Wednesday, 16 August 2017
           
Home
Il-Vatikan Japprova il-Padruni ta' Jum Dinji taz-zghazagh f'Madrid
Written by Mary Xerri   
Saturday, 15 May 2010

WYD11-logo

Il-Vatikan approva l-padruni u l-postijiet fejn se jsiru l-attivitajiet ewlenin taċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ li jmiss f’Madrid fi Spanja f’Awissu 2011.

Last Updated ( Sunday, 16 May 2010 )
Read more...
 
"It-Talb mhuwiex zejjed fl-Edukazzjoni Kattolika"
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 11 May 2010

“IT-TALB MHUWIEX ŻEJJED FL-EDUKAZZJONI KATTOLIKA” – IL-KARDINAL SEAN BRADY

Cardinal Sean Brady

L-Arċisqof t’Armagh u Primattal-Irlanda kollha qal li fl-iskejjel kattoliċi, li wieħed jgħallem lit-tfal kif jitolbu, mhix xi ħaġa addizzjonali, anzi parti essenzjali minn dak li t-tfal għandhom dritt jirċievu. Il-konmferenza organizzata mid-djoċesi ta’ Ossory u li saret Kilkenny indirizzat it-tema “Catholic Schools: Envisioning a Future” u ffukat fuq l-iskejjel kattoliċi.

Sean Brady stieden lil dawk preżenti sabiex iġeddu l-impenn tagħhom għar-rispett u l-promozzjoni tad-dritt tat-tfal fl-iskejjel li jitmexxew u jingħataw formazzjoni f’sens ta’ qima awtentika lejn Alla fil-qafas tat-tradizzjoni kattolika. “Din mhix xi ħaġa addizzjonali għal dak li għandhom jingħataw. It-tfal u l-ġenituri tagħhom għandhom id-dritt jistennew minn skola kattolika li tipprovdi lit-tfal b’formazzjoni serja fit-talb u l-qima lejn Alla”.

Il-Kardinal Brady kompla jappella lill-mexxejja ta’ istituzzjonijiet edukattivi sabiex jirriflettu serjament u b’impenn dwar din il-parti essenzjali tad-dmir lejn it-tfal. Fi kliemu, “skola kattolika mingħajr qima u talb hi kontradizzjoni sħiħa; skola qed tfalli fl-obbligazzjoni fundamentali tagħha lejn il-ġenituri u l-ulied”.

Bħala nies ta’ fidi, temm jgħid il-Kardinal Brady, “irridu nfittxu li nibżgħu għad-dritt li uliedna jsiru jafu u jħobbu lil Alla”.

 
L-esperjenza ta' Kimberly Terribile fil-laqgha mal-Papa
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 11 May 2010

Il-preżenza tiegħi fost iż-żgħażagħ fil-Waterfront kienet esperjenza meraviljuża fiha nnifisha. Quddiem għajnejja kien hemm mijiet ta’ żgħażagħ jifirħu, ikantaw u jxejru l-bnadar, mimlijin enerġija u ferħ huma u jistennew lill-Qdusija Tiegħu biex jasal, entużjażmu sfrenat ta’ żgħażagħ lesti jesprimu u jaqsmu l-fidi tagħhom, esperjenza li mlietni tama għall-ġejjieni tal-Komunità Kattolika.

Mal-wasla tal-Papa, wieħed seta’ jħoss l-entużjażmu jikber. Kienet responsabbiltà kbira għalija li naqra testimonjanza f’isem iż-żgħażagħ impenjati fil-Knisja, imma waħda li tatni sodisfazzjon kbir. Inħoss li din l-opportunità unika kienet grazzja kbira.

Żgur li mhux se ninsa l-mument meta ġejt biex niltaqa’ mal-Papa personalment. Meta tlajt biex nirċievi l-barka tiegħu, ħarisna dritt f’għajnejn xulxin mingħajr ma lissinna kelma. Tbissimtlu u tbissimli lura. Dak il-ħin ħassejt imħabba profonda għall-umanità, sens ta’ umiltà u arja ta’ qdusija. Jiena u sejra lura f’posti, indunajt kemm dal-bniedem hu qaddis, u stajt nara viżjoni ta’ paċi sħiħa li se tibqa’ mnaqqxa f’qalbi għal dejjem.

Kimberly Terribile

 
Is-Sitt Hadd tal-Ghid
Written by Trevor Sultana   
Saturday, 08 May 2010

Il-qari fil-liturgija ta' dan il-Hadd huwa: I Qari - Atti 15, 1-2.22-29; II Qari - Apok. 21, 10-14.22-23; Evangelju - Gw. 14, 23-29.  Filwaqt li z-zmien tal-Ghid qed joqrob lejn it-tmiem tieghu, il-Knisja tpoggielna ghar-riflessjoni taghna siltiet mill-kapitli 13-17 tal-vangelu skont San Gwann.  Dawn fihom l-ahhar diskors ta' Gesu' qabel it-tluq tieghu minn din id-dinja.  Filwaqt li jhalli t-testment tieghu - il-kmandament tal-imhabba, huwa jwieghed li se jibqa' prezenti b'mod gdid - fl-Ispirtu s-Santu li kien se jibghat.  Gesu jwieghed li min jilqa' l-Kelma tieghu ikollu fih il-prezenza tat-Trinita' Qaddisa.  Kemm qed infittex li naghmel din l-esperjenza ta' Alla li jghammar fija?

JesusChristPortrait.jpg Jesus at the Last Supper image by sandyb316
Gesu' fl-ahhar ikla mad-dixxipli
 
JIBDEW L-ERBGHAT TA' SANTA MARIJA
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 04 May 2010
 
IL-PAPA F’MEJJU JITLOB GHAL IKTAR ENTUZJAZMU MISSJUNARJU
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 04 May 2010

IL-PAPA F’MEJJU JITLOB GĦAL IKTAR ENTUŻJAŻMU MISSJUNARJU

missionary work

Matul dan ix-xahar ta’ Mejju, il-Papa Benedittu XVI se jkun qed jitlob għal iktar “entużjażmu missjunarju”. L-Appostolatura ta’ talb ħabbret bħal ma tagħmel fi tmiem kull xahar l-intenzjonijiet tal-Papa għax-xahar li jkun imiss. Għal dan ix-xahar ta’ Mejju qalet li l-intenzjoni ġenerali tat-talb tal-Papa se tkun iffukata fuq il-waqfien tal-kummerċ sfrenat tal-persuni, li sfortunatament jinvolvi miljuni ta’ nisa u tfal madwar id-dinja kollha.

Bħala intenzjoni appostolika, il-Papa f’Mejju qed jitlob sabiex “il-ministri ta’ Kristu, ir-reliġjużi nisa u rġiel u l-lajċi involuti fil-ħidma appostolika, jifhmu iktar kif iżidu l-entużjażmu missjunarju tagħhom fil-komunitajiet afdati fil-kura tagħhom.

Last Updated ( Tuesday, 04 May 2010 )
 
<< Start < Prev 31 32 33 34 35 36 37 38 Next > End >>

Results 807 - 832 of 982