Written by Trevor Sultana
|
Monday, 31 August 2009 |
Nhar is-Sibt 29 t'Awissu, il-Knisja mad-dinja kollha fakkret il-martirju ta' San Gwann Battista. F'kull Quddiesa, fil-knisja taghna, saret omelija dwar din il-festa ghaziza ghall-parrocca taghna. Fis-6.30pm imbaghad saret koncelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus ta' Ghawdex. Fl-omelija tieghu hu sahaq fuq li ahna nibqghu maghqudin mar-Ras taghna li hu Kristu, kif ghamel Gwanni. Ghal din il-koncelebrazzjoni hadet sehem ukoll l-orkestra taht id-direzzjoni ta' Mro. Colin Attard, u l-kor tal-parrocca Vox Clamantis. Wara l-koncelebrazzjoni ndaqqet l-antifona u nghatat il-Barka Sagramentali. Fl-ahhar sar il-bews tar-Relikwija.
|
Last Updated ( Monday, 07 September 2009 )
|
|
Velja ta' Talb u Hrug tal-istatwa ta' San Gwann min-nicca |
Written by Trevor Sultana
|
Saturday, 29 August 2009 |
Illum il-Gimgha 28 t'Awissu, lejlet il-festa tal-martirju ta' San Gwann Battista. Illejla gewwa l-Knisja taghna saret velja ta' talb li lahqet il-qofol taghha bil-hrug tal-istatwa ta' San Gwann min-nicca. Din il-velja bdiet bil-kant tal-ghasar tal-martirju ta' San Gwann. Ezatt wara, il-velja kompliet permezz ta' talb u riflessjonijiet fuq il-martirju ta' San Gwann. Dawn ir-riflessjonijiet kienu jikkonsistu f'hames episodji marbutin mal-ahhar snin tal-hajja ta' Gwanni. Fl-ewwel episodju rajna lil Gwanni mfixkel mill-mexxejja tal-Lhud ta' zmienu. It-tieni episodju kien jittratta l-arrest ta' Gwanni. It-tielet episodju kien dwar il-prova li Gwanni ghadda minnha fil-habs. L-ahhar zewg episodji mbaghad kienu l-martirju u d-difna u l-glorja ta' San Gwann. Kull episodju kien jikkonsisti f'tislima lil San Gwann permezz tal-kant, silta mill-Evangelju, riflessjoni, u talb ta' intercessjoni. F'din il-velja kien ta' ghajnuna kbira powerpoint presentation li permezz taghha dawk prezenti setghu jiehdu sehem hafna ahjar. Lejn it-tmiem tal-velja, ghat-tieni sena, sar il-hrug tal-istatwa ta' San Gwann min-nicca, fost il-ferh ta' dawk prezenti. Waqt il-hrug ma setax jonqos ic-capcip u anke l-kant ta' innijiet lil San Gwann, fosthom l-innu Meta jasal tmiem Awissu, versi tal-poeta Xewki il-mibki Anton Haber. Wara li l-istatwa tpoggiet fuq il-bradella, sar il-bews tar-relikwija tal-patrun taghna.
|
Last Updated ( Saturday, 29 August 2009 )
|
|
Festa tal-Martirju ta' San Gwann Battista |
Written by Trevor Sultana
|
Monday, 24 August 2009 |
Din il-gimgha fil-parrocca taghna se jkun hawn diversi attivitajiet fl-okkazjoni tal-festa tal-martirju ta' San Gwann Battista, li l-Knisja se tfakkar nhar is-Sibt 29 t'Awissu. Fost l-attivitajiet l-ohra li wiehed jista' jara fil-programm, nhar il-Gimgha 28 t'Awissu, lejlet il-festa, se ssir velja ta' talb u riflessjonijiet dwar il-martirju tal-Battista. Din tibda permezz tal-kant tal-ghasar fit-8.00pm. Wara din il-velja se tohrog l-istatwa ta' San Gwann min-nicca. Is-Sibt 29 t'Awissu, nhar il-festa, fis-6.30pm se ssir koncelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Nikol G. Cauchi, bis-sehem tal-orkestra. Ghal iktar dettalji dwar din il-gimgha wiehed jista' jara l-programm mahrug apposta fl-okkazjoni ta' din il-festa f'gieh il-patrun taghna San Gwann Battista.
Il-Martirju ta' San Gwann Battista - Pawlu Camilleri Cauchi, Rotunda Xewkija.
|
Last Updated ( Thursday, 27 August 2009 )
|
Read more...
|
|
Pellegrinagg Djocesan f'Malta |
Written by Trevor Sultana
|
Wednesday, 19 August 2009 |
Nhar it-Tlieta 18 t'Awissu grupp mill-parrocca taghna nghaqad ma grupp ta' pellegrini Ghawdxin ghal pellegrinagg djocesan lejn Santa Marija ta' Had-Dingli. Il-pellegrinagg kien immexxi mill-Isqof t'Ghawdex, Mons. Mario Grech. Fost l-ohrajn sar korteo sal-knisja ta' Had-Dingli fejn imbaghad l-Isqof mexxa koncelebrazzjoni flimkien mas-sacerdoti ghawdxin.
Knisja ta' Santa Marija ta' Had-Dingli
|
Last Updated ( Wednesday, 19 August 2009 )
|
|
Sollennita tat-Tlugh fis-Sema tal-Vergni Marija - Santa Marija |
Written by Trevor Sultana
|
Friday, 14 August 2009 |
Nhar is-Sibt 15 t'Awissu, il-Knisja mad-dinja kollha ticcelebra l-festa tat-tlugh fis-sema tal-Vergni Marija, festa li hi tant ghal qalb il-Maltin u l-Ghawdxin. F'dan il-jum il-Knisja theggigna biex niehdu sehem fis-sagrificcju tal-Quddiesa, kif naghmlu nhar ta' Hadd. Ghalhekk, nhar is-Sibt il-Quddies fil-Knisja taghna se jkun bhal nhar ta' Hadd - Filghodu: 5.30, 6.30, 7.30, 8.30, 9.30 u 11.00. Filghaxija jkun hemm Quddiesa fl-4.00.
 |
Santa Marija
|
|
Last Updated ( Saturday, 15 August 2009 )
|
|
Iz-Zewg Missjunarji Xewkin jergghu lura ghall-hidma taghhom |
Written by Trevor Sultana
|
Wednesday, 12 August 2009 |
Matul dawn l-ahhar gimghat kellna fostna liz-zewg missjunarji mill-parrocca taghna - Dun Guzepp Camilleri li qed iwettaq il-hidma missjunarja tieghu fil-Gwatemala u Dun Salv Vella li jwettaq il-hidma tieghu fil-Brazil. F'dawn l-ahhar jiem huma regghu lura biex ikomplu l-hidma taghhom f'dawn l-artijiet tal-missjoni. Huma jiixtiequ jirringrazzjaw lil dawk kollha li matul iz-zmien li ghaddew fostna offrew l-ghotjiet taghhom b'risq il-hidma taghhom. Minn qalbna ahna nawgurawlhom hidma fejjieda fl-ghalqa tal-Mulej u nwieghduhom it-talb taghna.
|
Last Updated ( Thursday, 13 August 2009 )
|
|
|
|
<< Start < Prev 51 52 53 Next > End >>
|
Results 1301 - 1326 of 1373 |