Wednesday, 21 November 2018
           
Home
Festa tal-Martirju ta' San Gwann Battista
Written by Trevor Sultana   
Monday, 24 August 2009

                  Din il-gimgha fil-parrocca taghna se jkun hawn diversi attivitajiet fl-okkazjoni tal-festa tal-martirju ta' San Gwann Battista, li l-Knisja se tfakkar nhar is-Sibt 29 t'Awissu.  Fost l-attivitajiet l-ohra li wiehed jista' jara fil-programm, nhar il-Gimgha 28 t'Awissu, lejlet il-festa, se ssir velja ta' talb u riflessjonijiet dwar il-martirju tal-Battista.  Din tibda permezz tal-kant tal-ghasar fit-8.00pm.  Wara din il-velja se tohrog l-istatwa ta' San Gwann min-nicca.  Is-Sibt 29 t'Awissu, nhar il-festa, fis-6.30pm se ssir koncelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Nikol G. Cauchi, bis-sehem tal-orkestra.  Ghal iktar dettalji dwar din il-gimgha wiehed jista' jara l-programm mahrug apposta fl-okkazjoni ta' din il-festa f'gieh il-patrun taghna San Gwann Battista.

Il-Martirju ta' San Gwann Battista - Pawlu Camilleri Cauchi, Rotunda Xewkija. 
Last Updated ( Thursday, 27 August 2009 )
Read more...
 
Pellegrinagg Djocesan f'Malta
Written by Trevor Sultana   
Wednesday, 19 August 2009

            Nhar it-Tlieta 18 t'Awissu grupp mill-parrocca taghna nghaqad ma grupp ta' pellegrini Ghawdxin ghal pellegrinagg djocesan lejn Santa Marija ta' Had-Dingli.  Il-pellegrinagg kien immexxi mill-Isqof t'Ghawdex, Mons. Mario Grech.  Fost l-ohrajn sar korteo sal-knisja ta' Had-Dingli fejn imbaghad l-Isqof mexxa koncelebrazzjoni flimkien mas-sacerdoti ghawdxin.

Knisja ta' Santa Marija ta' Had-Dingli
Last Updated ( Wednesday, 19 August 2009 )
 
Sollennita tat-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija - Santa Marija
Written by Trevor Sultana   
Friday, 14 August 2009

Nhar is-Sibt 15 t'Awissu, il-Knisja mad-dinja kollha ticcelebra l-festa tat-tlugh fis-sema tal-Vergni Marija, festa li hi tant ghal qalb il-Maltin u l-Ghawdxin.  F'dan il-jum il-Knisja theggigna biex niehdu sehem fis-sagrificcju tal-Quddiesa, kif naghmlu nhar ta' Hadd.  Ghalhekk, nhar is-Sibt il-Quddies fil-Knisja taghna se jkun bhal nhar ta' Hadd - Filghodu: 5.30, 6.30, 7.30, 8.30, 9.30 u 11.00.  Filghaxija jkun hemm Quddiesa fl-4.00. 

 sanm1.jpg

 Santa Marija

 
Last Updated ( Saturday, 15 August 2009 )
 
Iz-Zewg Missjunarji Xewkin jergghu lura ghall-hidma taghhom
Written by Trevor Sultana   
Wednesday, 12 August 2009

Matul dawn l-ahhar gimghat kellna fostna liz-zewg missjunarji mill-parrocca taghna - Dun Guzepp Camilleri li qed iwettaq il-hidma missjunarja tieghu fil-Gwatemala u Dun Salv Vella li jwettaq il-hidma tieghu fil-Brazil.  F'dawn l-ahhar jiem huma regghu lura biex ikomplu l-hidma taghhom f'dawn l-artijiet tal-missjoni.  Huma jiixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li matul iz-zmien li ghaddew fostna offrew l-ghotjiet taghhom b'risq il-hidma taghhom.  Minn qalbna ahna nawgurawlhom hidma fejjieda fl-ghalqa tal-Mulej u nwieghduhom it-talb taghna.

Last Updated ( Thursday, 13 August 2009 )
 
L-Ewwel Tqarbina fir-Rotunda
Written by Frans Galea   
Monday, 06 July 2009

   Nhar il-Hadd 7 ta' Gunju 2009 numru ta' tfal Xewkin ircevew l-ewwel Tqarbina. Waqa il-Qudddiesa saret il-Purcissjoni ta' Corpus mat-toroq tax-Xewkija fejn attendew it-tfat tal-precett u bosta nies ohra. [Ritratti: John Apap]

 

precbn09.jpg 
 precsu09.jpg

 

Last Updated ( Thursday, 13 August 2009 )
 
L-Isqof Mons. Mario Grech jamministra l-Grizma liz-zghazagh Xewkin fir-Rotunda
Written by Claudio Vella   
Saturday, 13 June 2009
       Nhar il-Hamis  l-Isqof t'Ghawdex Mons. Mario Grech ghamel il-Grizma ta' l-Isqoff lil numru sabih ta' zghazagh Xewkin .  Wara l-Isqof bierek il-Loggijiet il-godda tal-Knisja Rotunda.
 
<< Start < Prev 41 42 43 44 Next > End >>

Results 1067 - 1092 of 1135