|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 28 March 2010 |
|
The tough-minded optimist views any problem as a challenge to his intelligence, ingenuity, and faith. He keeps on thinking, praying, and believing. He knows there is a solution and so he finally finds it.
(From Positive Thinking Every Day by Norman Vincent Peale)
|
|
|
Hadd il-Palm u l-Passjoni tal-Mulej |
|
Written by Trevor Sultana
|
|
Saturday, 27 March 2010 |
|
Permezz ta' Hadd il-Palm il-Knisja tiftah iz-zmien qaddis tal-Gimgha Mqaddsa li jaghlaq f'Hadd il-Ghid. F'dan il-jum il-Knisja tfakkar id-dahla ta' Gesu f'Gerusalemm, fost il-ferh tal-Lhud li laqghuh bil-frieghi tal-palm u taz-zebbug - laqgha li kienet issir biss lir-rejiet. Madankollu din il-grajja ssehh meta l-kapijiet tal-poplu kienu diga qed ihejju pjan biex joqtlu lil Gesu. Minhabba f'hekk, f'dan il-jum, il-Knisja tfakkarna wkoll fil-passjoni ta' Gesu. Din is-sena naqraw il-passjoni skont San Luqa. Fil-qari tal-liturgija tal-lum nisimghu dwar Gesu li fil-passjoni tieghu wera l-oghla grad ta' fedelta u ubbidjenza li bniedem jista' juri lejn Alla. Kien permezz ta' din ir-rieda li ahna gejna mqaddsin.
Din il-grajja, fil-parrocca taghna, infakkruha b'mod specjali fil-Quddiesa tat-8.30am. Fit-8.15am, il-kongregazzjoni tingabar hdejn l-isatwa ta' San Pawl (wara l-Knisja), fejn jinqara l-vangelu tad-dahla tal-Mulej f'Gerusalemm u jitbierek il-palm u z-zebbug. Imbaghad kulhadd jimxi f'purcissjoni lejn il-Knisja u tibda l-Quddiesa.
Id-Dahla tal-Mulej f'Gerusalemm
|
|
|
Written by Mary Xerri
|
|
Saturday, 27 March 2010 |
X'jiswa li tghid li temmen,
li thobb 'l Ommok Marija
jekk int imbagh'd tirvella
xhin tersaq ftit tbatija.......
Ma tkunx qed turi mhabba
u lanqas ftit moghdrija
jekk ma ssehibx salibek
ma' dak t'Ommna Marija
Terfax salib il-hajja
jekk mhux flimkien ma' Taghha,
ghax b'hekk jehfief salibek
jekk inti terfghu Maghha
Zomm ruhek fil-prezenza
tal-Omm mill-hemm mifnija,
u fis issibha lesta
li tghinek fit-tbatija
Ghax hadd ma garrab daqsHa
Hi taf x'inhu Dulur,
ghalhekk dejjem tistiednek
biex fl-hemm int ghandHa tmur.
M'hemmx haga ohla - isbah....
li sserrah dmugh ghajnejk
fil-hogor t'Omm l-Imnikkta
li ssibha dejjem hdejk.....
Ghalhekk kulhadd bi hgaru
fi hdanha jfittex kenn,
ghax Hija Omm li taghder
ghax Hija Omm li thenn.......
Ghax Omm li thobb 'l uliedha
ghax Omm li trid il-gid
ghax Omm li ghandha s-Setgha
fuq Qalb ta' Binha s-Sid.
|
|
|
Festa ta' Marija Addolorata |
|
Written by Trevor Sultana
|
|
Friday, 26 March 2010 |
|
Il-Gimgha ta' qabel il-Gimgha l-Kbira l-Knisja f'Malta u Ghawdex tiddedika dan il-jum lil dik li ssiehbet mal-Mulej fil-passjoni tieghu - Ommu Marija addolorata. Ix-xbieha ta' Marija addolorata dejjem qanqlet devozzjoni kbira f'dawk li jilmhuha - forsi ghax f'Marija addolorata l-bniedem jara kenn u solidarjeta fit-tbatija li jkun qed jghix. Anke Marija, Omm Alla, qasmet l-istess xorti taghna l-bnedmin. Hija baqghet wieqfa hdejn is-salib ta' Binha li kien qed imut, filwaqt li kienet tittama li hemm xi haga ahjar gejja. Marija tghallimna nbatu - inbatu b'dinjita, b'tama, bil-konvinzjoni li t-tbatija hija biss parti limitata fl-ezistenza taghna. Id-devozzjoni popolari ta' eluf ta' Maltin u Ghawdxin, li tintwera b'mod specjali f'dan il-jum, mhix superficjali - anzi hija espressjoni sinciera li hierga mill-fond tal-esperjenza u mill-istorja ta' kull persuna.
Fil-parrocca taghna tax-Xewkija, din id-devozzjoni lejn Marija addolorata hija popolari hafna. Zgur li mal-migja tal-istatwa tad-Duluri lejn nofs is-seklu dsatax, xoghol mill-isbah tad-ditta Galard et Fils ta' Marsilja, kabbret din id-devozzjoni. Din id-devozzjoni hadet xejra gdida meta fl-1973, il-purcissjoni tad-Duluri bdiet issir f'forma ta' paegent.
Din is-sena, lejlet il-festa, saret velja ta' talb lil Marija addolorata. Il-Gimgha mbaghad saret koncelebrazzjoni solenni fis-5.45pm fil-Knisja Rotunda. Mexxa l-koncelebrazzjoni Dun Guzepp Cini flimkien mas-sacerdoti Xewkin. Fis-7.00pm bdiet hierga l-purcissjoni-paegent li fiha jiehdu sehem numru kbir ta' atturi Xewkin. Il-purcissjoni ghaddiet mill-istess toroq li tghaddi l-purcissjoni ta' San Gwann f'Gunju. Ghall-habta tad-9.30pm il-purcissjoni dahlet lura fil-Knisja Rotunda.
L-istatwa devota ta' Marija Addolorata - Knisja Rotunda Xewkija
|
|
|
Informazzjoni fuq l-istatwi tal-Gimgha l-Kbira. |
|
Written by Claudio Vella
|
|
Wednesday, 24 March 2010 |
|
|
| Fuq is-sit goodfridaymalta.com wiehed isib informazzjoni fuq l-istatwi
tal-Gimgha l-Kbira, kemm ta' Malta kif ukoll ta' Ghawdex. Wiehed isib
informazzjoni fuq l-istatwarji, kif ukoll artikli w avvizi ta wirjiet.
Fuq dan is-sit hemm ukoll informazzjoni dettaljata fuq l-istatwi
tal-Gimgha il-kbira tax-Xewkija. Ikklikja fuq l-istampa biex tara din
l-informazzjoni.
|
|
|
Last Updated ( Wednesday, 24 March 2010 )
|
|
|
Written by Mary Xerri
|
|
Monday, 22 March 2010 |
|
Il-bniedem 'il boghod minn Alla ma jibqax bniedem, la mieghu nnifsu u lanqas ma' l-ohrajn.
(Papa Gwanni XXIII)
|
|
|
|
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 Next > End >>
|
| Results 101 - 126 of 218 |