IT-TLIETA U GHOXRIN HADD MATUL IS-SENA (2018) ISMA’ U EMMEN! |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 09 September 2018 |
Din
hija il- Liturgija tat-Tlieta u Ghoxrin il-Hadd matul is-Sena bi hsibijiet min Joe Rapa.
IL-Fidi
hi l-ikbar rigal li l-bniedem jista’ jirċievi mingħand Alla. Min m’għandux Fidi, din ma jniżżilhiex. Anke ħafna minn dawk li jaħsbu li għandhom
Fidi, fil-fatt juru li vera Fidi m’għandhomx meta huma jixxennqu ferm aktar
għal ħwejjeġ materjali. Hu min esperjenzja dan ir-rigal li jista’
jitkellem fuq id-differenza. Dan
il-bniedem dejjem jixxennaq li jinagħta aktar Fidi, għax il-Fidi hi proċess, hi
mixja lejn konverżjoni totali li biha l-bniedem isir xbiha ta’ Kristu. L-ebda qaddis (Nisrani veru) qatt ma mmaġina
li “wasal fejn kellu jasal” fejn tidħol il-Fidi. Min iduq kemm hu tajjeb il-Mulej ikun irid
dejjem aktar, mhux bħall-ikel li jimla l-istonku, li malli jxebbgħek ma tkunx
trid tarah aktar.
Il-Fidi tiġi mis-smigħ tal-Kelma ta’ Alla, imma mbagħad
tinbena fis-sod permezz ta’ tip ieħor ta’ Kelma ta’ Alla, li hi l-Istorja
tal-individwu. Kulma jiġrilna hi Kelma
ta’ Alla għalina għax kollox, l-Istorja kollha, hija ndirizzata minn Alla
għat-tnissil u tisħiħ tal-Fidi. Iżda waqt li l-bniedem huwa mdawwar b’dawn
l-ilħna li jistednuh jidħol dejjem iktar f’Alla, madwaru għandu wkoll ħafna
ilħna oħra li jsejħulu u jerġgħu isejħulu sabiex jerġa’ lura jekk ikun qabad
it-Triq tal-Fidi. Dan minn dejjem kien,
imma jidher qawwi b’mod partikulari fi żmienna
Dawn huma l-ilħna tal-materjaliżmu li jippruvaw joħonqu s-sejħa ta’ Alla
għall-Fidi.
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 2 ta' Settembru 2018 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 01 September 2018 |
|
|
IT-TNEJN U GHOXRIN HADD MATUL IS-SENA (2018) MHUX FIL-LIGI IMMA FIL-FIDI T-TAMA TAGHNA |
Written by Frans Galea
|
Friday, 31 August 2018 |
Din
hija il- Liturgija tat-Tnejn u Ghoxrin il-Hadd matul is-Sena bi hsibijiet min Joe Rapa.
Il-bniedem, min-natura tiegħu, jemmen fil-Liġi, kemm dik
spiritwali u anke dik materjali. Fiha
jsib sigurtà. Hu jaf li meta l-bniedem
jitħawwad fuq livell ta’ massa, bħal meta jfaqqgħu gwerer kbar, jew f’xi
pajjiż, il-maġġoranza ddur fuq xi minoranza żgħira għax taħseb ħażin fihom,
ir-riżultat ikun kaos totali, ġungla, u l-bniedem isir annimal ma’ ħutu stess.
Araw xi ġralhom il-Lhud kemm-il darba fil-postijiet fejn huma mxerrdin. Araw
x’jiġrilhom f’pajjiżi ta’ dittatura dawk li ma jaqblux ma’ min imexxi. Araw kemm persekuzzjonijiet u pogroms
minħabba t-twemmin reliġjuż. Araw kemm
Insara qed imutu llum stess minħabba l-Fidi tagħhom fi Kristu.
Għalhekk, il-bniedem, meta jkun fi stat li jirraġuna,
jemmen li mingħajr il-Liġi li tgħidlu x’għandu jagħmel u x’m’għandux jagħmel,
taħwid u nkwiet ikun hawn. U għandu
raġun. Il-Liġi tikkontrolla lill-bniedem
mill-passjonijiet tiegħu stess u fejn jiżbalja
tikkastigah, għall-ġid tiegħu u anke tal-oħrajn li jkunu jħarsu, biex
anke huma jitgħallmu. Il-Liġi hija
l-bażi tas-soċjetà. Dawk li jistudjaw
l-annimali jgħidu li anke dawn għandhom il-Liġijiet naturali tagħhom. Kollox hu favur is-“survival instinct” u
kontra l-ġenn li jagħmel ħerba mill-bniedem.
|
Read more...
|
|
FESTA TAL-MARTIRJU TA’ SAN WANN BATTISTA |
Written by Frans Galea
|
Friday, 31 August 2018 |
Nhar l-Erbgħa 29
ta’ Awwissu 2018 fil-parroċċa tagħna ġiet iċċelebrata l-festa tal-Martirju ta’
San Ġwann Battista. Filgħodu fid-9.00am saret Quddiesa għat-tfal li tmexxiet
mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri. Imbagħad filgħaxija fis-7.00pm sar
il-Pontifikal solenni mmexxi mill-E.T. l-Isqof Mario Grech. Wara l-omelija, Yavor
Kolev, żagħżugħ mill-Bulgarija li ilu xi żmien joqgħod fil-parroċċa tagħna, u
li kien mgħammed fil-Knisja Ortodossa, talab li jiġi ammess fil-Knisja
Kattolika. Wara li għamel l-istqarrija tal-fidi tiegħu, huwa ġie milqugħ
mill-Isqof bħala membru sħiħ fil-Knisja Kattolika fi ħdan il-parroċċa tagħna.
Wara l-Pontifikal, fil-pjazza ġiet organizzata s-serata “Fiori d’Argenta”
mill-Kunsill Lokali.
|
|
KOR TAT-TFAL “ULIED IL-BATTISTA” |
Written by Frans Galea
|
Friday, 31 August 2018 |
Fit-tielet jum
tat-Tridu bi tħejjija għall-festa ta’ San Ġwann Battista, nhar it-Tlieta 28 ta’
Awwissu 2018, kanta għall-ewwel darba l-Kor il-ġdid tat-tfal tal-parroċċa
tagħna, “Ulied il-Battista”. Dan
il-Kor ġie mwaqqaf ftit ġimgħat ilu, taħt id-direzzjoni ta’ Amy Rapa u
l-organista Shaun Borg. Il-Quddiesa tat-tlett ijiem tat-Tridu tmexxiet minn Dun
Gabriel Gauci.
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 26 t'Awwissu 2018 |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 25 August 2018 |
|
|
|
|
<< Start < Prev 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 Next > End >>
|
Results 261 - 286 of 1373 |