Monday, 25 June 2018
           
Home
L-24 Hadd ta' Matul is-Sena
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 13 September 2009

Fil-Vangelu tal-24 Hadd ta' Matul is-Sena (Mk. 8, 27-35), il-Knisja tipprezentalna l-episodju ta' Gesu mad-dixxipli f'Cesarija ta' Filippu.  Hawnhekk Gesu jistaqsihom: "Intom min tghidu li jien?"  Hija mistoqsija li jekk napplikawha ghalina ggieghlna nahsbu.  Min hu Gesu ghalija?  Semplici persunagg importanti, bhal hafna ohrajn?  Ir-relazzjoni tieghi ma' Gesu tiddependi hafna mit-tip ta' tweġiba li naghti ghal din il-mistoqsija.

Mulej Gesu, kompli kuljum gharrafni lilek u triq li ghandi niehu biex nimxi warajk. (Mill-bullettin tal-Hadd)

Ara l-istampa bil-qies kollu taghha.
Last Updated ( Sunday, 13 September 2009 )
 
It-Twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija
Written by Trevor Sultana   
Monday, 07 September 2009

                 Nhar it-Tlieta 8 ta' Settembru l-Knisja ticcelebra l-festa tat-twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija.  Ghalina l-Maltin hija wkoll festa Nazzjonali li tfakkarna meta missirijietna flimkien mal-Kavallieri ta' San Gwann irnexxielhom jirbhu fuq l-ghadu li ried jahtaf il-gzejjer taghna.  Il-Maltin hassew l-id ta' Marija f'din ir-rebha li kisbu.  Ghalkemm f'dan il-jum m'hemmx l-obbligu tal-Quddies, tkun haga sabiha li wiehed jiehu sehem fl-Ewkaristija f'din il-gurnata ghaziza.  Il-hin tal-Quddies, fil-Knisja taghna, se jkun bhal nhar ta' xoghol, jigifieri: Filghodu - 5.30, 6.00, 6.45 u 9.00 u filghaxija - 5.30 u 6.30. 

It-Twelid tal-Vergni Mqaddsa Marija - Murillo
Last Updated ( Saturday, 12 September 2009 )
 
It-23 Hadd ta' Matul is-Sena
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 06 September 2009

         Illum il-Knisja ccelebrat it-23 Hadd ta' Matul is-Sena.  Il-Vangelu (Mk. 7, 31-37) jirrakkontalna l-fejqan li Gesu wettaq fuq ragel trux u mutu.  Gesu jsib ruhu quddiem bniedem li minhabba d-difett fiziku tieghu ma setax jidhol f'kuntatt ma' dawk ta' madwaru.  Jien ukoll nista' nittarrax ghal dawk ta' madwari, meta ma naghtihomx attenzjoni.  Nista' nittarrax għall-vuci t'Alla li jixtieq jidhol f'relazzjoni mieghi.

 Mulej Gesu iftahli widnejja ghall-Kelma tieghek biex qalbi timtela bl-Ispirtu tieghek u minnha johrog innu ta' mhabba lejk.  Amen.

 
Il-Jum tad-29 t'Awissu
Written by Trevor Sultana   
Monday, 31 August 2009

              Nhar is-Sibt 29 t'Awissu, il-Knisja mad-dinja kollha fakkret il-martirju ta' San Gwann Battista.  F'kull Quddiesa, fil-knisja taghna, saret omelija dwar din il-festa ghaziza ghall-parrocca taghna.  Fis-6.30pm imbaghad saret koncelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus ta' Ghawdex.  Fl-omelija tieghu hu sahaq fuq li ahna nibqghu maghqudin mar-Ras taghna li hu Kristu, kif ghamel Gwanni.  Ghal din il-koncelebrazzjoni hadet sehem ukoll l-orkestra taht id-direzzjoni ta' Mro. Colin Attard, u l-kor tal-parrocca Vox Clamantis.  Wara l-koncelebrazzjoni ndaqqet l-antifona u nghatat il-Barka Sagramentali.  Fl-ahhar sar il-bews tar-Relikwija.

 

ps3.jpg 
 
ps5.jpg

 

Last Updated ( Monday, 07 September 2009 )
 
Velja ta' Talb u Hrug tal-istatwa ta' San Gwann min-nicca
Written by Trevor Sultana   
Saturday, 29 August 2009

             Illum il-Gimgha 28 t'Awissu, lejlet il-festa tal-martirju ta' San Gwann Battista.  Illejla gewwa l-Knisja taghna saret velja ta' talb li lahqet il-qofol taghha bil-hrug tal-istatwa ta' San Gwann min-nicca.  Din il-velja bdiet bil-kant tal-ghasar tal-martirju ta' San Gwann.  Ezatt wara, il-velja kompliet permezz ta' talb u riflessjonijiet fuq il-martirju ta' San Gwann.  Dawn ir-riflessjonijiet kienu jikkonsistu f'hames episodji marbutin mal-ahhar snin tal-hajja ta' Gwanni.  Fl-ewwel episodju rajna lil Gwanni mfixkel mill-mexxejja tal-Lhud ta' zmienu.  It-tieni episodju kien jittratta l-arrest ta' Gwanni.  It-tielet episodju kien dwar il-prova li Gwanni ghadda minnha fil-habs.  L-ahhar zewg episodji mbaghad kienu l-martirju u d-difna u l-glorja ta' San Gwann.  Kull episodju kien jikkonsisti f'tislima lil San Gwann permezz tal-kant, silta mill-Evangelju, riflessjoni, u talb ta' intercessjoni.  F'din il-velja kien ta' ghajnuna kbira powerpoint presentation li permezz taghha dawk prezenti setghu jiehdu sehem hafna ahjar.  Lejn it-tmiem tal-velja, ghat-tieni sena, sar il-hrug tal-istatwa ta' San Gwann min-nicca, fost il-ferh ta' dawk prezenti.  Waqt il-hrug ma setax jonqos ic-capcip u anke l-kant ta' innijiet lil San Gwann, fosthom l-innu Meta jasal tmiem Awissu, versi tal-poeta Xewki il-mibki Anton Haber.  Wara li l-istatwa tpoggiet fuq il-bradella, sar il-bews tar-relikwija tal-patrun taghna.

 

vt5.jpg 
 vt8.jpg
 vt13.jpg
 vt15.jpg

 

 

Last Updated ( Saturday, 29 August 2009 )
 
Festa tal-Martirju ta' San Gwann Battista
Written by Trevor Sultana   
Monday, 24 August 2009

                  Din il-gimgha fil-parrocca taghna se jkun hawn diversi attivitajiet fl-okkazjoni tal-festa tal-martirju ta' San Gwann Battista, li l-Knisja se tfakkar nhar is-Sibt 29 t'Awissu.  Fost l-attivitajiet l-ohra li wiehed jista' jara fil-programm, nhar il-Gimgha 28 t'Awissu, lejlet il-festa, se ssir velja ta' talb u riflessjonijiet dwar il-martirju tal-Battista.  Din tibda permezz tal-kant tal-ghasar fit-8.00pm.  Wara din il-velja se tohrog l-istatwa ta' San Gwann min-nicca.  Is-Sibt 29 t'Awissu, nhar il-festa, fis-6.30pm se ssir koncelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Nikol G. Cauchi, bis-sehem tal-orkestra.  Ghal iktar dettalji dwar din il-gimgha wiehed jista' jara l-programm mahrug apposta fl-okkazjoni ta' din il-festa f'gieh il-patrun taghna San Gwann Battista.

Il-Martirju ta' San Gwann Battista - Pawlu Camilleri Cauchi, Rotunda Xewkija. 
Last Updated ( Thursday, 27 August 2009 )
Read more...
 
<< Start < Prev 31 32 33 34 35 36 37 38 39 40 Next > End >>

Results 1015 - 1040 of 1088