Il-Bullettin tal-Hadd 13 ta' Ottubru 2019 |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 13 October 2019 |
|
|
IT-TMIENJA U GHOXRIN HADD MATUL IS-SENA (2019) GRATITUDNI U RADD IL-HAJR |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 13 October 2019 |
Din
hija il- Liturgija tat-Tminja u Ghoxrin Hadd matul is-sena ( 2019 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Meta
bniedem jagħmillek pjaċir kbir ħafna, inti tħoss gratitudni lejh u l-bżonn li
tirringrazzjah minn qalbek u x-xewqa li tpattilu t-tajjeb li jkun għamel
miegħek. Din il-gratitudni ma tħosshiex
bħala dejn miegħu, għax is-sens ta dejn iġib miegħu dwejjaq u obligazzjoni li
ttaqqal. Li tkun grat lejn xi ħadd
ifisser li tkun hieni u qalbek mimlija b’sentimenti tajbin lejn dak li wera li
hu ħabib tassew. Fl-aħħar mill-aħħar fuq
dan għandha tkun mibnija relazzjoni vera bejn tnejn li jixtiequ l-ġid lil
xulxin.
Iżda,
hawn ħafna li jħossu li t-tajjeb li jirċievu hu kumbinazzjoni, ġiethom tajba,
kif ngħidu, u xorti tajba. M’għandux
ikun hekk għax min jaħseb hekk għandu qalbu iebsa u ma jemminx li hemm min
iridlu l-ġid jew lest li jħenn għalih meta jiġi dahru mal-ħajt. Hu diffiċli jkollna din l-attitudni man-nies
li jgħinuna, imma donnu li hu faċli li nkunu qalbna iebsa u ngrata ma’ Dak li
tana kollox, li għamlilna l-ikbar “pjaċir” li seta jsirilna meta tana l-Ħajja u
qed jagħtini n-nifs li ma kull sekonda niġbdu ’l ġewwa biex ngħixu. Alla mhux
biss tana “gratis”, b’xejn, il-Ħajja meraviljuża, mhux biss għamilna bnedmin,
l-ogħla ħlejqa tiegħu, mhux biss bagħat lilna f’dan il-ġisem u mhux lil
ħaddieħor li seta ġie hawn flokina, imma wkoll dawwarna b’familja, bi ħbieb,
b’socjetà, b’ambjent mill-isbaħ, b’kultura, drawwiet sbieħ li jlewnu
s-sena. Imma mhux dan kien l-akbar rigal
li Alla tana...
|
Read more...
|
|
FESTA TAL-MADONNA TAR-RUZARJU |
Written by Frans Galea
|
Wednesday, 09 October 2019 |
Nhar il-Ħadd 6 ta’
Ottubru 2019 ġiet iċċelebrata l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fl-4.00pm saret
Konċelebrazzjoni solenni li tmexxiet mill-Arċipriet. Ipprietka Dun Gabriel
Gauci. Kanta l-Kor tat-tfal “Ulied il-Battista”. Wara saret il-Purċissjoni
bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, akkumpanjata mill-Fratelli. Fi tmiem
il-Purċissjoni ngħatat il-Barka Sagramentali. F’din l-okkażjoni sar talb
partikulari għall-Isqof Mario Grech li fit-2 ta’ Ottubru kien ġie maħtur
mill-Papa Franġisku bħala Prosegretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet.
|
Last Updated ( Sunday, 13 October 2019 )
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 06 ta' Ottubru 2019 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 05 October 2019 |
|
|
IS-SEBGHA U GHOXRIN HADD MATUL IS-SENA (2019) IZ-ZEWG BINARJI TAL-KNISJA |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 05 October 2019 |
Din
hija il- Liturgija tas-Seba' u Ghoxrin Hadd matul is-sena ( 2019 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Ilkoll
nafu li l-ġenerazzjoni tagħna qegħda tgħix fi żmien speċjali għall-Knisja
fl-Istorja tagħha. San Ġwanni Pawlu II
meta kkonsulta ma’ grupp ta’ għorrief li laqqa’ hu stess, ried tweġiba
għall-mistoqsija jekk dan iż-żmien li jidher tant diffiċli għall-Knisja hux
żmien “normali”, diffikultajiet tas-soltu li tgħaddi minnhom il-Knisja, jew
inkella jekk fl-arja hawnx bidla, żmien ta’ taqliba epokali li bħalha qatt ma
kellha l-Knisja. It-tweġiba ta’ kulħadd
kienet li tassew dan hu żmien epokali li bħalu qatt ma rat il-Knisja.
Quddiem
il-fenomenu tal-kollass tar-“reliġjon” fil-pajjiżi hekk imsejħa “progressivi”
tal-Punent, ħafna li jħobbu l-Knisja qed jibżgħu u jitniehdu quddiem l-emoroġija
ta’ popli ħerġin mill-Knisja u parroċċi li jżarmaw u jbiegħu l-knejjes tagħhom
li jispiċċaw f’idejn spekulaturi bla skrupli.
Biex tagħqad, fil-Knisja hemm firda u nibtet oppożizzjoni għall-Papa u
l-mod kif jaħsibha, ħaġa rari fl-imgħoddi.
Biex ma nsemmux il-flaġell tal-pedofilija li għadu u donnu se jibqa’
jsawwat lill-Knisja midruba, għal żmien twil.
Id-dawl tal-Fidi qiegħed jintefa’ fuq l-Ewropa u fuq ġnus oħra u
l-bniedem dar b’deċiżjoni sħiħa mill-Fidi tiegħu fi Kristu lejn fidi fih
innifsu, u l-bniedem issa għamel lilu nnifsu alla. It-trijonf tal-“Jien”.
|
Last Updated ( Saturday, 05 October 2019 )
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 29 ta' Settembru 2019 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 28 September 2019 |
|
Last Updated ( Saturday, 28 September 2019 )
|
|
|
|
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>
|
Results 157 - 182 of 1394 |