Monday, 23 July 2018
           
Home
It-Tieni Hadd tal-Ghid
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 11 April 2010

Dan il-Hadd jaghlaq dik li tissejjah l-Ottava tal-Ghid, jew it-tmint ijiem li l-Knisja ddum ticcelebra l-festa tal-Ghid bhallikieku jum wiehed.  Il-qari fil-liturgija tal-lum huwa: I Qari - Atti 5, 12-16; II Qari - Apok. 1, 9-19; Evangelju - Gw. 20, 19-31.  Il-Kelma t'Alla f'dan il-jum tkompli tlaqqaghna mal-misteru tal-qawmien tal-Mulej mill-mewt bhala grajja li tista' tigi mifhuma biss fid-dawl tal-fidi.  Infatti llum jispikka Tumas li naqsitu l-fidi hekk li kellu bzonn tal-prova vizibbli u tangibbli.  Gesu jfahhar lil dawk li bla ma raw xejn, emmnu.  F'din il-barka ta' Gesu' nidhol  jien u tidhol int, li ghalkemm qatt ma rajna ebda prova vizibbli jew tangibbli, xorta ghamilna dak il-pass fid-dlam imma cert, u emminna fil-Mulej Gesu, fuq il-kelma tax-xhieda li huwa ghazel.  Hieni int li tipprova tibqa' fidil lejn Gesu, anke jekk b'mod konkret qatt ma rajtu!

Tumas u Kristu - Caravaggio
 
Omelija ta' Mons Isqof Mario Grech/Niggieldu l-faqar
Written by Mary Xerri   
Thursday, 08 April 2010
Niggieldu l-faqar Omelija ta l-Isqof Mario Grech fil-festa tad-Duluri li saret fir-Rabat Ghawdex, il-Gimgha, 26 ta Marzu 2010.  

“Fix-xbieha ta Marija Addolorata b’binha fuq riglejja, nilmah lil Kristu li ftaqar u sar bniedem bhalna f’kollox minbarra fid-dnub; nilmah il-mara li tant ftaqret li tat lil iben il-wahdieni taghha biex jurina mhabbtu fuq is-salib; imma nosserva ukoll li Marija garbet dan id-dulur minhabba l-azzjoni vjolenti li wetqet is-socjeta fqira ta dak iz-zmien!

Ghax minbarra l-komponent materjali u finanzjarju, l-faqar jinkludi ukoll elementi relazzjonali, etici u spiritwali. Huwa tajjeb li bhalissa fis-socjeta taghna ghaddejja diskussjoni dwar il-faqar materjali; imma ma rridux ninsew aspetti ohra tal-faqar li huma daqshekk iehor gravi!  Socjeta affluwenti tista tkun fqira! Ghax meta l-gid materjali ma jitqiex bhala mezz biex il-bniedem jista jghix, imma jitqies bhala skop fih innifsu, l-istess gid materjali isir kawza ta faqar! Jekk  il-benessere jiehu post il-hajja, fis-sens li nghixu biex ingedsu l-gid u mhux jkollna l-gid biex nghixu, l-istess gid jitlef in-natura tieghu u jsir xi haga perversa.  L-uzu hazin tal-gid u l-konsumizmu jaf jiftah f’hajja fqira f’dak li jirrigwarda t-tifsira u l-ideali gholja tal-hajja umana! Infatti hemm ir-riskju li min hu halqu fix-xghir, jitraskura l-htiegijiet ta l-ohrajn. Min ghandu, facli jhossu sid ta kulhadd u ta kollox, anke tal-holqien tant li kapaci jaghmel hsara ambjentali li ma titrangax! Ghalhekk jekk in-nuqqas ta zvillup inissel il-faqar, hekk ukoll is-“superzvillup” li sehh f’pajjizna jista jkollu konsegwenzi negattivi: ghax jekk ma noqghodux attenti jista jikkaguna sottozvillup morali u dan jista jkun kawza ta hafna tbatija.  

Fostna ghandna faqar tal-qalb. Jekk hafna bwiet huma mimlija, hafna qlub nixfu u ftaqru! Sirna nibzghu nhobbu ghax l-imhabba vera tiswa prezz gholi. Dan narawh fil-familji fejn minhabba l-faqar tal-qalb jidghajfu r-relazzjonijiet bejn il-mizzewgin kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-ulied u l-genituri. Qalb fqira mhix kapaci tiehu l-impenn li ddur lil marid, anzjan jew moribond; anzi tasal biex temargina lil haddiehor minhabba twemmin, kulur jew orjentament sesswali! Il-faqar affettiv jirrendi lil bniedem iebes biex jahfer.

 Minkejja li nfirex it-taghlim ghandna maghna ukoll faqar kulturali. Kif ghidna fl-Ittra Pasotrali tar-Randan, jidher li għalkemm il-bniedem illum sar jaf jaqra, donnu għandu diffikultà biex jaqra l-istorja ta’ ħajtu u tal-ġens tiegħu; għalkemm il-bniedem kapaċi jgħodd in-numri, donnu qed jinfixel x’ħin jiġi biex jagħmel is-somom tal-ħajja tiegħu. Mogħni bl-għerf tax-xjenzi u t-teknoloġija, il-bniedem wasal biex isib tarf ta’ ħafna kobob imħabbla, imma fl-istess ħin il-kobba ta’ ħajtu aktar qed iħabbilha! L-irjieh ta kultura lajcista u materjalista li qed jonfhu fostna, holqulna dubji serji dwar min hu tassew l-bniedem. Jekk mhux f’konfront m’Alla, il-bniedem ma jistax jifhem lilu nnifsu. Dilemma antroplogika bhal din, tiggenera il-faqar! Filwaqt li x-xjenzi ghamlu passi ta gigant ‘l quddiem, qed insoffru min “faqar xjentifiku” ghax ghandna xjenzi minghajr lgiem etiku. Meta x-xjenza tkun bla ruh, allura ssir perikoluza ghax daqskemm tista tkun ta servizz ghal bniedem, daqshekk iehor tista tinqeda bil-bniedem. Ghandu jhassibna l-fatt li fis-sena 2008 fl-Ewropa kien sterminju ta tlett miljun tarbija fil-guf. Hija din ic-civilita li qed johloq l-izvillup fl-Ewropa? Imbaghad jezisti faqar spiritwali. Illum mohh il-bniedem tant sar jahseb f’dak li huwa materjali, li tilef l-abilita li jikkontempla lil Alla. Il-gid materjali tant holoq aljenazzjonijiet, li mbaghad il-bniedem ghazel li jwarrab l-oghla gid: lil Alla nnifsu! Jekk il-bniedem jelemina lil Alla minn hajtu, hemm aktar riskju li huwa jsir lupu li jahtaf lil hutu l-bnedmin. Wiehed mill-konsegwenzi tal-faqar spiritwali huwa li l-bniedem jitlef is-sens tad-dnub. Huwa minnu li fejn hemm il-faqar materjali hemm probabilita li jkun hemm faqar morali; imma huwa minnu ukoll li fejn kotor il-gid materjali, faqqas is-sottozvillup morali! Ikun xieraq li f’din is-sena Ewropeja ddedikata biex jinqered il-faqar u l-eskluzzjoni socjali, isir sforz individwali u kollettiv biex nippruvaw nghelbu l-faqar fis-sens wiesa tal-kelma. Biex id-devozzjoni lejn Marija Addolorata tkun awtentika u mhux wahda sentimentali u kulturali, ma nistghux ma nissiehbux f’dan il-kampanja ghax altrimenti l-faqar jibqa johloq tbatija u duluri godda. _____________________________________ 

 

Last Updated ( Thursday, 08 April 2010 )
 
L-Ghid il-Kbir
Written by Mary Xerri   
Sunday, 04 April 2010

Kristu qam tassew rebbieh fuq il-mewt u d dnub.......Hallelujah

Dan huwa l-messagg li l-Knisja qed ixxandar f'dan iz-zmien tal-Ghid li beda nhar is-Sibt bil-lejl f''dik li tissejjah il-Velja tal-velji kollha.  Fil-grajja tal-qawmien ta' Kristu mill-mewt, il-bniedem jista' jsib ir-raguni vera ta' kull ferh u tama fil-hajja tieghu.  Bil-mewt u l-qawmien tieghu Gesu tana l-possibilta li nibdew hajja gdida, mhux frott il-hila taghna, imma frott il-mahfra tieghu li qieghda kontinwament hemm biex tinghatalna.  Bil-mewt u l-qawmien tieghu Gesu tana wkoll il-possibilta li nehilsu mill-biza tal-mewt personali taghna u wriena mod gdid kif immutu - f'sottimosissjoni lejn il-Missier u bit-tama tal-hajja ta' dejjem.  Ghalhekk bir-ragun nghidu flimkien mal-Knisja - Dan hu l-jum li ghamel il-Mulej, ha nifirhu u nithennew fih.  Hallelujah.

L-Ghid it-Tajjeb lil kulhadd

Last Updated ( Tuesday, 06 April 2010 )
 
It-Tlitt Ijiem Imqaddsa tal-Ghid
Written by Trevor Sultana   
Friday, 02 April 2010

Fil-jum ta' Hamis ix-Xirka filghaxija, il-Knisja tfakkarna f'dik l-ahhar ikla ta' Gesu meta waqqaf l-Ewkaristija u hasel riglejn l-appostli.  Dan il-misteru, niccelebrawh fil-funzjoni ta' filghaxija, li fiha jsir ukoll il-hasil tar-riglejn ta' tnax-il ragel li jirrapprezentaw it-tnax-il appostlu.  Fil-parrocca taghna, din il-funzjoni bdiet fis-6.00pm u mexxa l-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca, flimkien mas-sacerdoti Xewkin.  Fi tmiem din il-Quddiesa, is-Sagrament Imqaddes gie mehud fl-altar tar-ripozizzjoni u l-adorazzjoni baqghet sejra sa nofs il-lejl.  Numru kbir ta' nies zaru l-knisja taghna filwaqt li kienu qed jaghmlu s-seba' visti fil-knejjes, tradizzjoni antika li bdiet gewwa Ruma.

 
Fil-jum tal-Gimgha l-Kbira l-Kbira mbaghad il-Knisja ddawwar harsitha lejn il-mewt tal-Mulej Gesu fuq is-Salib - l-ghuda li minn sinjal ta' sahta saret barka ghall-umanita kollha.  Din il-grajja l-Knisja tghixha, b'mod specjali, fil-funzjoni tal-adorazzjoni tas-Salib.  Din il-funzjoni, li tibda f'xi hin qrib it-3.00pm (il-hin li fih miet Gesu), fiha erba' partijiet principali - 1. Il-qari tal-Kelma t'Alla - fost l-ohrajn jinqara r-raba' kantiku tal-Qaddej tal-Mulej mill-ktieb tal-profeta Izaija u l-Passjoni ta' Gesu skont San Gwann.  2.  It-talb ta' intercessjoni ghall-Papa, ghall-Knisja, ghal dawk li m'ghandhomx l-istess fidi taghna, u ghall-mexxejja tal-pajjizi.  3. L-adorazzjoni tas-Salib li hija l-parti principali f'din il-funzjoni. 4. It-tqarbin. 
F'Sibt il-Ghid filghodu l-Knisja zzomm is-silenzju u ma ticcelebrax sagramenti, fl-istennija tal-qawmien tal-Mulej.  F'dan il-jum il-Knisja takkumpanja lil Gesu fl-inzul tieghu fil-qighan tal-art minn fejn hareg lill-bniedem mit-telfien ta' dejjem.  Huwa wkoll il-jum li fih nakkumpanjaw lil Ommna Marija addolorata wara l-mewt u d-difna ta' Binha.  Dawn il-mumenti, ghexnihom bhala parrocca, billi fid-9.00am gie ccelebrat l-Ufficcju Divin.  Sibt il-Ghid bil-lejl, fit-8.00pm, bdiet il-Velja tal-Ghid immexxija mill-Arcipriet Mons. Carmelo Mercieca flimkien mas-sacerdoti tal-parrocca.  Din il-velja fiha erba' taqsimiet: 1. Il-mixeghla tal-blandun u t-thabbira tal-Ghid bil-kant tal-Exultet  2. Is-smigh tal-Kelma t'Alla, il-kant tal-Gloria, u l-Omelija  3.  Il-Maghmudija  4.  Il-liturgija tal-Ewkaristija.
Last Updated ( Tuesday, 06 April 2010 )
 
L-AHHAR CENA ta' Sidna Gesu'
Written by Claudio Vella   
Friday, 02 April 2010

Ikklikja readmore biex tara t-tieni parti.
 
JJP Zammit
 
 
 
Last Updated ( Monday, 29 March 2010 )
Read more...
 
IT-TRIQ TAS-SALIB part five
Written by Claudio Vella   
Friday, 02 April 2010
 
DAHLA miktuba min Dun Mikiel Galea mill ktejjeb li jinsab fis-Santawarju ta' Pinu MA' GESU' U MA' MARIJA NIMXU T-TRIQ TAS-SALIB

Devozzjoni popolari marbuta maz-zmien tar-Randan u tal-Gimgha Mqaddsa hija l-Via Sagra. Permess tal-Via Sagra, l-insara jimxu fi spirtu ta' talb, ta' kontemplazzjoni u ta' penitenza l-ahhar triq lil mexa Gesu' ta' l-istorja, igifieri t-triq li mill-Gnien taz-Zebbug haditu sa fuq il-Gholja tal-Kalvarju fejn gie mislub bejn zewg hallelin u wara midfun f'qabar gdid.
Anki l-insara taghna ghandhom ghal qalbhom il-Via Sagra u f'dawn l-ahhar snin zdied il-ghadd t'Ghawdxin kif ukoll ta' Maltin li, individwalment jew fi gruppi, jitilghu ma' l-Gholja t'Ghammar biex jaghmlu dan it-talb.

Kont smajt bil-verzjoni muzikali IKUN LI TRID INT meta kont ghandni nghix Toronto u niftakar kont ukoll presentajta kollha fuq stazzjon Multikulturali CHIN fejn dejjem ukoll kont xtaqt lil nabbinha ma dawn l-istatwi tal-Via Sagra ta din l-Gholja t'Ghammar, xghol l-artist Ghawdxi , Alfred Camilleri Cauchi.
Ghawn qed nipresentalkom l-ahhar parti, il-hames parti min hamsa bl-ahhar zewg stazzjonijiet, L-Ghid it-tajjeb lill kullhadd,
 
JJP Zammit 
 
<< Start < Prev 31 32 33 34 35 36 37 38 39 40 Next > End >>

Results 937 - 962 of 1096