A+ | A- | Reset

smallphoto2.jpg

 

Welcome to Xewkijaparish.org, the website of Xewkija Parish.


Home
Hsieb - Vari tal-Gimgha l -Kbira Xewkija PDF Print E-mail
Written by Mary Xerri   
Monday, 01 March 2010

L-Inkurunazzjoni bil-Kuruna tax-Xewk

Jitkellem Gesu':

Kont ghadni fil-bitha ta' Pilatu taht idejn dawk il-manigoldi - qishom klieb irrabjati - u dawn bdew jghidu wiehed lill-iehor: "U mela jista' jkun li ma naghtuhx il-gieh ta' re li hu?"  Ghalhekk imnezza' kif kont qeghduli fuq spallejja porpra hamra ta' suldat ruman, tawni f'idi l-leminija qasba bhal xettru u fuq rasi kuruna tax-xewk, bhala kuruna rjali.  Kont bilwieqfa u bdew jghaddu biex jaghtuni taparsi gieh u qima ta' re, bdew jghiduli: "Is-sliem ghalik, o re tal-Lhud." Erhilhom jaghtuni daqqiet ta' harta biex iktar izebilhuni.  Jidhol Pilatu fl-bitha u, kif rani f'dik is-sura li ggib hniena, haseb li sejjer jirnexxielu jehlisni billi juri lill-poplu l-istat tieghi.  Qeghidni fil-logga kif kont imlibbes bil-porpra u bix-xewk ma' rasi u b'lehen shish qalilhom: "Ekku l-bniedem!"  F'hin bla waqt kulhadd jghajjat: "Sallbu, Sallbu.  Nehhieh mill-wicc ta' din l-art."

Titkellem ir-ruh:

O Mulej, gieni f'qalbi l-biki tal-hniena lejk xhin rajtek mibdul f'haga tad-dahk, re taz-zuffjett.  Irrid li kull darba li nghaddi minn quddiemek sagramentat, qabel ma nilwi gharkubbtejja bi hsieb ta' qima u ta' adorazzjoni ghax inti Alla veru u haj, insellimlek b're tassew ta' kulhadd waqt li nghidlek: Is-sliem ghalik, ja Re tar-rejjiet.

Nadurawk O Gesu' u mberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

(Mehuda minn Adorazzjoni tal-Gimgha l-Kbira ta' San Gorg Preca)

vari_n.jpg
 

 Il-Vara ta' Gesu' Nkurunat

 

Last Updated ( Saturday, 06 March 2010 )
 
< Prev   Next >
© 2010 www.xewkijaparish.org