Tuesday, 07 July 2020
           
Home
Positive Thinking
Written by Mary Xerri   
Monday, 22 March 2010

Prayer can freshen you up every evening and send you out renewed each morning.  It releases and keeps power flowing freely and seems able even to normalize the aging process.

(From Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)

 
Il-Hames Hadd tar-Randan
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 21 March 2010

F'dan il-Hames Hadd tar-Randan, il-Knisja tpoggilna ghar-riflessjoni taghna, is-silta mill-isbah tal-adultera.  Gesu jehodha bl-ahrax kontra dawk li kienu qed jippretendu li huma gusti u riedu jikkundannaw lill-mara li nqabdet fl-adulterju.  L-atteggjament ta' Gesu lejn din il-mara huwa l-atteggjament ta' Gesu lejn kull bniedem li jizbalja - lejk li qed taqra.

Last Updated ( Sunday, 21 March 2010 )
 
ITTRA PASTORALI - RANDAN 2010
Written by Claudio Vella   
Sunday, 14 March 2010

Part 1 

 
Ikklikja 'Read more' biex tara it-tieni u t-tielet parti ta' din l-ittra pastorali.
Last Updated ( Sunday, 14 March 2010 )
Read more...
 
Ir-Raba Hadd tar-Randan
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 14 March 2010

Dan il-Hadd sa mill-antik kien meqjus bhala 'laetare' - il-Hadd tal-ferh ghax l-Ghid il-Kbir jinsab fil-qrib.  Infatti f'dan il-jum jista' jintuza l-kulur roza li juri sens ta' ferh f'kuntrast mal-vjola li jfisser il-penitenza u c-cahda.  Il-qari f'dan il-Hadd huwa: I Qari - Goz. 5, 9-12; II Qari - 2Kor. 5, 17-21; Evangelju - Lq. 15, 1-3.11-32.  Illum il-qari jipprezentalna l-parrabbola sabiha tal-iben il-hali li biha Gesu ried jurina l-hniena bla tarf tal-Misser quddiem il-waqghat li kontinwament naqghu fihom.  Meta jsib lill-ibnu, il-Missier jaghmel festa u joqtol l-ghogol l-imsemmen.  Din il-parabbola taghmlilna kuragg kull meta nkunu se naqtghu qalbna minhabba dnubietna.  Ghamilt x'ghamilt, int min int, il-Missier qieghed dejjem jistenniek.  Meta se tiddeciedi biex tqum u tmur ghand Missierek?

Last Updated ( Sunday, 14 March 2010 )
 
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija - Vara l-Kbira
Written by Mary Xerri   
Sunday, 14 March 2010

Gesu' jmut fuq is-Salib

Qari mill-Evangelju skont San Luqa: (Lq 23:44-49)

Ghal habta tas-sitt siegha waqghet dalma kbira fuq il-pajjiz kollu sad-disa' siegha, ghax ix-xemx iddallmet.  Il-velu tas-santwarju ccarrat min-nofs.  Imbaghad Gesu' ghajjat ghajta kbira u qal: "Missier, f'idejk jien nerhi ruhi".  U kif qal hekk harget ruhu.  Ic-centurjun, meta ra x'gara, beda jfahhar lil Alla u jghid: "Tassew li dan bniedem gust".  U n-nies kollha li kienu ngabru hemm biex jaraw, meta raw din il-grajja, regghu lura jhabbtu fuq sidirhom.  Dawk kollha li kienu jafuh qaghdu jaraw kollox mill-boghod; hekk ukoll xi nisa li kienu gew warajh sa minn meta kien ghadu fil-Galilija.

Hsieb:

Gesu' jhalli hajtu fuq is-salib ghalija u ghalik.  It-tmiem ghalija, il-bidu ghalih.  Fl-ghajnejn tal-bniedem spicca kollox.  Permezz tas-salib jien nista' nasal ghat-tmiem izda jekk naghraf ingorru bl-imhabba jista' jwassalni ghal bidu ta' hajja gdida.  Mal-mewt ta' Kristu nfethu orizzonti godda.  Xhieda ta' dan il-mument - il-mewt ta' Kristu - kien hemm bosta; uhud minnhom mill-qrib u ohrajn mill-boghod.  X'uhud kienu jemmnu u baqghu jemmnu.  Ic-centurjun kien strumentali ghall-mewt ta' Kristu izda wara ntebah bil-kobor ta' dan il-bniedem u stqarr il-fidi tieghu.  Jien f'hajti ma' min nista' nqabbel lili nnifsi?  Wara li naqa' fil-hama tad-dnub ejja nilqa' l-istedina li Kristu jaghmilli minn fuq is-salib biex inqum u nerga lura lejh.  Bil-mewt tieghu Kristu Kisbilna s-salvazzjoni.

Talba:

Mulej Gesu', nirringrazzjak tal-hajja li ghogbok taghtini, bil-ferh u n-niket taghha.  Aghmel, Mulej, li naghraf ir-rieda tieghek anki jekk mhux dejjem nifhimha b'ghajnejja.  Ikun xi jkun il-mument li nkun ghaddej minnu, aghmel li nibqa' nhares lejk.

Nadurawk O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

(Mehud minn "Din hi s-Siegha")

 
Hjut tad-Deheb
Written by Mary Xerri   
Sunday, 14 March 2010

 

 

Minghajr is-sbuhija ta' gewwa, l-ebda sbuhija tal-gisem ma taghmel mill-guvni u mix-xebba zghazagh sbieh.

 Gwanni Pawlu II

Last Updated ( Sunday, 14 March 2010 )
 
<< Start < Prev 41 42 43 44 45 46 47 48 49 50 Next > End >>

Results 1171 - 1196 of 1313