|
Gesu' jitlob fil-gnien taz-Zebbug
Mbaghad hareg u mar bhas-soltu fuq l-gholja taz-zebbug, u d-dixxipli wkoll marru mieghu. Kif wasal hemmhekk qalilhom: "Itolbu li ma tidhlux fit-tigrib". Mbaghad tbieghed minnhom daqs tefgha ta' gebla, u nxtehet gharkubbtejh jitlob u jghid: "Missier, jekk inti trid, warrab minni dan il-kalci! Izda tkun maghmula r-rieda tieghek, u mhux tieghi". Deherlu anglu mis-sema biex jaghmillu l-qalb. (Lq 22, 39-43)
Hsieb:
Fil-gnien tal-Eden Alla johloq il-bniedem fuq xbieha tieghu, u jinzel jippassigga mieghu. (Gen 3,8). Il-Hallieq jitkellem mal-hlejqa tieghu! Izda x-xitan jidhol bejniethom u jkisser din ir-rabta, hekk li l-bniedem jaghti widen mhux aktar ghal kliem il-Hallieq izda ghal kliem il-Qarrieq.
Fil-Gnien taz-Zebbug, Bin il-Bniedem fis-sikta tal-lejl jerga' jiltaqa' mal-Missier u jitkellmu flimkien. L-Iben idur lejn il-Missier u jghidlu: "Missier, tkun maghmula r-rieda tieghek, u mhux tieghi". Dak li tkisser fl-Eden, issa jiehu l-hajja fil-Gnien taz-Zebbug.
Talba:
O Marija, gnien tal-Hallieq! Gufek huwa ghalqa ghammiela li fih gie mizrugh il-Verb Divin. Fik u bik il-Kelma ta' Alla saret bniedem bhalna. Inti l-Mara li tghozz f'qalbek din il-Kelma u tahseb fuqha. Inti titkellem mal-Kelma ta' Alla.
Izda inti wkoll il-Mara tas-Skiet! Iva, fis-skiet tiltaqa' mal-Hallieq! Ghaliex fina u madwarna jinsab ftit silenzju? Ghaliex nibzghu mis-skiet? Marija, ghallimna nhobbu s-silenzju. Ghinna nidhlu fil-kamra ta'gewwa u hemm, fil-fond ta' qalbna, niltaqghu mal-Kelma Divina, dik il-Kelma li Ommna l-Knisja tizra' fina permezz tal-predikazzjoni u bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu.
Nadurawk Gesu' u nberkuk, ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.
(Mehuda mill-ktieb: Hadha Ghandu ta' Dun Gerard Buhagiar)
 |
|
Il-Vara ta' Gesu jitlob fil-Gnien
taz-zebbug
|
|