IT-TIELET HADD TAL-GHID (2019) IL-QAWWA TAL-IMHABBA LI HI L-ISPIRTU S-SANTU |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 04 May 2019 |
Din
hija il- Liturgija tat-Tielet Hadd tal-Ghid ( 2019 ) (2019) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Għidna ħafna f’dawn
il-ġimgħat fuq id-dgħufija tal-Appostli li Kristu għażel għal miegħU, li hi
l-istess dgħufija tagħna. Għidna li din
id-dgħufija mhix dnub, għax hi natura li writtniha mingħand Adam u li baqgħet
tintiret minn ġenerazzjoni għall-oħra.
Din in-natura hija “d-Dnub Oriġinali” li għalkemm jinħafer jibqa’ xorta
jimmarkana, jipparaliżżana, jikkondizzjonana.
Hija n-natura li l-Bibbja ssejħilha “il-bniedem il-qadim” li hu
essenzjali li jinqered, imut fl-ilmijiet tal-Magħmudija biex minfloku jitwieled
u jissawwar “il-Bniedem il-Ġdid” b’natura totalment differenti, natura ta’ Alla
nnifsu, xbiha ta’ Kristu.
Għalhekk, il-Magħmudija hi
Miraklu enormi ta’ Alla f’kull bniedem li jħalli lil Alla jaħdem fih. Hi l-Miraklu Morali; hi l-Għid tal-Mulej li
jiġi ngastat fina u jagħmilna nixbħuH;
il-Magħmudija hi Mewt u Qawmien mill-Mewt.
Għidna li dan ma jsirx f’ħakka t’għajn waqt li jinagħta s-Sagrament,
imma jinżera’ fina u jeħtieġ jitrawwem permezz tal-ħafna għajnuniet li Ommna
l-Knisja tagħtina. Wara kollox, din
il-bidla hi mqabbla ħafna mal-qagħda tagħna fil-ġuf tal-Knisja. Kull bniedem li jagħraf il-potenzjal enormi
tal-Magħmudija tiegħu, il-“Big Bang” li hemm miżrugħa fih, jinsab fil-ġuf
tal-Knisja, fejn jikber, bħalma kiber Ġesù fil-ġuf ta’ Marija, sabiex meta
tasal il-milja taż-żmien ikun jista’ jagħti xhieda għall-Imħabba li l-Missier
għandu għal kull bniedem.
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 28 ta' APRIL 2019 |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 28 April 2019 |
|
|
IT-TIENI HADD TAL-GHID (2019) MHUX KEMM NAF JGHODD IMMA JEKK TWELIDX MILL-GDID |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 28 April 2019 |
Din
hija il- Liturgija tat-Tieni Hadd tal-Ghid ( 2019 ) (2019) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Dan hu żmien liturġiku
sabiħ għall-Knisja. Hija terġa’ tgħix
dawk il-mumenti sbieħ, xeni qawwija, tal-avvenimenti li seħħew wara l-Qawmien
ta’ Kristu. Xeni meraviljużi bħal meta
n-nisa kienu l-ewwel li saru jafu bir-rebħa ta’ Kristu fuq l-ikbar għadu
tal-bniedem: il-Mewt. Il-laqgħa ta’
Kristu glorjuż mal-Madalena li għarfitu mill-mod kif għajtilha: “Marjam!” id-dehriet ta’ Kristu lill-appostli maqfulin
ġewwa ċ-Ċenaklu. Il-mixja li l-Mulej
għamel mad-dixxipli ta’ Għemmaws fejn saħnilhom qalbhom bil-mod kif fissrilhom
l-Iskrittura u huma, fl-aħħar, għarfuh mill-qsim tal-ħobż, ġest Ewkaristiku
qawwi. Fuq ix-xtajta tal-Għadira wara
lejl li fih ma qabdu xejn u Ġwanni għarfU u Pietru ntefa’ l-baħar biex jasal
ħdejH malajr. U l-laqgħa ma’ Tumas, li
hu l-Vanġelu li l-Knisja tħabbrilna llum.
Huwa żmien, dan, li fih
ngħixu l-freskezza tat-tħabbira tal-Aħbar it-Tajba. Kristu qam mill-mewt! Hu qam tassew, Halleluja! B’dawn il-kelmiet, l-Insara tal-Lvant jagħtu
l-paċi lil xulxin matul dan iż-żmien tal-Għid.
Żgur fuq li żgur li din kienet esperjenza tal-ġenn għall-ewwel
dixxipli! Huma rawH ħaj! Hu wrihom il-pjagi tiegħU! Setgħu
imissuH! Rawh jiekol! Ħares lejhom, tbissmilhom u fuq kollox tahom
il-Paċi tiegħU, is-Sliem, ix-Shalom.
“Shalom alehem!” “Is-Sliem għalikom!”
Dawn kienu l-ewwel kelmiet li semgħu minn għandu. Huma li kellhom kuxjenza mtaqqla bid-dnub
tal-ħarba u l-abbandun tagħhom. Kienu
ħallewh waħdu. Saru jafu biċ-ċaħda ta’
Pietru, imma ħadd ma ġġudikah għax kollha kienu qegħdin tajjeb! Kollha kellhom id-dnub tagħhom
f’idejhom. Imma Hu serraħhom billi
qalilhom: “Is-sliem għalikom!” Kien
għadu l-Ħabib, wara kollox!
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 21 ta' APRIL 2019 ( L-Ghid il-Kbir ) |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 20 April 2019 |
|
|
L-GHID IL-KBIR TAL-QAWMIEN TAL-MULEJ MILL-IMWIET (2019) IR-REBHA TAD-DAWL FUQ ID-DLAM. |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 20 April 2019 |
Din
hija il- Liturgija ta' L-GĦID IL-KBIR TAL-QAWMIEN TAL-MULEJ MILL-IMWIET (2019) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Wasalna, bi Grazzja, biex
niċċelebraw l-Għid il-Kbir tal-Qawmien mill-Imwiet tal-Mulej tagħna. Bħalma għidna diversi drabi, il-Misteru
tal-Għid mhux biss il-Qawmien ta’ Kristu imma hu l-ġabra flimkien tal-Passjoni,
il-Mewt u l-Qawmien tal-Mulej. Għax
m’hemmx Qawmien mingħajr Mewt, bħalma m’hemmx Dawl mingħajr id-Dlam, m’hemmx
Jum mingħajr il-Lejl. Anzi l-Ġimgħa
Mqaddsa kollha tagħmel parti mill-Misteru tal-Għid ta’ Kristu u fil-bidu
tagħha, fil-Vanġelu ta’ San Ġwann, insibu lil Ġesù jitniehed bit-tensjoni umana
li bdiet iddallamlu ruħu meta qal: “Issa qiegħed inħoss ruħi mħawda. U x’naqbad ngħid? Missier, eħlisni minn din is-siegħa? Imma jien għalhekk ġejt: għal din
is-siegħa.” (Ġw. 12, 27).
Hu mportanti li nsostnu
dan għax l-Għid sħiħ ta’ Kristu jitfa’ Dawl qawwi fuq tant Għidijiet żgħar li
kull bniedem jgħix: tant tensjonijiet, tbatija, inkwiet, inġustizzji,
moħqrija... li kollha jibqgħu imdallmin u ta’ skandlu jekk ma jkunux imdawlin
mill-esperjenza ta’ Alla nnifsu f’Ġesù l-Imgħallem tagħna. Kristu jidħol fil-Mewt li twerwer
lill-bniedem biex jurina li l-Mewt hi gidba li żeragħha f’moħħ il-bniedem l-għadu
tiegħu. Hu ġie mibgħut mill-Missier biex
jidħol fil-Mewt, kull tip ta’ Mewt, mhux dik fiżika biss, biex jixhed
lill-bniedem agħma li l-Mewt qatt u qatt ma hi l-aħħar kelma. Il-lejl qatt mhu l-aħħar kelma. Id-dlam qatt mhu l-aħħar kelma. Il-Mewt hi biss mogħdija għal Qawmien u dan
tixhdu l-Istorja tagħna. Minn kemm
esperjenzi li dehru negattivi u ta’ twegħir għaddejna f’Ħajjitna. Kollha heddewna u mlewna b’tensjoni, imma
minn kollha ħariġna l-Mulej. Anke
n-natura tixhed li l-lejl jieħu lejn iż-żerniq; ix-xitwa lejn ir-rebbiegħa,
id-dlam jimbotta biex jinxtegħel dawl, ħabba tal-qamħ li tmut taħt il-ħamrija,
tnibbet frott ġdid u kotran. Il-Ħajja
tirbaħ fuq il-Mewt. Dan hu d-Dawl
Nisrani. Din hi l-Fidi ta’ dawk li
jemmnu li Ġesù ġie lura miċ-ċimiterju u li l-Ħajja li nieda fuq l-art tegħleb
il-konsegwenzi anke tal-Mewt ta’ ġisimna.
|
Last Updated ( Saturday, 20 April 2019 )
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 14 ta' APRIL 2019 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 13 April 2019 |
|
|
|
|
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>
|
Results 183 - 208 of 1373 |