
|
|
Saturday, 27 February 2010 |
|
Jekk fl-ewwel Hadd tar-Randan il-Knisja poggitilna ghar-riflessjoni taghna is-sitwazzjoni prezenti ta' kull nisrani (it-tentazzjonijiet), f'dan il-Hadd il-Knisja tixtieq turina s-sitwazzjoni futura - il-punt tal-wasla wara din il-mixja li qed naghmlu. Infatti llum il-Knisja tipprezentalna l-episodju tat-Trasfigurazzjoni fejn Gesu wera l-glorja tieghu lill-Appostli li kienu prezenti. Jekk ahna niehdu bis-serjeta l-mixja taghna wara l-Mulej, il-glorja li kellu Gesu fuq it-Tabor ghad tkun taghna - imma l-ewwel irridu nghaddu mit-triq tas-salib kif ghadda qabilna hu. F'din il-grajja, jinstema' lehen il-Missier u b'ton ta' kmand jghidilna "isimghu lilu", jekk irridu verament naslu f'dik il-glorja li fiha dahal Kristu, ir-Ras taghna. Jista' jkun li ghalkemm qed nipprova naghmel xi haga izjed f'dan ir-Randan, ghadni ma sibtx ghal-liema raguni qed naghmel dan. Il-vangelu tal-lum jaghtini r-risposta. Il-qari fil-liturgija huwa: I Qari - Gen. 15, 5-12.17-18; II Qari - Fil. 3,17-4,1; Evangelju - Lq. 9, 28b-36.
|