A+ | A- | Reset

smallphoto2.jpg

 

Welcome to Xewkijaparish.org, the website of Xewkija Parish.


Home
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija PDF Print E-mail
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 02 March 2010

Gesu' jaqa' taht il-piz tas-salib

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Izaija:

Araw! Il-qaddej tieghi jsib ir-risq, jintrefa', joghla u jkun 'il fuq minn kulhadd.  Bhalma hafna ndiehxu minnu - ghax wiccu thassar, donnu ma kienx bniedem, u s-sura tieghu ma kontx tqisha ta' bniedem - hekk ghad jistaghagbu hafna gnus minhabba fih.  Quddiemu s-slaten jaghlqu halqhom, ghax ghad jaraw grajja li qatt ma ssemmiet, u jifhmu dak li qatt ma semghu bih. (Iz 52:13-15)

Hsieb:

Kemm hi kbira mhabbtek ghalina, Missier!  Ghall-imhabba taghna int insigt storja li fi kliem il-profeta Isaija qatt ma ssemmiet qabel: ma stmerrejtx li Ibnek jinzel f'guf ta' vergni, jitwieled mal-foqra, jinzel fil-hama tal-gordan u jitghammed mal-midinbin, u issa jaccetta s-salib u jaqa' taht it-toqol tieghu.  Ta' bnedmin dghajfa li ahna dan kollu ma nifhmuhx u quddiem il-waqgha ta' l-iben ta' Alla taht id-dnubiet taghna l-unika haga li nistghu naghmlu hi li nisktu, nidhlu fina nfusna u nhabbtu fuq sidirna b'indiema.

Talba:

Mulej Gesu', int waqajt taht it-toqol ta'dnubietna, imma rgajt qomt u komplejt miexi ghall-imhabba taghna u hekk urejtna l-qawwa ta'Alla fl-aqwa taghha sewwasew fejn hemm id-dghajjef.  Bhalma int wettaqt ir-rieda ta' Missierek fil-misteru tas-salib u hekk tghollejt minnu 'l fuq minn kulhadd, ghinna nharsu lejn is-salib taghna bhala ghajn ta'fidwa, u ma niddisprawx taht il-piz tieghu imma naccettawh u nghannquh biex bih inkomplu naghmlu r-rieda tieghek fuq l-art ahna u mexjin ghal ghandek halli nitghaxxqu bik ghal dejjem.

Nadurawk O Gesu' u mberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna

(Mehuda minn Din hi s-Siegha! Kitba tas-Seminaristi tad-Djocesi ta' Ghawdex)

Last Updated ( Wednesday, 10 March 2010 )
 
< Prev   Next >
© 2010 www.xewkijaparish.org