Saturday, 24 June 2017
           
Home
Festa tal-Familja Mqaddsa ta' Gesu', Marija u Guzeppi
Written by Trevor Sultana   
Monday, 28 December 2009

Fil-Hadd wara l-Milied, il-Knisja taghmel il-festa tas-Sagra Familja, biex tkompli tfakkarna kemm l-Iben t'Alla sar tassew wiehed minna, hekk li kiber u trabba f'familja bhal taghna.  Barra minn hekk, din il-familja hija wkoll ta' mudell li fuqu jistghu jinbnew il-familji taghna.  Infatti f'dan il-jum, il-Knisja taghmel enfasi fuq il-qdusija tal-familja u fuq ir-relazzjonijiet fi hdanha.  Il-qari tal-lum jitkellem dwar dan: I Qari - Sir. 3, 2-8.12-14; II Qari - Kol. 3, 12-21; Evangelju - Lq. 2, 41-52.

Gesu', Marija u Guzeppi, harsu l-familji kollha ta' pajjizna l-aktar dawk li bhalissa ghaddejjin minn mument tad-dlam.

Il-Familja Mqaddsa - Claudio Coello
 
Il-Lejl Qaddis tal-Milied
Written by Trevor Sultana   
Thursday, 24 December 2009

Sa mill-ewwel sekli tal-Kristjanezmu, dan il-lejl dejjem gie mizmum bhala lejl qaddis li fih l-Iben t'Alla, il-Jum li ma jispicca qatt, dahal fil-jiem taghna, dahal fl-istorja taghna u bidel totalment id-direzzjoni taghha.  Huwa l-lejl tas-skiet li jinkiser mill-kant ferriehi tal-angli; huwa l-lejl mudlam li jinxteghel bid-dawl ta' Gesu tarbija f'maxtura.  Min hu nisrani veru ma jistax jghix dan il-lejl bhall-iljieli l-ohra tas-sena.

Fil-knisja taghna, dan il-lejl qaddis tal-Milied se niccelebrawh bil-Quddiesa ta' Nofs il-Lejl, li tibda fil-11.30pm bil-kant tas-salmi.  Qabel, fil-11.15pm issir il-priedka tat-tifel, mill-abbati Luke Cassar. 

Il-Milied it-tajjeb lil kulhadd.

Last Updated ( Sunday, 27 December 2009 )
 
Ir-Raba Hadd tal-Avvent
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 20 December 2009

Ir-Raba Hadd tal-Avvent huwa l-ahhar wiehed qabel niccelebraw is-sollennita tat-twelid tal-Mulej Gesu.  Il-qari f'dan il-Hadd huwa: Qari I - Mik. 5, 1-4a; Qari II - Lq. 10, 5-10; Evangelju - Lq. 1, 39-45.  Dawn is-siltiet ipoggulna quddiem ghajnejna l-misteru ta' Alla li jsir bniedem.  Huwa jidhol fl-istorja taghna b'mod mill-aktar konkret; huwa jigi f'gisem ghalkollox bhal taghna, kif naraw fit-tieni qari.  Hu kellu jitwieled f'post partikulari, f'Betlem, kif naraw fl-ewwel qari; fl-evangelju naraw li hu ghex fi zmien partikulari u kellu bhala familjari tieghu bnedmin bhall-ohrajn.

Grazzi Mulej li dhalt fl-istorja taghna sal-punt li sirt bhalna f'kollox, minbarra fid-dnub.  Ghinna naghrfu l-prezenza tieghek fl-istorja personali taghna.

View Image

           Iz-Zjara ta' Marija lil Elizabbetta

 
Tibda n-Novena tal-Milied
Written by Trevor Sultana   
Thursday, 17 December 2009

Nhar it-Tlieta 15 ta' Dicembru, bdiet in-novena tal-Milied, jew ahjar, disat ijiem ta' thejjija ghall-festa tat-twelid tal-Mulej.  Fil-parrocca taghna, in-novena qed issir kuljum fil-Quddiesa tal-5.15pm.  Matul din in-novena se jkun hemm ukoll is-sehem specjali tat-tfal li kuljum iwettqu xi gest simboliku marbut mas-suggett tal-gurnata.  F'dawn l-ewwel tlitt ijiem qed imexxi n-novena Dun Salv Grima.

 
Zewg Seminaristi Xewkin jircievu l-ministeru tal-Akkolitat
Written by Frans Galea   
Sunday, 13 December 2009
Nhar il-Hadd 6 ta' Dicembru, hames seminaristi gew moghtija l-ministeru tal-akkolitat gewwa l-knisja parrokkjali ta' San Lawrenz.  Fost dawn il-hamsa kien hemm Trevor Sultana u Franklin Vella minn din il-parrocca, u wkoll John Meilak mill-parrocca tal-Katidral li s-sena l-ohra wettaq hidma pastorali fil-parrocca taghna.
Skont in-normi tal-Knisja, l-akkolitu jista' jqarben, jesponi l-Ewkaristija ghall-adorazzjoni tal-fidili (ghalkemm ma jistax jaghti l-barka Sagramentali), iwassal lil Gesu' hdejn il-morda fi djarhom u wkoll ihejji lil-lajci li jaghtu xi servizz marbut mal-altar.
Minn qalbna nifirhu lil dawn il-hames zghazagh u nawgurawlhom li jkomplu miexja l quddiem f'din it-triq li qabdu. [ Ritratt : John Cordina ]
sem1.jpg
 

 Il-hames seminaristi flimkien ma'
l-Isqof Mario Grech

Last Updated ( Sunday, 13 December 2009 )
 
It-Tielet Hadd tal-Avvent
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 13 December 2009

Fil-liturgija tal-Knisja dan huwa maghruf bhala l-Hadd tal-ferh, ghax issa, kif jghid San Pawl, "Il-Mulej qorob".  Minhabba f'hekk, f'dan il-Hadd, jista' jintuza l-kulur roza flok il-vjola biex jesprimi dan il-ferh marbut mal-istennija tal-Mulej.  Ghal darba ohra, il-vangelu jlaqqaghna mal-figura tal-Battista li n-nies imorru jistaqsuh x'ghandhom jaghmlu biex ihejju ruhhom.  Il-pariri ta' Gwanni huma hafna konkreti u jmissu l-hajja ta' kuljum ta' dawk li marru jistaqsuh.  Il-bidla f'hajjitna trid tibda ssehh proprju b'dawn l-affarijiet li jmissu l-hajja ta' kuljum - affarijiet li wiehed jahseb li Alla ma jidholx fihom ghax huma zghar wisq.

 Ejja Mulej Gesu.

 
<< Start < Prev 31 32 33 34 35 36 37 Next > End >>

Results 859 - 884 of 959