Saturday, 24 June 2017
           
Home
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 03 March 2010

Gesu' jmut fuq is-salib

Hsieb:

Ftit sighat ohra.....ftit minuti ohra.....ftit mumenti ohra.  Tlieta u tletin sena ilha riesqa din is-siegha.  Issa ma tistax tahrab.  Hemm int wasalt fl-ahhar ta' hajtek fi tmiem it-triq. Tinsab f'xifer l-irdum.  Issa pass iehor jonqos....L-ahhar pass ta' mhabba...L-ahhar pass qabel il-mewt.

Kif kellek tispicca, imdendel bejn zewg hallelin.  Qieghed hemm fuq l-ghuda tas-salib, ma titharrikx.  Ghad hemm sinjal ta' hajja fik, li bil-mod qed tnemnem bhad-dawl ta' musbieh li fih baqa' biss ftit qtar taz-zejt.

Issa l-hajja kwazi spiccat minn kull rokna ta' gismek.  Ismaghhom ghadhom ma xebghux, ghadhom jinsulentawk, ghadom joffenduk.  Bil-ftit hegga li ghad fadallek tlissen kelma ta' mahfra: "Ahfrilhom ghax ma jafux x'inhuma jaghmlu".  Kif jista' jkun tahfer? X'qalb bla qies!  X'qalb tfawwar l-imhabba!  Jien ma nahfirx kif gieb u lahaq, anzi gieli nixtieq id-deni lil min jixtieqli l-gid! U int hfirtilhom.....L-ahhar sforz Mulej.  Hutek il-bnedmin qeghdin jistennewk.  Qed iharsu lejk.  Bhal ma l-Lhud harsu lejn is-serp tal-bronz, li Mose' waqqaf fid-dezert.  Min ihares lejk ikollu l-hajja, isib il-fejqan, jara d-dawl, jimtela bit-tama, jitwettaq fil-fidi, jirbah is-saltna.  Hekk ghamel dak ta' hdejk.  Mugugh, imsammar fuq is-salib bhal tieghek, ftit sema' bik, ftit rak, forsi hemm iltqajtu l-ewwel darba, imma hares lejk u ghajnejh iltaqghu ma' tieghek. "Illum stess tkun fis-saltna tas-smewwiet".  L-iehor dawwar wiccu n-naha l-ohra.  Tini l-qawwa nhares f'ghajnejk.  Tista' tghid li wasal fl-ahhar, qed jiehu l-ahhar nifs bi tbatija kbira.

Sahhtu hallietu bhal ma ponn ramel jahrab minn bejn is-swaba ta' jdejk.  Bilkemm ghadu jitharrek.  Isma' l-ahhar karba tieghu. "Missier, f'idejk nerhi ruhi".

Talba: 

Kristu miet ghalija....  Ta kollox ghalina....  Jien qatt tajt xi haga ghall-ohrajn?

Nadurawk O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna

(Minn Habbejtni Mulej....u ghadek Thobbni)

Last Updated ( Tuesday, 09 March 2010 )
 
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 02 March 2010
Last Updated ( Thursday, 11 March 2010 )
Read more...
 
Hsieb - Vari tal-Gimgha l -Kbira Xewkija
Written by Mary Xerri   
Monday, 01 March 2010

L-Inkurunazzjoni bil-Kuruna tax-Xewk

Jitkellem Gesu':

Kont ghadni fil-bitha ta' Pilatu taht idejn dawk il-manigoldi - qishom klieb irrabjati - u dawn bdew jghidu wiehed lill-iehor: "U mela jista' jkun li ma naghtuhx il-gieh ta' re li hu?"  Ghalhekk imnezza' kif kont qeghduli fuq spallejja porpra hamra ta' suldat ruman, tawni f'idi l-leminija qasba bhal xettru u fuq rasi kuruna tax-xewk, bhala kuruna rjali.  Kont bilwieqfa u bdew jghaddu biex jaghtuni taparsi gieh u qima ta' re, bdew jghiduli: "Is-sliem ghalik, o re tal-Lhud." Erhilhom jaghtuni daqqiet ta' harta biex iktar izebilhuni.  Jidhol Pilatu fl-bitha u, kif rani f'dik is-sura li ggib hniena, haseb li sejjer jirnexxielu jehlisni billi juri lill-poplu l-istat tieghi.  Qeghidni fil-logga kif kont imlibbes bil-porpra u bix-xewk ma' rasi u b'lehen shish qalilhom: "Ekku l-bniedem!"  F'hin bla waqt kulhadd jghajjat: "Sallbu, Sallbu.  Nehhieh mill-wicc ta' din l-art."

Titkellem ir-ruh:

O Mulej, gieni f'qalbi l-biki tal-hniena lejk xhin rajtek mibdul f'haga tad-dahk, re taz-zuffjett.  Irrid li kull darba li nghaddi minn quddiemek sagramentat, qabel ma nilwi gharkubbtejja bi hsieb ta' qima u ta' adorazzjoni ghax inti Alla veru u haj, insellimlek b're tassew ta' kulhadd waqt li nghidlek: Is-sliem ghalik, ja Re tar-rejjiet.

Nadurawk O Gesu' u mberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

(Mehuda minn Adorazzjoni tal-Gimgha l-Kbira ta' San Gorg Preca)

vari_n.jpg
 

 Il-Vara ta' Gesu' Nkurunat

 

Last Updated ( Saturday, 06 March 2010 )
 
Positive Thinking
Written by Mary Xerri   
Monday, 01 March 2010

Prayer can freshen you up every evening and send you out renewed each morning.  It releases and keeps power flowing freely and seems able even to normalize the aging process.

(From Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)

Last Updated ( Monday, 22 March 2010 )
 
Positive Thinking
Written by Mary Xerri   
Monday, 01 March 2010

The tough-minded optimist views any problem as a challenge to his intelligence, ingenuity, and faith.  He keeps on thinking, praying, and believing.  He knows there is a solution and so he finally finds it.

(From Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)

Last Updated ( Tuesday, 09 March 2010 )
 
Positive Thinking
Written by Mary Xerri   
Monday, 01 March 2010

Learn to let God run your life.  You'll like the results better than your won self-management.

(From Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)

 

 

 

Last Updated ( Tuesday, 09 March 2010 )
 
<< Start < Prev 31 32 33 34 35 36 37 Next > End >>

Results 833 - 858 of 959