|
Festa tal-Martirju ta' San Gwann |
|
Written by Trevor Sultana
|
|
Saturday, 28 August 2010 |
|
Matul din il-gimgha, il-parrocca taghna qed taghmel il-festa tal-martirju ta' San Gwann il-Battista, li l-Knisja ticcelebrah nhar id-29 t'Awwissu. Nhar l-Erbgha saret velja ta' talb u riflessjonijiet fuq iz-zuntier tal-knisja, u lahqet il-qofol taghha bil-hrug tal-istatwa ta' San Gwann min-nicca. Il-Hamis saret l-ikla organizzata mill-ghaqda tal-armar tal-festa. Il-Gimgha sar sports ghat-tfal, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali. Is-Sibt fil-5.00pm se ssir koncelebrazzjoni bil-vespri integrat. Imbaghad il-Hadd 29 t'Awwissu, fit-8.30pm se jsir Pontifikal immexxi minn Mons. Nikol Cauchi, Isqof emeritu ta' Għawdex.
Il-Martirju ta' San Gwann - Paul Camilleri Cauchi (Rotunda Xewkija)
|
|
|
Written by Mary Xerri
|
|
Friday, 30 July 2010 |
|
Is-Segretarjat Djoċesana għall-Appostolat tal-Lajċi ser jorganizza
Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Parroċċa ta’ Stella Maris tas-Sliema - Malta,
nhar it-Tlieta, 17 t’Awwissu, 2010.
Nitilqu mill-Imġarr Għawdex mal-vapur tal-5.15p.m.Fiċ-Ċirkewwa jkollna transport ipprovdut għal din l-okkażjoni.Is-saċerdoti kollha li jiġu huma mistiedna jikkonċelebraw mall-E.T. MonsMario Grech Isqof t’Għawdex u jġibu magħhom Alba u Stola bajda. Kulħadd huwa mistieden għal dan il-PellegrinaġġNirritornaw lura lejn Għawdex mal-Vapur tal-9.45 p.m.
N.B. Ġibu magħkom il-Karta ta’ l-Identita’.
Min ser jiġi jinkiteb fl-Uffiċċju Parrokkjali ta’kull Parroċċa sat-Tnejn 16t’Awwissu 2010. Il-ħlas barra il-Vapur huwa tat-€3.00.
|
|
Last Updated ( Friday, 30 July 2010 )
|
|
|
ADORAZZJONI S-SIBT 31 TA' LULJU 2010 |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Friday, 30 July 2010 |
|
Is-Sibt 31 ta' Lulju ser isir nofs lejl Adorazzjoni fil-Kappella ta' Sant'Antnin x-Xaghra mill-Moviment Ewkaristiku Ghawdxi. Imexxi Mons Rosario Borg.
Tibda f'it-8.30pm b'Quddiesa u taghlaq b'quddiesa ohra f'nofs il-lejl.
Il-Mulej jaghtina 24 siegha - tghid ma nsibux ftit hin li niddedikawh ghaliH?
"Ejjew ghandi intom ilkoll li tinsabu mhabbtin u mtaqqlin u jiena nserrahkom
|
|
Last Updated ( Friday, 30 July 2010 )
|
|
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 25 July 2010 |
GĦAFAS HAWN taht biex tniżżel ir-rivista ‘Flimkien’ għax-xahar ta’ Awissu 2010.
http://maltadiocese.org/files/2010/07/Flimkien-Awwissu.pdf
|
|
|
KTIEB GDID MILL-PAPA GHAT-TFAL : IL-HBIEB TA’ GESU |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 25 July 2010 |
Pope Benedict XVI
“The Friends of Jesus” – “Il-ħbieb ta’ Ġesu” huwa t-titlu ta’ ktieb ġdid għat-tfal miktub mill-Papa Benedittu XVI. Fih jirrakkonta l-istorja tat-12-il appostlu u ta’ San Pawl.
Il-ktieb, li fih 48 paġna, fuq disinn tal-artist Taljan Franco Vignazia u ppubblikat mid-dar tal-pubblikazzjonijiet San Giuliano Milanese, skont L’Osservatore Romano, iġib flimkien numru ta’ passaġġi mill-katekeżijiet tal-Papa kull nhar t’Erbgħa waqt l-udjenzi ġenerali tiegħu.
Id-daħla tal-ktieb saret mis-saċerdot Spanjol Fr Julian Carron, President tal-Fraternita tal-Komunjoni u l-Liberazzjoni.
“Darba kien hemm grupp ta’ rġiel li, jum fost l-oħrajn elfejn sena ilu, iltaqgħu ma’ żagħżugħ jimxi fil-Galilija. Kull wieħed minnhom kellu x-xogħol u l-familja tiegħu, pero f’daqqa waħda, ħajjithom inbidlet. Dawn kien jisimhom Indrija u Ġwanni, Pietru, Tumas, Mattew eċċ. Kienu tnax u llum nirreferu għalihom bħala appostli… F’Ġerusalemm dak iż-żmien, kulħadd kien jaf li huma ħbieb ta’ Ġesu. Iżjed tard ingħaqad magħhom San Pawl li minn persekutur tal-insara sar wieħed mill-ikbar xhieda ta’ Kristu” – kiteb Fr Carron.
Fr Carron jispjega li l-Papa jakkumpanja lill-qarrej pass pass fl-iskoperta ta’ min kienu l-appostli, kif iltaqgħu ma’ Ġesu u x’wassalhom biex jibqgħu fidili lejh sal-aħħar.
|
|
|
KUNGRESS DWAR IT-TEOLOGIJA TAL-GISEM OFFRUT ONLINE |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 25 July 2010 |
|
Kungress dwar it-Teoloġija tal-Ġisem qed jiġi offrut online madwar id-dinja wara li r-reġistrazzjoni għalih fejn kien pjanat li jsir, ingħalqet.
L-Istitut għat-Teoloġija tal-Ġisem qed iżomm l-ewwel Kungress Nazzjonali bejn it-28 u t-30 ta’ dan ix-xahar qrib Philadelphia, kungress li qed jattira numru ta’ kelliema sabiex jagħtu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom u jmexxu workshops fuq is-suġġett minn diversi perspettivi: il-ministeru pastorali, il-katekeżi u l-evanġelizzazzjoni, il-filosofija u t-teoloġija, kif ukoll iż-żwieġ u l-familja.
Il-kelliema jinkludu lill-kardinal Justin Rigali ta’ Philadelphia; Helen Alvaré, professur tal-liġi u konsulent għall-Kunsill Pontifiċju tal-lajċi.
Maria Stumpf, direttur tal-operat u l-programmi tal-Istitut qalet li r-reġistrazzjoni għall-Kungress għalqet malajr. Kien irrappurtat li se jattendu mal-450 persuna minn għaxar pajjiżi. Dawn jinkludu 42 saċerdot, 16-il soru u 5 djakni.
Wara li għalqet ir-reġistrazzjoni kien deċiż li indirizzi li se jsiru mill-kelliema kif ukoll preżentazzjonijiet magħżula se jkunu aċċessibbli online għal dawk li ma jistgħux jattendu għall-Kungress madwar id-dinja.
|
|
Last Updated ( Sunday, 25 July 2010 )
|
|
|
|
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 Next > End >>
|
| Results 1 - 26 of 218 |