Monday, 22 April 2019
           
Home
Ma' Marija Addolorata
Written by Mary Xerri   
Sunday, 28 March 2010

X'jiswa li tghid li temmen,

li thobb 'l Ommok Marija

jekk int imbagh'd tirvella

xhin tersaq ftit tbatija.......

Ma tkunx qed turi mhabba

u lanqas ftit moghdrija

jekk ma ssehibx salibek

ma' dak t'Ommna Marija

Terfax salib il-hajja

jekk mhux flimkien ma' Taghha,

ghax b'hekk jehfief salibek

jekk inti terfghu Maghha

Zomm ruhek fil-prezenza

tal-Omm mill-hemm mifnija,

u fis issibha lesta

li tghinek fit-tbatija

Ghax hadd ma garrab daqsHa

Hi taf x'inhu Dulur,

ghalhekk dejjem tistiednek

biex fl-hemm int ghandHa tmur.

M'hemmx haga ohla - isbah....

li sserrah dmugh ghajnejk

fil-hogor t'Omm l-Imnikkta

li ssibha dejjem hdejk.....

Ghalhekk kulhadd bi hgaru

fi hdanha jfittex kenn,

ghax Hija Omm li taghder

ghax Hija Omm li thenn.......

Ghax Omm li thobb 'l uliedha

ghax Omm li trid il-gid

ghax Omm li ghandha s-Setgha

fuq Qalb ta' Binha s-Sid.

 
Festa ta' Marija Addolorata
Written by Trevor Sultana   
Saturday, 27 March 2010

Il-Gimgha ta' qabel il-Gimgha l-Kbira l-Knisja f'Malta u Ghawdex tiddedika dan il-jum lil dik li ssiehbet mal-Mulej fil-passjoni tieghu - Ommu Marija addolorata.  Ix-xbieha ta' Marija addolorata dejjem qanqlet devozzjoni kbira f'dawk li jilmhuha - forsi ghax f'Marija addolorata l-bniedem jara kenn u solidarjeta fit-tbatija li jkun qed jghix.  Anke Marija, Omm Alla, qasmet l-istess xorti taghna l-bnedmin.  Hija baqghet wieqfa hdejn is-salib ta' Binha li kien qed imut, filwaqt li kienet tittama li hemm xi haga ahjar gejja.  Marija tghallimna nbatu - inbatu b'dinjita, b'tama, bil-konvinzjoni li t-tbatija hija biss parti limitata fl-ezistenza taghna.  Id-devozzjoni popolari ta' eluf ta' Maltin u Ghawdxin, li tintwera b'mod specjali f'dan il-jum, mhix superficjali - anzi hija espressjoni sinciera li hierga mill-fond tal-esperjenza u mill-istorja ta' kull persuna.

Fil-parrocca taghna tax-Xewkija, din id-devozzjoni lejn Marija addolorata hija popolari hafna.  Zgur li mal-migja tal-istatwa tad-Duluri lejn nofs is-seklu dsatax, xoghol mill-isbah tad-ditta Galard et Fils ta' Marsilja, kabbret din id-devozzjoni.  Din id-devozzjoni hadet xejra gdida meta fl-1973, il-purcissjoni tad-Duluri bdiet issir f'forma ta' paegent.

Din is-sena, lejlet il-festa, saret velja ta' talb lil Marija addolorata.  Il-Gimgha mbaghad saret koncelebrazzjoni solenni fis-5.45pm fil-Knisja Rotunda.  Mexxa l-koncelebrazzjoni Dun Guzepp Cini flimkien mas-sacerdoti Xewkin.  Fis-7.00pm bdiet hierga l-purcissjoni-paegent li fiha jiehdu sehem numru kbir ta' atturi Xewkin.  Il-purcissjoni ghaddiet mill-istess toroq li tghaddi l-purcissjoni ta' San Gwann f'Gunju.  Ghall-habta tad-9.30pm il-purcissjoni dahlet lura fil-Knisja Rotunda.

L-istatwa devota ta' Marija Addolorata - Knisja Rotunda Xewkija
 
Informazzjoni fuq l-istatwi tal-Gimgha l-Kbira.
Written by Claudio Vella   
Wednesday, 24 March 2010

 Fuq is-sit goodfridaymalta.com wiehed isib informazzjoni fuq l-istatwi tal-Gimgha l-Kbira, kemm ta' Malta kif ukoll ta' Ghawdex. Wiehed isib informazzjoni fuq l-istatwarji, kif ukoll artikli w avvizi ta wirjiet.  Fuq dan is-sit hemm ukoll informazzjoni dettaljata fuq l-istatwi tal-Gimgha il-kbira tax-Xewkija. Ikklikja fuq l-istampa biex tara din l-informazzjoni.
Last Updated ( Wednesday, 24 March 2010 )
 
Hjut tad-Deheb
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 23 March 2010
Papa Gwanni XXIII

Il-bniedem 'il boghod minn Alla ma jibqax bniedem, la mieghu nnifsu u lanqas ma' l-ohrajn.

                                   (Papa Gwanni XXIII)

 
Positive Thinking
Written by Mary Xerri   
Monday, 22 March 2010

Prayer can freshen you up every evening and send you out renewed each morning.  It releases and keeps power flowing freely and seems able even to normalize the aging process.

(From Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)

 
Il-Hames Hadd tar-Randan
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 21 March 2010

F'dan il-Hames Hadd tar-Randan, il-Knisja tpoggilna ghar-riflessjoni taghna, is-silta mill-isbah tal-adultera.  Gesu jehodha bl-ahrax kontra dawk li kienu qed jippretendu li huma gusti u riedu jikkundannaw lill-mara li nqabdet fl-adulterju.  L-atteggjament ta' Gesu lejn din il-mara huwa l-atteggjament ta' Gesu lejn kull bniedem li jizbalja - lejk li qed taqra.

Last Updated ( Sunday, 21 March 2010 )
 
<< Start < Prev 41 42 43 44 45 46 Next > End >>

Results 1041 - 1066 of 1186