Welcome to Xewkijaparish.org, the website of Xewkija Parish.
|

|
|
Home
|
|
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija |
|
|
|
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 28 February 2010 |
|
Il-Flagellazzjoni
Jitkellem Gesu:
Meta Pilatu ra li ma setax jehles minn dik il-migemgha ta'nies hekk rashom iebsa u hziena, hasibha li jifflagellani biex hekk ikollu jgib skuza biex jibghatni 'l barra mehlus. Kien jaf li jiena innocenti u b'danakollu qeghedni f'idejn is-suldati tieghu biex jifflagellawni skond l-uzu ruman. Kieku kont taf x'xehta ta' nies ta' qattaghani kienu! X'qalb u xi stonku kellhom! Nezzghuni. O! Kieku kont hemm tara d-daqqiet tas-swat nezlin fuq gismi marbut! Ma' kull daqqa dlonk titfacca tbengila.
Titkellem ir-Ruh:
O Mulej, inti tant batejt f'gismek minhabba fina u jiena tant zammejt lil gismi f'tghaxxiq u fi tpaxxija u fi fsied. Irrid mil-lum 'il quddiem nghakksu lil dan il-gisem billi nsawmu u ncahhdu sabiex noffrih lilek b'vittma kollha fwieha. O Mulej, kemm noffenduk ta' spiss minhabba l-gisem! Henn ghalina.
Nadurawk O Gesu' u nberkuk, ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.
(Mehuda minn Adorazzjoni tal-Gimgha l-Kbira ta' San Gorg Preca)
 |
|
Il-Vara ta' Gesu marbut
mal-Kolonna
|
|
|
Last Updated ( Monday, 01 March 2010 )
|
|