Friday, 20 October 2017
           
Home
Issir il-Festa ta' Hadd il-Palm fir-Rotunda
Written by Frans Galea   
Tuesday, 07 April 2009

        Il-bierah il-Hadd 5 ta' April 2009 saret il-Festa ta' Hadd il-Palm. Fix-Xewkija fit-8.30am sar it-tberik tal-palm u z-zebbug fin nahha ta' wara il-Knisja fejn imbaghad saret purcissjoni lejn il-Knisja. Imbaghad tkompliet il-Quddiesa fil-Knisja Rotunda. L-Arcipriet Mons Carmelo Mercieca mexxa il-Funzjoni fil-waqt li Dun Gorg Mercieca qaddes il-Quddiesa. [ Ritratti: Frans Galea ]

phip1.jpg

 Il-Knisja Rotunda tax-Xewkija

Read more...
 
Koncelebrazzjoni Solleni tal-Festa tad-Duluri
Written by Frans Galea   
Sunday, 05 April 2009

    Il-bierah il-Gimgha 3 ta' April 2009 giet iccelebrata il-Festa ta' Marija Addolorata. Fil-Knisja Rotunda fis- 6.15pm Dun Eddie Zammit flimkien ma sacerdoti ohra Xewkin icconcelebra il-Quddiesa. Fl-omelija Dun Eddie fisser id-Duluri ta' Marija wiehed wiehed u ghamel referenza ghal-innu ta' Marija Addlorata tal-Poeta Xewki l-mibki Anton Haber.. Imbaghad wara mexxa il-Purcissjoni / Peagent li fija hadu sehem bosta personaggi flimkien mal-Banda Prekursur u l-Kor Vox Clamantis. [Ritratti : Frans Galea ]

 
pod1.jpg

 L-Istatwa artistika ta' Marija Addolorata
meqjuma fir-Rotunda tax Xewkija

Last Updated ( Sunday, 05 April 2009 )
Read more...
 
Festa tar-Redentur fir-Rotunda
Written by Frans Galea   
Saturday, 21 March 2009

        Il-Bierah giet iccelebrata il-Festa tar-Redentur fix-Xewkija. Fil-Quddiesa ta' fil-ghaxija  li tqaddset minn Dun Marjanu Zammit, saret priedka fuq ir-Redentur minn Dun Manwel Curmi,  imbaghad wara harget il-purcissjoni bl-Istatwa tar- Redentur. Numru kbir ta' devoti semgha l-quddiesa u wara imxew wara r-Redentur.  [ Ritratti: Joseph Xuereb ]

 

red1.jpg 

 Waqt il-hrug tal-Purcissjoni
tar-Redentur

 

Last Updated ( Tuesday, 31 March 2009 )
Read more...
 
Il-Pellegrinagg Djocesan tas-Sena Pawlina jssir fir-Rotunda tax-Xewkija
Written by Frans Galea   
Wednesday, 04 March 2009

 Nhar il-Gimgha 27 ta' Frar sar il-Pellegrinagg Djocesan tar -Randan li kien immexxi mill-Isqof t'Ghawdex Mons. Mario Grech. Din is-sena intaghzlet il-Knisja Rotunda biex tilqa lill Ghawdxin li kull sena jattendu bi hgarhom ghall dan il-Pellegrinagg. Il-Pellegrinagg beda minn hdejn il-mithna tax-Xewkija ghal-Pjazza San Gwann Battista fejn imbaghad saret laqgha ta' talb fil-Knisja Rotunda. L-attivita spiccat bit-Tqarbina generali. L-omelija ta' l-okkazzjoni saret mir-rettur tas-Seminarju t'Ghawdex Dun Daniel Xerri fil-waqt li fl-ahhar Mons. Mario Grech ghamel kellmtejn ta' l-okkazzjoni fejn fost affarijiet ohra irringrazzja hafna lill Arcipriet tax-Xewkija Mons. Carmelo Mercieca u l-poplu tax-Xewkija li laqghu ghandhom din il-laqgha ta' talb. ( Ritratti : Luke Galea u Joseph Xuereb )

 

pd1.jpg

 Waqt il-Laqgha ta' Talb
fir-Rotunda

 

Last Updated ( Wednesday, 04 March 2009 )
Read more...
 
Zewg Seminaristi mill-Parrocca taghna jinghataw l-Ordni ta' l-Lettorat mill-Isqof Mario Grech
Written by Frans Galea   
Saturday, 28 February 2009

Nhar il-Hadd 22 ta’ Frar, hames seminaristi rcevew il-Ministeru tal-Lettorat, mill-Isqof Mons. Mario Grech, fil-Bazilika ta’ San Pietru u San Pawl gewwa n-Nadur.  Fost dawn is-seminaristi hemm Franklin Vella u Trevor Sultana mill-parrocca taghna, kif ukoll John Meilak, mill-parrocca tal-Katidral, li qed iservi fil-parrocca taghna fil-weekend.  Is-seminaristi l-ohra huma Krystof Buttigieg (Qala) u Samuel Grech (Ghajnsielem).  Il-ministeru tal-Lettorat, minn barra li hu tappa ohra fil-mixja lejn is-Sacerdozju, jfisser li s-Seminarista gie moghti d-don tal-Kelma t’Alla b’mod ufficjali bl-iskop li jistudjaha u jimmedita fuqha, halli mbaghad ikun jista’ jwassalha lill-ohrajn.  Dan jidher car fil-kliem li l-Isqof jghid lil kull wiehed mil-letturi: “Hu l-ktieb ta’ l-Iskrittura Mqaddsa, u bil-fedelta kollha wassal il-Kelma t’Alla lill-bnedmin, biex hija dejjem tikber fi qlubhom u taghti l-frott bil-kotra.” (Mill-Missal Ruman - Ordni ghall-Istituzzjoni tal-Letturi). ( Informazzjoni :Trevor Sultana. Ritratti :  John Cordina )   

 stf1.jpg

 L-Isqof Mons. Mario Grech  waqt
l-Omelija ta' l-Okkazzjoni

Last Updated ( Saturday, 28 February 2009 )
Read more...
 
L-Artist Paul Camilleri Cauchi jmur Ruma biex jaghzel il-kuluri ghat-Tieni Logg
Written by Frans Galea   
Tuesday, 10 February 2009

L-artist il-Kav. Paul Camilleri Cauchi dan l-ahhar kien Ruma gewwa l-Italja biex flimkien mal-pittrici tal-Fabbrika Domus Dei jaghzlu l-kuluri ghat tieni Vetrata li turi z-Zjara tal-Madonna lill-Santa Elizabbetta. Paul flimkien ma' Alessia ghamlu l-ghazla tal-kuluri biex issa l-haddiema jibdew ix-xogholdelikat fuq it-tieni Logg tar-Rotunda. Huwa mistenni li x-xoghol jitlesta fil-hin biex ikun jista jigi nnawgurat u mbbierek qrib il-Festa tal-Battista f'Gunju li gej.

ruma_feb._2009_008.jpg 

 Paul Camilleri Cauchi jahdem
fuq it-tieni Vetrata

Read more...
 
<< Start < Prev 31 32 33 34 35 36 37 38 39 Next > End >>

Results 963 - 988 of 1005