Wednesday, 19 December 2018
           
Home
Il-Bullettin tal-Hadd 16 ta' Dicembru 2018
Written by Frans Galea   
Saturday, 15 December 2018
 
16_dec_18.jpg
 bullettin_16-12-2018.jpg
 
IT-TIELET HADD TAL-AVVENT (2018) FEJN TAHSEB LI JINSAB IL-FERH?
Written by Frans Galea   
Saturday, 15 December 2018

Din hija il- Liturgija tat-Tielet Hadd ta' L-Avvent ( 2018 ) bi hsibijiet  min Joe Rapa.

saint_john_the_baptist_preaching-2000.jpg

 

Għal ħafna tidher mistoqsija sempliċi mmens:  Fejn taħseb li jinsab il-Ferħ?  Mitt bniedem mitt fehma u din il-mistoqsija tislet mitt risposta differenti mingħand mitt mara jew raġel.  Hawn min jemmen b’qalbu kollha li jekk ikun sinjur kbir ikun ferħan.  Ngħiduha kif inhi, ilkoll għandna minnu dan.  Ilkoll nemmnu li jekk nitilgħu f’xi lotterija li trebbaħna l-miljuni u hekk inkunu nistgħu nixtru li rridu, insiefru kemm u fejn irridu, nixtru popolarità, nibnu xi palazz u dar ħdejn il-baħar... dan kollu żgur li jkattar il-ferħ tagħna; inkunu iktar kuntenti, komdi, biex ma nsemmix li jekk ikolli bżonn xi ħaġa għal saħħti immur għand l-aqwa u l-aħjar għall-kura.

 

L-Iskrittura, nfatti, ssemmi lill-flus bħala l-oġġett li l-bnedmin l-aktar li jorbtu qalbhom miegħu.  Hemm min jemmen li l-ferħ jiġi mill-ħajja tal-familja, għaliex le?  Hemm min jgħidlek li l-ferħ jinsab fil-pjaċir u s-sodisfazzjon ta’ kulma jitolbok il-ġisem. Hawn jidħol il-ġenn għat-telqa f’sesswalità bla rażan, għat-tbaħrid, għall-abbandun tal-kontrol f’kollox, inkluż il-vizzji tad-droga, xorb, logħob tal-ażżard u vizzji oħra. 

 

Read more...
 
“SOUNDING THE JOY OF CHRISTMAS”
Written by Frans Galea   
Wednesday, 12 December 2018

Nhar il-Ħadd 16 ta’ Diċembru 2018, fil-knisja Rotunda tax-Xewkija ser issir it-tieni edizzjoni tal-Kunċert tal-Milied minn Amy Rapa fuq l-orgni u Robert Buttigieg bit-trumpet. Jieħu sehem ukoll il-Kor tat-tfal “Ulied il-Battista”. Il-kunċert jibda fis-6.00pm. Dħul b’xejn. Kulħadd huwa mistieden...

 poster_kuncert_milied_2018-2000.jpg

 

 
Il-Bullettin tal-Hadd 09 ta' Dicembru 2018
Written by Frans Galea   
Sunday, 09 December 2018
9_dec_2018.jpg  
 bullettin_09-12-2018.jpg
 
IT-TIENI HADD TAL-AVVENT (2018) IL-FERH LI TASSEW JIMLA’ QALB IL-BNIEDEM
Written by Frans Galea   
Saturday, 08 December 2018

Din hija il- Liturgija tat-Tieni Hadd ta' L-Avvent ( 2018 ) bi hsibijiet  min Joe Rapa.

johnbaptist_preaching-678x380.jpg

 

Ilkoll kemm aħna niġru wara ħafna affarijiet biex jagħtuna l-Ferħ u sikwit dawn l-affarijiet li fihom nittamaw mhuma xejn ħlief dnub, mewt, investiment fix-xejn.  Imma lkoll kemm aħna ġieli nħossu bħal leħħa ta’ Ferħ veru, Ferħ ġej minn Alla, żiffa ta’ dak li għalih titħannen ruħna.  Il-Ferħ huwa l-Ħajja.  Tassew li fil-Ħajja hemm ukoll it-tbatija u d-dieqa imma dawn huma l-melħ li jagħtu togħma lill-eżistenza.  Għax jekk kollox jiġina tajjeb, malajr nibdew nixbgħu minn kollox u l-Ħajja tispiċċa monotona!  Mank temmen, imma l-Ferħ jitwieled min-niket u t-tbatija!  Kos x’misteru!  Kollox irid ikun. 

 

Waqt li r-Randan għandu bidu u tmiem, l-Avvent huwa msejjaħ bħala xbieha tal-Ħajja tan-Nisrani.  Huwa żmien ta’ stennija, stennija sabiħa, stennija għall-Ferħ ġenwin u sempliċi li ma tixtrihx bil-flus.  In-Nisrani huwa dak il-bniedem li jistenna dejjem ħwejjeġ kbar mingħand Alla.  Il-qalb tiegħu titqanqal għal dak li kapaċi jagħtih Alla li jista’ kollox.  U inqas kemm it-tqanqil tiegħu huma għal ħwejjeġ materjali, ikbar hija l-probabiltà li dan il-Ferħ hu fil-qrib.  Alla huwa Festa, qal xi ħadd, u min daqu, dan jafu tajjeb.  Alla huwa wkoll Sorpriża.  Anke l-bniedem ta’ Fidi kbira ma jista’ qatt jimmaġina dak li Alla jrid idewqu.  Il-Mulej dejjem jissorprendi bil-meravilja tiegħu u l-bniedem jibqa’ mistagħġeb, b’ħalqu miftuħ quddiem il-Ferħ li jinvadih bħalma l-Ispirtu s-Santu biss jaf jinvadi n-nies.


 

Last Updated ( Saturday, 08 December 2018 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 02 ta' Dicembru 2018
Written by Frans Galea   
Saturday, 01 December 2018
2_di_18.jpg
 bullettin_02-12-2018.jpg
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 1 - 26 of 1147