Saturday, 20 October 2018
           
Home
Positive Thinking
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 09 March 2010

Learn to let God run your life.  You'll like the results better than your won self-management.

(From Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)

 
Dramm Kolossali fit-Teatru Giovanni Xewkija
Written by Mary Xerri   
Monday, 08 March 2010
 
Hsieb - Vari tal-Gimgha l-Kbira Xewkija
Written by Mary Xerri   
Sunday, 07 March 2010

  Il-Veronika tixxotta l-Wicc ta' Gesu'

Hsieb:

Ilha hafna b'ghajnejha fuqek.  Sofriet mieghek. Ma felhitx aktar, warrbet lis-suldati u xxottatlek wiccek be drapp fin. X-xbieha ta' wiccek baqghet stampata fuq il-maktur taghha....f'qalbha din ix-xbieha baqghet zgur.

Mulej irrid nahseb fuqek fit-tul, irrid inqawwi qalbi u nhares f'ghajnejk.  Bhal ma omm thares lejn it-tarbija taghha jew ahjar bhal ma tifla thares f'ghajnejn ommha jew bhal ma tfajla thares f'ghajnejn il-mahbub taghha.  Irrid insir nixbhek, irrid insir ix-xbieha tieghek. Iebsa...Ninsab imdawwar b'bosta xbihat ohra li jhajruni nsir bhalhom.  Xbihat tal-karti, xbihat tal-films, xbihat fil-kotba u reklami.  Xbihat ta' hajja diversa, xbihat ta' gmiel artificjali, ucuh li jinbidlu minn hin ghall-iehor.  Ucuh bla ruh.  Maskri li jghattu qlub bla hajja.  Qoxra rqiqa li tghatti wcuh imdejqa.  Ucuh foloz.

Ix-xbieha tieghek fija qed tghib, gismi mxennaq ghall-pjacir imqanqal ta' xbihat tad-dinja.  Irrid inwarrab ghal kollox kull hjiel tal-prezenza tieghek f'qalbi.

Hares lejja Mulej. Ghidli.  Jien ilbist il-maskra bhall-ohrajn?  Nahseb li qed insir bhalhom.  Bla ruh, bla qalb, bla mohh, bla valuri, bla sens ta' responsabbilita'.  Kollox artificjali.  L-aqwa li jien bhall-ohrajn.

Ghajnejja issa ccajpru u la jien ma nista' nilmah lilek u l-anqas l-ohrajn ma jistghu jaraw lilek fija.

Talba:

Mulej, carratli l-maskra minn fuq wicci.  Arani kif jien.

Nadurawk O Gesu' u nberkuk ghax b'salibek u l-mewt tieghek inti fdejtna.

(Mehud minn 'Habbejtni Mulej...u Ghadek Thobbni

Last Updated ( Sunday, 07 March 2010 )
 
It-3 Hadd tar-Randan
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 07 March 2010

Il-qari fil-liturgija tal-lum huwa: I Qari - Ez. 3, 1-8.13-15; II Qari - 1Kor. 10, 1-6.10-12; Evangelju -  Lq. 12, 1-9.  Il-liturgija tal-lum theggigna ghall-indiema u l-konverzjoni - "jekk ma tindmux ilkoll xorta wahda tintilfu".  Alla jistenna minna li naghmlu l-frott - li naghmlu xi haga, niehdu decizjoni vera li ninbidlu, li naghmlu bidla radikali.  Il-kelma konverzjoni (bil-grieg 'metanoia') tfisser bidla totali fid-direzzjoni.  Lejn liema direzzjoni miexi bhalissa?  Xi frott nimmagina li Gesu jixtieqni naghmel?

 
Hjut tad-Deheb
Written by Mary Xerri   
Friday, 05 March 2010
Picture of Waves, Sandsend, North Yorkshire - Free Pictures - FreeFoto.com
Jehtieg li ma titilfux il-fidi fl-umanita'. 
L-umanita' hija ocean: jekk ftit qtar ta' l-ocean huma mahmuga
ma jfissirx li l-ocean kollu huwa mahmug.
Mahatma Gandhi
 
Hjut tad-Deheb
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 03 March 2010
Picture of Sunset - Free Pictures - FreeFoto.com
Xi whud jithassbu ghax ma nistghux nippruvaw l-ezistenza t'Alla xjentifikament. 
Huwa biex naraw ix-xemx hemm bzonn nixeghlu xemgha?
Werner von Raun
Last Updated ( Wednesday, 03 March 2010 )
 
<< Start < Prev 31 32 33 34 35 36 37 38 39 40 Next > End >>

Results 989 - 1014 of 1123