A+ | A- | Reset

smallphoto2.jpg

 

Welcome to Xewkijaparish.org, the website of Xewkija Parish.


Home
IL-PAPA JEZORTA DWAR IL-HIDMA TAL-KNISJA F'ISEM ALLA TRINITA'
Written by Mary Xerri   
Monday, 31 May 2010

Pope Benedict XVI

62/A, 627). Invocando la Beata Vergine Maria, prima creatura pienamente inabitata dalla Santissima Trinità, domandiamo la sua protezione per proseguire bene il nostro pellegrinaggio terreno.

Il-Papa Benedittu XVI qal li fis-sinjal tas-salib u f’isem Alla l-Ħaj wieħed isib il-mezz biex jikber fil-fidi tiegħu u jsib ukoll ispirazzjoni għall-ħajja tiegħu tat-talb. Fil-messaġġ qabel it-talba tal-Angelus fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan, Benedittu XVI eżorta lill-insara sabiex ikunu fidili lejn il-kuxjenza tagħhom.

Il-Papa qal li fil-jiem li ġejjin se jkollu vjaġġ appostoliku lejn Ċipru biex jiltaqa’ u jitlob ma’ kattoliċi u Ortodossi u qal li se jkun qed jgħaddi wkoll l-Instrumentum Laboris għall-Assemblea Speċjali tas-Sinodu tal-Isqfijiet dwar il-Lvant Nofsani.

Il-Papa ma naqasx milli jfakkar lil kulħadd fil-missjoni tas-saċerdot li minn idejh wieħed jirċievi l-Ġisem ta’ Kristu u l-anki l-Kelma t’Alla.

B’referenza għall-pubblikazzjoni DIARIO DEL CARDINALE COSTANTINI li kien qrib ħafna ta’ Papa Piju XII, il-Papa fakkar fil-ħidma sfieqa li s-Santa Sede kienet wettqet waqt it-tieni gwerra dinjija favur il-paċi u l-ħtiġijiet ta’ dawk fil-bżonn.

 
Solennita tat-Trinita Qaddisa
Written by Trevor Sultana   
Saturday, 29 May 2010

Wara li ttemm iz-zmien tal-Ghid, il-Knisja taghmel is-solennita tat-Trinita Qaddisa.  Il-qari fil-liturgija tal-lum huwa: I Qari - Prov 8, 22-31; II Qari - Rum 5, 1-5; Evangelju - Gw 16, 12-15.  Jista' jkun li din il-festa narawha xi ftit il boghod minna ghax iktar tkellimna fuq in-natura ta' Alla milli fuqna nfusna.  Izda jekk nieqfu nahsbu fuq dan il-misteru ta' Alla wiehed fi tliet Persuni nindunaw kemm dan mhuwiex minnu.  Fih innifsu, Alla hu komunita ta' tliet Persuni differenti li jhobbu lil xulxin.  Dan il-misteru jaghtina kuncett gdid ta' xi tfisser verament l-ghaqda - l-ghaqda vera ma ssehhx meta kulhadd jibda jahsibha l-istess imma meta jien inkun kapaci nhobb lill-iehor bid-differenza tieghu, minghajr ma nipprova naghmlu bhali.  Din hi l-ghaqda vera.

O Trinita Qaddisa ixhet fi qlubna ix-xewqa ghall-ghaqda, mibnija fuq l-accettazzjoni tad-differenzi fl-ohrajn.  Amen.

Ikona tat-Trinita Qaddisa

 
The Effect of Poverty on the Family
Written by Mary Xerri   
Saturday, 29 May 2010
Seminar fuq il-faqar u l-esklussjoni soċjali
 

L-Arċisqof Pawlu Cremona qal li l-Arċidjoċesi Maltija għandha sehem importanti fil-proċess li jħares mill-qrib u jaġixxi quddiem l-uġigħ ta’ min qed ibati, inkluż mill-faqar. Fi kliemu, la f’Malta jeżisti l-faqar, jeżistu l-fqar. Fl-okkażjoni tas-Sena Ewropea ddedikata għall-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali, kien organizzat seminar mill-Aġenzija Caritas flimkien mal-Kummissjoni Ġustizzja u Paċi tad-djoċesi u l-Provinċja Agostinjana f’Malta. Is-seminar iffoka fuq l-effetti tal-faqar fuq il-familja, anki bħala parti mill-kampanja ILQA’ L-ISFIDA…ĠIB IL-FAQAR FIX-XEJN.

L-Arċisqof qal li huwa importanti li tinħadem l-istatistika għax qal li din tgħin biex tinġabar policy li taffronta l-istat tal-faqar f’Malta. Wara l-ġabra tal-istatistika, saħaq li s-soċjeta trid tara kif twieġeb għar-realtajiet esposti fiha biex mill-faqar ġenerali wieħed jasal jidentifika min huma l-fqar. Dan qal li jwassal għall-analiżi tal-effetti tal-faqar fuq il-familja. Żied jgħid li sfortunatament, il-fqir jispiċċa jidħol f’kultura ta’ faqar li testendi biż-żmien u tgħaddi minn ġenerazzjoni għall-oħra. Kien hawn li Mons Cremona aċċenna għall-faqar fir-rigward tal-esklużjoni soċjali, u semma anki eżempji prattiċi f’Malta bħall-każi ta’ tfal jiġġerrew fit-triq u t-telqa fl-ambjent fejn wieħed jgħix.

Fis-seminar għamel ukoll il-preżentazzjoni tiegħu id-Direttur tal-Caritas, Mons Victor Grech, li indirizza t-tema tad-deprivazzjoni Materjali u l-Familja. Fost referenzi għal statistika maħduma mill-NSO u anki dik Ewropea tal-Eurostat, Mons Grech qal li f’Malta, ġabra ta’ oġġetti u servizzi ikkunsidrati essenzjali għal familja waħda kienu stmati li jammontaw għal €313.79 fil-ġimgħa. Qal li wieħed ma jistax ma jesponix il-faqar ekonomiku. Staqsa x’qed isir quddiem il-perċezzjoni ta’ uħud li jaħsbu li l-faqar fil-pajjiż ma jeżistix, u x’qed jagħmlu l-komunitajiet insara biex jilħqu lil min hu fqir. Ma naqasx milli jappella biex il-Parlamentari, il-Knisja, l-NGO’s, l-intrapriżi u dawk ta’ rieda tajba jersqu flimkien fit-tiftix ta’ bilanċ fil-kontribut biex jiġi indirizzat il-faqar li stqarr li ma jistax jistenna biex ikun indirizzat.

Is-seminar kien indirizzat ukoll mil-lecturer fis-Soċjoloġija fl-Universita’ ta’ Malta Josanne Cutajar u mill-Provinċjal tal-Agostinjani, Patri Luċjan Borg. Ngħata wkoll ħin għad-diskussjoni minn dawk preżenti.

 
L-Arcidjocesi ta' Sydney tinghaqad mal-Isqfijiet Inglizi Kontra reklam televiziv ghall-Abort
Written by Mary Xerri   
Saturday, 29 May 2010

Abortion

L-Arċidjoċesi ta’ Sydney fl-Awstralja qed tappoġġja lill-Isqfijiet Ingliżi fi kritika iebsa għal riklam televiżiv minn kumpanija li tipprovdi l-abort, riklam li kien trasmess dil-ġimgħa fir-Renju Unit. L-avviz kummerċjali, produzzjoni ta’ Marie Stopes International, li hi waħda mill-ikbar kumpaniji li tipprovdi l-abort fir-Renju Unit, qed tistaqsi l-mistoqsija…”Tinsab tard? – Jekk il-period għadu ma ġiekx, jista’ jkun li tqila. Jekk tqila u ma tafx x’se tagħmel, Marie Stopes International tista’ tgħinek”.

Il-Konferenza Episkopali fl-Ingilterra u Wales ħarġet stqarrija bi kritika iebsa għat-trasmissjoni ta’ “avviżi li jirriklamaw servizzi li joffru jew jirreferu għall-abort”.

Intant, fi żvilupp, kien imiss l-Arċidjoċesi ta’ Sydney fl-Awstralja li tippubblika artiklu b’appoġġ għall-pożizzjoni tal-Isqfijiet Ingliżi. Fl-artiklu ntqal li “m’hemm l-ebda interess pubbliku reali involut fir-riklamar tas-servizzi tal-abort”. Id-Direttur taċ-Ċentru Ħajja, Żwieġ u Familja, Chris Meney, asserixxa li “hija korruzzjoni tar-rwol propju tal-aġenziji tax-xandir u l-komunikazzjoni” meta dawn jagħtu spazju lil kumpaniji li jagħmlu l-flus mill-ħsara li ssir lin-nisa u t-tfal bl-abort. Meney żied li “soċjeta tassew ġenwina teħtieġ toffri mara tqila xi ħaġa ferm aħajr mill-qerda tat-tarbija mhux imwielda tagħha. Ħafna nisa li jesperjenzaw tqala mhux ippjanata jispiċċaw jirrikorru għall-abort, bir-raġunijiet tagħhom rarament ikunu marbutin mas-saħħa”.

 
Centru ta' Teologija Kattolika se jiftah f'Hamburg
Written by Mary Xerri   
Saturday, 29 May 2010

Hamburg University

Rapporti tal-Vatikan qalu li l-Universita ta’ Hamburg qed tħejji għat-tnedija ta’ ċentru ġdid ta’ Teoloġija Kattolika u pedagoġija tar-reliġjon. L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan irrapporta li fit-18 ta’ dax-xahar, is-Santa Sede u l-belt ta’ Hamburg fil-Ġermanja “ffirmaw ftehim dwar il-ħolqien ta’ dan iċ-Ċentru”. L-Universita ta’ Hamburg għandha Ċentru simili għat-teoloġija protestanta fuq il-kampus.

L-Arċidjoċesi ta’ Hamburg irrappurtat li l-inizjattiva għandha bħala għan li tiżviluppa t-Teoloġija Kattolika fi djalogu ma’ xjenzi oħra, u aspett partikolari taċ-Ċentru se jkun li jippromwovi id-djalogu bejn il-Knisja u l-Istat dwar it-tagħlim tar-Reliġjon u x-Xjenza.

Il-ftehim kien iffirmat mill-Arċisqof Jean Claude Perisset, nunzju appostoliku għall-Ġermanja, f’isem is-Santa Sede, u mill-Ministru għax-Xjenza u r-Riċerka f’Hamburg, Herlind Gundelach, f’isem l-istess belt. Għaċ-ċerimonja attendew ukoll l-Arċisqof ta’ Hamburg, l-Isqof Awżiljarju u rappreżentanti tal-Universita.

 
Inawgurata l-Istatwa 'Mater Dei'
Written by Mary Xerri   
Saturday, 29 May 2010

It-Tlieta, 25 ta’ Mejju, 2010, l-Arċisqof Pawlu Cremona O.P. bierek l-istatwa ta’ ‘Omm Alla’, li tinsab quddiem id-daħla prinċipali tal-Isptar Mater Dei. L-istatwa ġiet inawgurata mill-Ministru tas-Saħħa, Joe Cassar. L-istatwa tirrappreżenta lill-Madonna b’espressjoni ta’ dieqa f’wiċċa, b’turija li qeda taqsam kompassjoni mal-marid waqt li b’ideja qeda tbierek lill-ħaddiema, il-morda u l-familjari tagħom huma u deħlin fl-isptar. Filwaqt li binha Ġesu b’idejh miftuha qiegħed jilqa’ fi ħdanu lil dawk kollha batuti, fid-daħla ta’ l-isptar. Il-mantell tal-madonna jgħaddi jixref minn taħt saqajn il-bambin, b’sinifikat ta’ rispett divin kif jixhed l-isem ta’ l-istatwa u l-isptar innifsu: Mater Dei – Omm Alla.

L-istatwa monumentali għolja tlett metri hija opra artistika fil-bronz u ssawret fl-iskultura minn Christopher Ebejer, filwaqt li ġiet fonduta fil-bronż mill-fonderija Joseph Chetcuti.

 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 Next > End >>

Results 53 - 78 of 218
© 2010 www.xewkijaparish.org