Monday, 17 December 2018
           
Home
QUDDIESA F'TA' GOKK
Written by Mary Xerri   
Monday, 19 July 2010

KULL NHAR TA ERBGHA ISSIR QUDDIESA

F'TA' GOKK

FL-4.30pm

Nistiednu l-familji ta' dawn l-inhawi sabiex jattendu.

 
FESTA TA' SAN ELIJA
Written by Mary Xerri   
Monday, 19 July 2010

IT-TLIETA 20 TA' LULJU HIJA L-FESTA

TA'

SAN ELIJA PROFETA

 
Il-Bandalora l-gdida ta' Triq San Bert li tirraprezenta lil San Elija
Il-Bandalora l-gdida ta' Triq San Bert li tirraprezenta lil San Elija
 
HATRIET EWLENIN F’DIPARTIMENTI DIFFERENTI FIL-VATIKAN
Written by Mary Xerri   
Monday, 19 July 2010

Il-Papa Benedittu XVI ħatar mexxejja ġodda f’diversi dipartimenti fil-Vatikan. Innomina lill-Kardinal Kanadiż Marc Ouellet ta’ Quebec bħala Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet. Dan, ta’ 66 sena, se jmexxi l-uffiċċju li jassisti lill-Papa fl-għażla tal-Isqfijiet tad-djoċesijiet tar-rit latin madwar id-dinja. Qed titqies bħala l-ewwel darba li qed issir għażla ta’ kardinal mill-Amerika ta’ Fuq biex imexxi din il-Kongregazzjoni. Ouellet, li qed jieħu post il-Kardinal Taljan ta’ 76 sena, Giovanni Battista Re, mhuwiex wiċċ ġdid għal Ruma jew għall-Kurja ta’ Ruma. Huwa studju f’Ruma u rritorna hemm jgħallem fl-1996. Sena wara nħatar Ċermen tat-Teoloġija Dommatika fl-Istitut Ġwanni Pawlu II għall-Istudji fuq iż-Żwieġ u l-Familja.

Il-Papa innomina wkoll lill-Arċisqof Taljan  Rino Fisichella biex ikun President tal-aġenzija maħluqa riċentament – il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida. Biex jieħu post l-Arċisqof Fisichella bħala President tal-Akkademja Pontifiċja favur il-Ħajja, il-Papa nnomina lill-Ispanjol, membru tal-Opus Dei, Mons Ignacio Carrasco de Paula. In-nomini saru fi tmiem ix-xahar ta’ Ġunju. Fi ftuħ ix-xaha ta’ Lulju, intant, il-Papa innomina lill-Isqof Svizzeru Kurt Koch bħala President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda Nisranija, biex jieħu post il-Kardinal Ġermaniż Walter Casper li ilu jmexxi dan il-Kunsill sa mill-2001.

VATICAN CITY (CNS)

Last Updated ( Monday, 19 July 2010 )
 
IS-SIT TAL-VATIKAN IFITTEX LI JKUN ‘PAGNI SOFOR GhALL-MEDIA KATTOLIKA’
Written by Mary Xerri   
Monday, 19 July 2010

F’diversi taħditiet ma’ nies kattoliċi fis-settur ta’ komunikazzjoni u fit-tmexxija, dis-sena, il-Papa Benedittu XVI appella sabiex fl-isforzi tal-Knisja fil-qasam tal-evanġelizzazzjoni jkunu introdotti teknoloġiji ġodda. Huwa ħeġġeġ ukoll lis-saċerdoti sabiex isibu modi ġodda kif iwettqu l-ministeru saċerdotali tagħhom f’din l-era diġitali. Hekk hi ukoll it-tema tal-44 Jum Dinji tal-Komunikazzjoni dis-sena, kif ċelebrata fil-biċċa l-kbira tad-djoċesijiet nhar is-16 ta’ Mejju li għadda.

Il-Vatikan mexa ‘l quddiem sew u b’mod mill-iktar aggressive fl-applikazzjoni ta’ għodda diġitali ġodda fi sforz li jilħaq lill-kattoliċi madwar id-dinja kollha. Fost dawn, konkretament hemm siti tal-internet ġodda u l-użu tal-Facebook u Twitter, fost oħrajn. Waħda mill-iktar għodda friski hi Intermirifica.net, sit imniedi riċentament mill-Kunsill Pontifiċju għall-Komunikazzjoni Soċjali – direttorju ta’ stazzjonijiet kattoliċi televiżivi u tar-radju madwar id-dinja. Mons Paul Tighe, Segretarju tal-Kunsill, spjega f’intervista riċenti ma’ Catholic News Service li hu jrid sit il-ġdid li jsir ‘paġni sofor tal-media kattolika’.

Last Updated ( Monday, 19 July 2010 )
 
ILHNA LI JAGHTU DIREZZJONI
Written by Mary Xerri   
Saturday, 17 July 2010

 

Sintesi tal-omelija ta’ Mons Isqof Mario Grech waqt il-pontifikal tal-festa ta’ San Ġwann Battista, parroċċa tax-Xewkija, li saret nhar il-Ħadd, 27 ta’ Ġunju 2010.

Qed ngħixu fi żmien tal-immaġni u tal-kliem! Imma ħafna drabi la l-immaġni u anqas il-kliem ma jirriflettu r-realtà! Huma biss immaġni u kliem qarrieqa!

Inħoss li llum neqsin minn ilħna li jagħtu direzzjoni żgura, direzzjoni li tfittex u tħares il-ġid komuni. Billi hemm interessi personali qawwija u nibżgħu li jekk ngħidu s-sewwa nidhru koroh u hemm x’nitilfu, ħafna drabi nagħżlu li nibqgħu b’fommna mitbuq. L-omertà kull tant qed issir attitudni komda kemm għall-individwi kif ukoll għall-istituzzjonijiet. Qegħdin inbatu minn ċertu “mutiżmu” – għandna soċjetà li kultant tidher mbikkma.


Ċerti ġenituri waqgħu fil-muta quddiem uliedhom. Fejn hi l-kelma tal-ġenitur li biha jeduka, jinkoraġġixxi, iwissi u jikkoreġi lil uliedu? Għaliex il-ġenituri llum tilfu l-kelma quddiem ċerti stili indiċenti ta’ ħajja li qed jadottaw l-ulied? M’għandux ikun il-każ li xi sens ta’ inferjorità jwaqqa’ l-ġenituri fil-muta!

Għalkemm is-soċjetà qed tipproponi ċerti forom oħra ta’ familja, ħafna huma konvinti li dawn il-proposti mhumiex l-aħjar u mhumiex korretti; imma xorta jibqgħu fil-muta u ma jitkellmux. Min qed jgħid il-verità sħiħa dwar l-effetti negattivi tal-koabitazzjoni?

Fl-ambjenti ekonomiċi internazzjonali bosta jitkellmu minn assigurazzjonijiet ta’ futur. Safrattant, kien hemm soċjetajiet li fl-imgħoddi ma qalux il-verità kollha u llum kellhom jieħdu miżuri iebsa li l-aktar jolqtu liż-żgħir. Ma għandhomx jiġu skartati sforzi biex din l-isfida tkun indirizzata bl-akbar responsabiltà.

F’dan il-kuntest, wieħed ma jistax ma jagħrafx il-kontribut siewi li jistgħu jagħtu ċerti istituzzjonijiet meta jitkellmu biex jiġi assigurat l-użu tajjeb u fl-interess komuni tar-riżorsi pubbliċi.

Is-soċjetà tajjeb tevita sitwazzjonijiet fejn wieħed jagħżel li jibqa’ mutu biex jevita li ħaddieħor jitkellem dwaru!

Irrid nittama li quddiem ċerta kritika distruttiva, il-Knisja ma taqax fil-muta wkoll. Hija missjoni tagħha li twassal il-verità ta’ Kristu – ġdida u antika fl-istess waqt. Bħal Ġwanni l-Battista l-Knisja m’għandhiex tkun qażba tixxejjer mar-riħ imma hija l-leħen tal-Kelma. Mat-twelid ta’ Ġwanni l-Battista, mhux biss Alla kisser is-skiet tiegħu u beda jikkomunika mal-bnedmin permezz ta’ Kristu, imma anke Żakkarija rebaħ il-muta tiegħu u beda jitkellem favur is-sewwa. Żakkarija huwa eżempju għal kull bniedem.

Last Updated ( Saturday, 17 July 2010 )
 
Il-konsum tal-alkohol matul ix-xhur tas-sajf - Fundazzjoni Sedqa
Written by Mary Xerri   
Monday, 12 July 2010
 
Fondazzjoni Sedqa
10 ta'Lulju 2010
Il-Gens Illum

L-alkoħol huwa sustanza soċjalment aċċettata minn diversi kulturi, u f’Malta xejn inqas. F’ħafna okkażjonijiet, il-konsum tal-alkoħol jitqies bħala mod ta’ ċelebrazzjoni. Imma fl-istess ħin ftit inqisu kemm l-alkoħol, anki f’dawn l-okkażjonijiet ta’ ferħ, jista’ joħloq perikli.

Wieħed mill-perikli komuni meta xi ħadd jixrob b’mod eċċessiv huwa li, iktar iva milli le, il-persuna ma tkunx fi stat li tkun taf meta għandha tieqaf. Dan jista’ jsir minħabba l-pressjoni li jpoġġu fuq il-persuna dawk li jkunu madwarha, u l-mistħija li tirrifjuta drink li jkunu offrewlha.

Ir-riżultat ikun li, mingħajr ma l-persuna tkun qed tirrealizza, il-ġisem jikkonsma ammont kbir ta’ alkoħol f’ħin qasir, li jista’ jsarraf f’imġiba aggressiva, vjolenza, relazzjonijiet sesswali mhux mixtieqa, kif ukoll f’sewqan taħt l-effett tal-alkoħol. F’ċerti każi, livell għoli ħafna ta’ alkoħol fid-demm jista’ wkoll iwassal għal koma u mewt.

Fix-xhur tas-sajf hemm tendenza li l-konsum tal-alkoħol ikun ogħla mill-bqija tas-sena. Dan minħabba li ħafna nies, inkluż żgħażagħ, ikollhom aktar ċans jiddevertu u jissoċjalizzaw bejniethom. Wieħed ikollu aktar okkażjonijiet fejn jista’ jikkonsma l-alkoħol fuq livelli soċjali, bħal, per eżempju, l-għadd kbir ta’ festi tar-raħal, il-barbikjuws li huma popolari ħafna matul dawn iż-żminijiet; kif ukoll l-għadd ta’ parties li jiġu organizzati għaż-żgħażagħ u turisti li jkunu qegħdin għal btala f’pajjiżna.

 

Read more...
 
<< Start < Prev 31 32 33 34 35 36 37 38 39 40 Next > End >>

Results 911 - 936 of 1147