Tuesday, 20 November 2018
           
Home
HADD IL-PALM (2018) IL-BIDU TAL-GIMGHA MQADDSA
Written by Frans Galea   
Saturday, 24 March 2018

Din hija il- Liturgija  Hadd il-Palm - Il-Bidu tal-Gimgha Mqaddsa ( 2018 ) bi hsibijiet  min Joe Rapa.

 palm_sunday.jpg

 

Il-Mulej Ġesù tnissel fil-ġuf ta’ Marija u twieled fl-għar ta’ Betlehem għal għan wieħed: biex huwa jgħix fil-milja tiegħu il-Misteru tal-Għid.  Din kienet is-siegħa tiegħu.  Hu stess jgħid li għal siegħa waħda ġie u kellu ħerqa enormi li tgħaddi.  Ta’ bniedem li kien, kien mimli tensjoni dwar din l-esperjenza li kienet dejjem toqrob.  Iktar kemm beda jitfarfar u jikber fil-grazzja, kif jgħidilna l-Vanġelu, iktar bdiet tiċċara f’moħħu, mill-ġdid ta’ bniedem li kien, il-missjoni li kellha timmarkalu l-ħajja tiegħu fuq din l-art.  Bdiet taħkmu l-intuwizzjoni qaddisa li dak kollu li kien hemm fl-Iskrittura kien appuntu dwaru, dwar il-persuna tiegħu, u li dan kollu kien qed jiggwidaH lejn il-kenosi, li kien ilu li beda, imma li kellha tispiċċa fil-qtil tal-Ħaruf tat-tpattija barra l-belt ta’ Ġerusalemm.

 

Meta telaq minn dar Ommu biex jibda l-missjoni tiegħU, ma kien għad baqagħlu l-ebda dubju dwar lejn xhiex kien miexi. Dak li minn dejjem kien f’moħħ il-Missier, kien wasal biex jitwettaq.  Il-pattijiet li Alla kien għamel mal-bniedem qabel, kienu pattijiet temporanji, tajbin għal dak iż-żmien biss.  Imma issa kien qorob iż-żmien li jiġi fis-seħħ il-Patt etern, il-Patt li kien minn dejjem għand il-Missier u li kien se jitwettaq issa, fiż-żmien.

 

 

Last Updated ( Saturday, 24 March 2018 )
Read more...
 
EZERCIZZI TAR-RANDAN
Written by Frans Galea   
Thursday, 22 March 2018

Bejn il-5 u d-9 ta’ Marzu 2018 fil-knisja Rotunda saru l-Eżerċizzi tar-Randan għal kulħadd minn Fr. Hayden Williams OFM Cap. Dawn kienu fis-7.00pm u għalihom kien hem attendenza sabiħa ħafna. Il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu, wara l-aħħar prietka tal-Eżerċizzi, Fr. Hayden mexxa waqtiet ta’ adorazzjoni b’talb għall-fejqan. Il-ġimgħa ta’ wara, bejn it-12 u s-16 ta’ Marzu, saru Eżerċizzi oħra għal kulħadd fis-1.00pm, li tmexxew mid-djaknu Joseph Hili. L-istess djaknu mexxa wkoll l-Eżerċizzi taż-żgħażagħ fil-parroċċa tagħna bejn id-19 u t-22 ta’ Marzu.

 ex_1.jpg
 ez_2.jpg
 ez_4.jpg
 ez_5.jpg

 

Last Updated ( Thursday, 05 April 2018 )
 
Il-Bullettin tal-Hadd 18 ta' Marzu 2018
Written by Frans Galea   
Sunday, 18 March 2018
18_marzu_2018.jpg
 bullettin_18-03-2018.jpg
 
IL-HAMES HADD TAR-RANDAN (2018) IL-MISSJONI TA’ KRISTU: IL-MISTERU TAL-GHID
Written by Frans Galea   
Saturday, 17 March 2018

Din hija il- Liturgija  tal-Hames Hadd tar-Randan ( 2018 ) bi hsibijiet  min Joe Rapa.

the-prophet-jeremiah.jpg

 

Jekk il-profeti u n-nies ġusti kienu minn dejjem ippersegwitati għax mhux mifhuma mill-kultura ta’ żmienhom, l-istess kien Kristu, u dan ma setax ikun mod ieħor.  U jekk Kristu kien miċħud u mkaxkar lejn mewt kiefra, l-istess trattament trid tistenna l-Knisja għax dak kollu li wettaq Kristu tkompli twettqu llum il-Knisja għax hija l-Ġisem Mistiku ta’ Kristu.  Jekk trid tkun taf Kirstu fejn hu fl-Istorja llum, ħares lejn il-Knisja.

 

Il-profeti u n-nies ġusti u fuq kulħadd Kristu, ilkoll iddefendew il-bniedem kontra l-qawwa tal-ħażen li tgħammar fih.  Kristu jiddefendi lili kontra l-qawwiet tal-ħażen li jgħammru fija, u din it-taqbida lil Kristu tiswielu Ħajtu f’kull bniedem.  Din il-qawwa tal-ħażen, li magħha aħna nagħmlu allejanza, ta’ boloh li aħna, hija d-“Dnub”, in-naħa mudlama tal-esseri tagħna, ta’ dak kollu li aħna. Il-bniedem kapaċi jkollu intenzjonijiet mill-aqwa, imma hu lsir, u f’xi ħin jew ieħor se jidher dan il-jasar, jissuperah, jiddominah u jġagħlu jagħmel dak li ma jridx.  Dan id-dell tal-mewt fil-bniedem, fija u fik, kapaċi joqtol lill-istess Iben ta’ Alla. Hu inutli li niġġudikaw lil ħaddieħor: dan id-dell tal-mewt jinsab f’kull bniedem li għadu mhux mifdi minn Kristu.

 

Last Updated ( Saturday, 17 March 2018 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 11 ta' Marzu 2018
Written by Frans Galea   
Sunday, 11 March 2018
11_marzu_2018.jpg
 bullettin_11-03-2018.jpg
 
IR-RABA’ HADD TAR-RANDAN (2018) IL-MISTERU TAL-GHID F’HAJJITNA
Written by Frans Galea   
Saturday, 10 March 2018

Din hija il- Liturgija  tar-Raba' Hadd tar-Randan ( 2018 ) bi hsibijiet  min Joe Rapa.

 nicodemus.jpg

 

Li kieku  l-bnedmin jgħarfu li l-Bibbja hija l-Kelma ta’ Alla li l-ħin kollu titkellem fuq il-ħajja tagħhom, kieku ħafna iktar jakkwistaw interess u għożża għaliha; ħafna iktar jagħmluha s-sieħba tagħhom fl-esperjenzi u l-ġrajjiet li jgħaddu minnhom u hi ssir il-Ktieb tat-Talb tagħhom, il-wens u l-faraġ tagħhom.  Tant nies għandhom bżonn faraġ!  Tant nies għandhom bżonn jisimgħu li Alla jħobbhom, li Alla jifhimhom u jgħadirhom, li Alla jaf kollox fuq dak li għaddew minnu! 

 

Titħawwad tara tant nies li jħobbu l-Knisja, tant nies “tajbin” li għandhom intenzjoni tajba li jixtiequ jgħixu kif iridhom Alla, tant nies li għandhom fidi sempliċi imma qawwija, imma fl-istess ħin għadhom qatt ma skoprew il-qawwa u d-dawl li hemm fl-Iskrittura.  Tassew li dan il-ktieb għażiż huwa Grazzja, rigal b’xejn li Alla jrid jagħtik.  Aħna nemmnu fil-preżenza reali ta’ Kristu fl-ispeċi Ewkaristiċi; imma għandna bżonn nemmnu wkoll li l-Bibbja hija l-Kelma ta’ Alla... Kristu huwa l-Kelma ta’ Alla... mela dan il-Ktieb Qaddis huwa l-preżenza ta’ Kristu fid-dar tagħna u ma nistgħux nitfgħuh ’l hemm u ’l hawn, jew inqeduh fid-dlam ta’ xi vettrina ma’ qabda kotba oħra fiergħa u vojta.

 

 

Last Updated ( Saturday, 10 March 2018 )
Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 79 - 104 of 1135