Il-Bullettin tal-Hadd 16 ta' Dicembru 2018 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 15 December 2018 |
|
|
IT-TIELET HADD TAL-AVVENT (2018) FEJN TAHSEB LI JINSAB IL-FERH? |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 15 December 2018 |
Din
hija il- Liturgija tat-Tielet Hadd ta' L-Avvent ( 2018 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Għal ħafna tidher
mistoqsija sempliċi mmens: Fejn taħseb
li jinsab il-Ferħ? Mitt bniedem mitt
fehma u din il-mistoqsija tislet mitt risposta differenti mingħand mitt mara
jew raġel. Hawn min jemmen b’qalbu
kollha li jekk ikun sinjur kbir ikun ferħan.
Ngħiduha kif inhi, ilkoll għandna minnu dan. Ilkoll nemmnu li jekk nitilgħu f’xi lotterija
li trebbaħna l-miljuni u hekk inkunu nistgħu nixtru li rridu, insiefru kemm u
fejn irridu, nixtru popolarità, nibnu xi palazz u dar ħdejn il-baħar... dan
kollu żgur li jkattar il-ferħ tagħna; inkunu iktar kuntenti, komdi, biex ma
nsemmix li jekk ikolli bżonn xi ħaġa għal saħħti immur għand l-aqwa u l-aħjar
għall-kura.
L-Iskrittura, nfatti,
ssemmi lill-flus bħala l-oġġett li l-bnedmin l-aktar li jorbtu qalbhom
miegħu. Hemm min jemmen li l-ferħ jiġi
mill-ħajja tal-familja, għaliex le? Hemm
min jgħidlek li l-ferħ jinsab fil-pjaċir u s-sodisfazzjon ta’ kulma jitolbok
il-ġisem. Hawn jidħol il-ġenn għat-telqa f’sesswalità bla rażan, għat-tbaħrid,
għall-abbandun tal-kontrol f’kollox, inkluż il-vizzji tad-droga, xorb, logħob
tal-ażżard u vizzji oħra.
|
Read more...
|
|
“SOUNDING THE JOY OF CHRISTMAS” |
Written by Frans Galea
|
Wednesday, 12 December 2018 |
Nhar il-Ħadd 16 ta’
Diċembru 2018, fil-knisja Rotunda tax-Xewkija ser issir it-tieni edizzjoni
tal-Kunċert tal-Milied minn Amy Rapa fuq l-orgni u Robert Buttigieg
bit-trumpet. Jieħu sehem ukoll il-Kor tat-tfal “Ulied il-Battista”. Il-kunċert
jibda fis-6.00pm. Dħul b’xejn. Kulħadd huwa mistieden...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 09 ta' Dicembru 2018 |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 09 December 2018 |
|
|
IT-TIENI HADD TAL-AVVENT (2018) IL-FERH LI TASSEW JIMLA’ QALB IL-BNIEDEM |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 08 December 2018 |
Din
hija il- Liturgija tat-Tieni Hadd ta' L-Avvent ( 2018 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Ilkoll kemm aħna niġru wara ħafna
affarijiet biex jagħtuna l-Ferħ u sikwit dawn l-affarijiet li fihom nittamaw
mhuma xejn ħlief dnub, mewt, investiment fix-xejn. Imma lkoll kemm aħna ġieli nħossu bħal leħħa
ta’ Ferħ veru, Ferħ ġej minn Alla, żiffa ta’ dak li għalih titħannen
ruħna. Il-Ferħ huwa l-Ħajja. Tassew li fil-Ħajja hemm ukoll it-tbatija u
d-dieqa imma dawn huma l-melħ li jagħtu togħma lill-eżistenza. Għax jekk kollox jiġina tajjeb, malajr nibdew
nixbgħu minn kollox u l-Ħajja tispiċċa monotona! Mank temmen, imma l-Ferħ jitwieled min-niket
u t-tbatija! Kos x’misteru! Kollox irid ikun.
Waqt li r-Randan għandu bidu u
tmiem, l-Avvent huwa msejjaħ bħala xbieha tal-Ħajja tan-Nisrani. Huwa żmien ta’ stennija, stennija sabiħa,
stennija għall-Ferħ ġenwin u sempliċi li ma tixtrihx bil-flus. In-Nisrani huwa dak il-bniedem li jistenna
dejjem ħwejjeġ kbar mingħand Alla.
Il-qalb tiegħu titqanqal għal dak li kapaċi jagħtih Alla li jista’
kollox. U inqas kemm it-tqanqil tiegħu
huma għal ħwejjeġ materjali, ikbar hija l-probabiltà li dan il-Ferħ hu
fil-qrib. Alla huwa Festa, qal xi ħadd,
u min daqu, dan jafu tajjeb. Alla huwa
wkoll Sorpriża. Anke l-bniedem ta’ Fidi
kbira ma jista’ qatt jimmaġina dak li Alla jrid idewqu. Il-Mulej dejjem jissorprendi bil-meravilja
tiegħu u l-bniedem jibqa’ mistagħġeb, b’ħalqu miftuħ quddiem il-Ferħ li
jinvadih bħalma l-Ispirtu s-Santu biss jaf jinvadi n-nies.
|
Last Updated ( Saturday, 08 December 2018 )
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 02 ta' Dicembru 2018 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 01 December 2018 |
|
|
|
|
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>
|
Results 235 - 260 of 1383 |