Wednesday, 21 November 2018
           
Home
Messagg mill-Isqof Mario Grech
Written by Frans Galea   
Thursday, 04 November 2010
MARIUS GRECH 

EPISCOPUS GAUDISIENSIS

                                         KOMUNIKAT LID-DJOĊESIDWAR IL-KUNDIZZJONI TA’ MONS NIKOL CAUCHIISQOF EMERITUS TA’ GĦAWDEX   Wara li bħal-lum ġimgħa l-Isqof Nikol Cauchi ddaħħal l-isptar u l-kundizzjoni tiegħu kienet kritika ħafna; billi huma ħafna dawk li b’interess u rispett lejn l-Isqof Cauchi qed jistaqsuna jew jiktbulna biex ikunu jafu kif għadda; nikkomunikalkom illi l-Isqof Cauchi kuljum qed jagħmel progress sinifikattiv. Barra mill-fatt li l-mediċina ħadmet fuqu, l-attenzjoni u l-kura li tah l-istaff kemm fl-iSptar Ġenerali ta’ Għawdex kif ukoll fl-iSptar Mater Dei għenu biex minn nhar it-Tlieta Mons Cauchi m’għadux f’induced coma u beda jikkomunika bis-sinjali u bil-kitba. 
Last Updated ( Thursday, 04 November 2010 )
Read more...
 
Messagg ta' Mons Isqof Mario Grech
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 06 October 2010

FORZI TA MALTA - DIFIZA TAL-HAJJA

Dalghodu, il-Gimgha, fil-Kon-Katidral ta' San Gwann, Mons Isqof Mario Grech mexxa koncelebrazzjoni fl-okkazzjoni tal- 40 anniversarju mil-fondazzjoni tal-Forzi Armati ta Malta. Fl-omelija tieghu l-Isqof Grech wassal dan il-messagg:

"Fi zmienijiet ta paci bhal taghna, il-Forzi Armati ta Malta ghandhom missjoni li jiddefendu l-hajja. Hafna drabi biex il-hajja, specjalment ta min hu dghajjef, zghir jew vittma, tigi mharsa jehtieg jittiehdu decizjonijiet u azzjonijiet azzardati u kuraggjuzi b'riskju li ma jghobux lil kulhadd!

Spiss nisemghu bl-interventi tal-membri tal-Forzi Armati f'attivita biex jigu salvati persuni f'periklu li jintilfu fl-ibhra.

Wiehed japprezza l-azzjoni f'waqtha tal-Forzi Armati biex jitrazznu dawk li jittraffikaw id-droga - sustanza omicidjali li tkisser individwi u familji.

Il-Forzi Armati gie li jintervjenu biex ma jkunx hemm traffikar tal-persuni. Ghax hemm nies bla skruplu li japproffittaw mit-tamiet ta persuni li jixtiequ jibdew hajja gdida u jitilquhom bejn sema u bahar b'riskju kbir ghal hajjithom.

Din il-hidma mhix hafifa, specjalment kontra l-kriminali tat-traffikar tad-droga u n-nies. Sfortunatament hemm min ghandu l-qawwa tal-flus u jipprova jikkorrompi; hemm min juza l-arma tat-terrorismu biex ibezza lil min jixtieq jahdem; hemm ukoll min irnexxilu jikseb l-protezzjoni ta l-amministrazzjoni u tal-politici.

Napprezza l-impenn ta l-Istat li permezz tal-Forzi Armati u l-Korp tal-Puluzija qed jindirizza dawn il-problemi. Konvint li f'dawn l-istituzzjonijiet hemm persuni onesti, validi u gentlomi li jridu jiddefendu l-hajja.

Pero l-fatt li llum f'pajjizna d-droga tista tinkiseb b'facilita u sikwit nerfghu vittmi godda mill-art; il-fatt li l-bahar ghadu qabar miftuh biex jidfen tant persuni nvoluti fit-traffikar klandestin, ifisser li hemm min suppost qed jghasses imma xi darba qed jonghos!

Nawgura li l-membri tal-Forzi Armati jkollhom genbejhom mhazmin bil-verita dwar il-valur assolut ta kull hajja. Inheggighom jilbsu l-kurazza tal-gustizzja li taghti lil kulhadd dak li haqqu minghajr ma thares lejn il-kulur tal-gilda jew il-posizzjoni socjali ta dak li jkun.Il-gustizzja trid tkun imsiehba mill-imhabba peress li xi darba l-gustizzja legali wahidha mhix bizzejjed - summum ius, summa iniuria!

B'dan il-mod il-Forzi Armati jkomplu joffru garanzija ghall-harsien tal-hajja tac-cittadini u l-istorja taghhom tkun glorjuza kif kienet matul dawn l-40 sena.

Last Updated ( Wednesday, 06 October 2010 )
 
Messagg ta' Mons Isqof Mario Grech
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 29 September 2010

Bżonn ta’ bilanċ fil-familja 

 Messaġġ ta’ Mons Isqof Mario GrechSeminar għall-membri tal-Kummissjonijiet Parrokkjali Familja, Koppji animaturi Mixja Għarajjes u Saċerdoti responsabbliĊentru ta’ Kana, Rabat, Għawdex – Is-Sibt 25 ta’ Settembru 2010 
 
Meta  dalgħodu (is-Sibt 25 ta’ Settembru 2010) fiċ-Ċentru ta’ Kana, Victoria, Għawdex, l-Isqof Mario Grech ikkonkluda Seminar organizzat mill-Kummissjoni Familja tad-djoċesi t’Għawdex għall-koppji li qed iwettqu ħidma pastorali fil-parroċċi mal-għarajjes u l-familji, huwa wassal dan il-messaġġ: 
 
“In-nuqqas ta’ bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħin hieles qed ikun kawża ta’ problemi fil-ħajja tal-koppji u tal-familji. Il-kompetizzjoni tas-suq u l-mira li jinkiseb il-profitt massimu qed iwasslu biex mhux biss ikunu ssagrifikati d-drittijiet tal-ħaddiem, imma wkoll id-drittijiet tal-familja!
Mhux biss dejjem qed jitnaqqar il-ħin liberu li wieħed jista’ jiddedika għall-familja, imma xi drabi hemm fostna imprendituri li jorganizzaw huma stess il-ħin liberu tal-ħaddiema tagħhom b’mod u manjiera li jfixklu l-ħajja taż-żwieġ u l-familja!  Il-mod kif wieħed iħares lejn ix-xogħol jinfluwenza l-għażliet tiegħu fil-kuntest tal-familja, ir-relazzjonijiet bejn l-għarajjes, bejn il-koppja miżżewġa u bejn il-ġenituri u l-ulied. Meta persuna tinħakem fl-ingranaġġi tax-xogħol, tiftaqar il-kwalità tal-komunikazzjoni mal-ohrajn u wieħed ma jibqagħlux ħin biex jinvesti fil-ħbiberija, fil-kultura, sports, eċċ
Meta jintrikeb mill-għejja tax-xogħol, hemm ir-riskju li l-bniedem ma jħarisx lejn il-ftit ħin liberu bħala ħin biex jinvesti fir-relazzjonijiet familjari, imma pjuttost bħala mezz ta’ ħarba mir-realtà, u biex jinsa jfittex okkażjonijiet tal-massa u storbjużi; għalhekk, hekk anke il-ħin liberu jitlef it-tifsira tiegħu. Ix-xogħol huwa barka meta jgħin fl-iżvilupp sħiħ tal-persuna; imma importanti li jkunu rispettati l-aspetti kollha tal-bniedem: dak individwali, familjari u komunitarju. Huwa fatt li minħabba l-ħin twil applikat għax-xogħol, l-individwaliżmu qed jikber u kemm il-bniedem kif ukoll il-familja kull ma jmur qed dejjem jinqatgħu għalihom! 
 
Ix-xoghol stabli huwa serħan il-moħħ mhux biss ghal ħaddiem, imma ukoll għall-familja. Meta l-impjiegi jkunu ncerti u d-dħul ma jkunx assigurat, kemm l-haddiem kif ukoll l-familja tieghu jew taghha jsibu ruhhom f’sitwazzjoni mhix soda u dan normalment jiġġenera tensjoni u uzu u tqassim sbilancjat tal-hin li l-familja tkun tixtieq tirriserva ghaliha! Politika favur il-familja tieħu ħsieb kemm l-ekonomija tal-familja kif ukoll it-tisħiħ tar-relazzjonijiet familjari. Għalhekk, jekk irridu ngħinu lill-familja, huwa l-mument li niskopru l-valur tal-ħin flimkien, partikularment fil-Jum tal-Ħadd li, barra li huwa jum ta’ festa reliġjuża, huwa wkoll jum ta’ festa għall-familji.   Il-Pjan Pastorali  għal din is-sena għad-djoċesi t’Għawdex jaħseb biex jgħin lill-komunità Nisranija tapprezza aktar l-Ewkaristija (Quddiesa) tal-Ħadd bit-tama li nerġgħu rroddu lill-Ħadd it-tifsira proprja tiegħu: il-Jum tal-Mulej, tal-bniedem, tal-familja u tal-komunità. Nistieden li kull komunita nisranija biex frott ta riflessjoni u talb, taghmel is-suggerimenti taghha lil min hu responsabli biex isir l-aġġornament liturġiku li hemm bzonn halli ma nibqgħux “naħlu” il-jum tal-Ħadd. Mhux ġust li fil-jum tal-Hadd wieħed imur il-knisja għal quddiesa u flok ma jieħu sehem f’”celebrazzjoni”, jkollu jissaporti jew jittollera l-azzjoni liturgika!  Proprju nhar il-Ġimgħa li għaddiet ġiet ippubblikata ittra li l-Papa Benedittu kiteb lill-Kardinal Ennio Antonelli li huwa l-President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Familja dwar il-Laqgħa Dinjija għall-Familji li ser issir f’Milan fl-2012.  F’din l-Ittra, il-Papa ħabbar li t-tema għal din il-ġrajja mondjali ser tkun: “Il-Familja: xogħol u ħin liberu” – xieraq li l-familji tagħna, il-gruppi u l-parrocci jagħmlu riflessjoni u tħejjija għal din il-ġrajja. Fl-istess Ittra l-Papa ħabbar li s-sena li ħejja niċċelebraw it-30 anniversarju tal-Eżortazzjoni Apostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II Familiaris Consortio. Nappella lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-ġid tal-familji tagħna biex nerġgħu naqbdu f’idejna din il-magna charta tal-pastorali tal-familja, speċjalment fiċ-ċirkustanzi li qegħdin ngħixu fihom, fejn hemm bżonn tasal il-bxara t-tajba dwar il-familja. Irrodd ħajr lil Dun Anton Teuma, Delegat tiegħi għall-pastorali tal-Familja fid-djoċesi, kif ukoll lill-Kummissjoni Djoċesana Familja, lilom koppji membri tal-Kummissjonijiet Parrokkjali Familja u lill-Moviment ta’ Kana li f’ħidma flimkien qed iwettqu azzjoni pastorali sfieqa mal-għarajjes, il-koppji miżżewġa u l-familji. Il-preżenza ta’ wċuħ ġodda f’dawn il-Kummissjonijiet tagħmlilna kuraġġ għax hija konferma tal-vitalità tal-ħajja Nisranija fil-parroċċi tagħna.  Ta’ dan kollu nrodd ħajr lil Alla u nitolbu jżomm idejh fuqhom.
Last Updated ( Wednesday, 29 September 2010 )
 
Festa tal-Martirju ta' San Gwann
Written by Trevor Sultana   
Saturday, 28 August 2010

Matul din il-gimgha, il-parrocca taghna qed taghmel il-festa tal-martirju ta' San Gwann il-Battista, li l-Knisja ticcelebrah nhar id-29 t'Awwissu.  Nhar l-Erbgha saret velja ta' talb u riflessjonijiet fuq iz-zuntier tal-knisja, u lahqet il-qofol taghha bil-hrug tal-istatwa ta' San Gwann min-nicca.  Il-Hamis saret l-ikla organizzata mill-ghaqda tal-armar tal-festa.  Il-Gimgha sar sports ghat-tfal, bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali.  Is-Sibt fil-5.00pm se ssir koncelebrazzjoni bil-vespri integrat.  Imbaghad il-Hadd 29 t'Awwissu, fit-8.30pm se jsir Pontifikal immexxi minn Mons. Nikol Cauchi, Isqof emeritu ta' Għawdex.

Il-Martirju ta' San Gwann - Paul Camilleri Cauchi (Rotunda Xewkija)
 
PELLEGRINAGG DJOCESAN
Written by Mary Xerri   
Saturday, 31 July 2010
 Is-Segretarjat Djoċesana għall-Appostolat tal-Lajċi ser jorganizza

Pellegrinaġġ Djoċesan għall-Parroċċa ta’ Stella Maris tas-Sliema - Malta,

nhar it-Tlieta, 17 t’Awwissu, 2010.

Nitilqu mill-Imġarr Għawdex mal-vapur tal-5.15p.m.Fiċ-Ċirkewwa jkollna transport ipprovdut għal din l-okkażjoni.Is-saċerdoti kollha li jiġu huma mistiedna jikkonċelebraw mall-E.T. MonsMario Grech Isqof t’Għawdex u jġibu magħhom Alba u Stola bajda. Kulħadd huwa mistieden għal dan il-PellegrinaġġNirritornaw lura lejn Għawdex mal-Vapur tal-9.45 p.m.

N.B. Ġibu magħkom il-Karta ta l-Identita.

Min ser jiġi jinkiteb fl-Uffiċċju Parrokkjali ta’kull Parroċċa sat-Tnejn 16t’Awwissu 2010. Il-ħlas barra il-Vapur huwa tat-€3.00.
Last Updated ( Saturday, 31 July 2010 )
 
ADORAZZJONI S-SIBT 31 TA' LULJU 2010
Written by Mary Xerri   
Saturday, 31 July 2010

Is-Sibt 31 ta' Lulju ser isir nofs lejl Adorazzjoni fil-Kappella ta' Sant'Antnin x-Xaghra mill-Moviment Ewkaristiku Ghawdxi.  Imexxi Mons Rosario Borg.

Tibda f'it-8.30pm b'Quddiesa u taghlaq b'quddiesa ohra f'nofs il-lejl.

Il-Mulej jaghtina 24 siegha - tghid ma nsibux ftit hin li niddedikawh ghaliH?

 

"Ejjew ghandi intom ilkoll li tinsabu mhabbtin u mtaqqlin u jiena nserrahkom

Last Updated ( Saturday, 31 July 2010 )
 
<< Start < Prev 31 32 33 34 35 36 37 38 39 40 Next > End >>

Results 885 - 910 of 1135