Welcome to Xewkijaparish.org, the website of Xewkija Parish.
|

|
|
Home
|
|
Il-konsum tal-alkohol matul ix-xhur tas-sajf - Fundazzjoni Sedqa |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 11 July 2010 |
|
Fondazzjoni Sedqa
10 ta'Lulju 2010
Il-Gens Illum
L-alkoħol huwa sustanza soċjalment aċċettata minn diversi kulturi, u f’Malta xejn inqas. F’ħafna okkażjonijiet, il-konsum tal-alkoħol jitqies bħala mod ta’ ċelebrazzjoni. Imma fl-istess ħin ftit inqisu kemm l-alkoħol, anki f’dawn l-okkażjonijiet ta’ ferħ, jista’ joħloq perikli.
Wieħed mill-perikli komuni meta xi ħadd jixrob b’mod eċċessiv huwa li, iktar iva milli le, il-persuna ma tkunx fi stat li tkun taf meta għandha tieqaf. Dan jista’ jsir minħabba l-pressjoni li jpoġġu fuq il-persuna dawk li jkunu madwarha, u l-mistħija li tirrifjuta drink li jkunu offrewlha.
Ir-riżultat ikun li, mingħajr ma l-persuna tkun qed tirrealizza, il-ġisem jikkonsma ammont kbir ta’ alkoħol f’ħin qasir, li jista’ jsarraf f’imġiba aggressiva, vjolenza, relazzjonijiet sesswali mhux mixtieqa, kif ukoll f’sewqan taħt l-effett tal-alkoħol. F’ċerti każi, livell għoli ħafna ta’ alkoħol fid-demm jista’ wkoll iwassal għal koma u mewt.
Fix-xhur tas-sajf hemm tendenza li l-konsum tal-alkoħol ikun ogħla mill-bqija tas-sena. Dan minħabba li ħafna nies, inkluż żgħażagħ, ikollhom aktar ċans jiddevertu u jissoċjalizzaw bejniethom. Wieħed ikollu aktar okkażjonijiet fejn jista’ jikkonsma l-alkoħol fuq livelli soċjali, bħal, per eżempju, l-għadd kbir ta’ festi tar-raħal, il-barbikjuws li huma popolari ħafna matul dawn iż-żminijiet; kif ukoll l-għadd ta’ parties li jiġu organizzati għaż-żgħażagħ u turisti li jkunu qegħdin għal btala f’pajjiżna.
|
|
Read more...
|
|
|
'Hasra li fi zmienna qed jidbielu mijiet ta'zghazagh' |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 11 July 2010 |
|
Fr John Avellino
9 ta'Lulju 2010
Il-Gens illum
“Hi ħasra li f’pajjiż sabiħ bħal tagħna qegħdin jidbielu, fl-aħjar fjur taż-żgħożija, mijiet ta’ żgħażagħ li ma jagħrfux jieħdu żvog mal-ħbieb, speċjalment fi tmiem il-ġimgħa, jekk ma jiddamdmux bl-alkoħol u d-droga.
“Qegħdin jiżdiedu ż-żgħażagħ li jeħtieġu kura mentali minħabba d-dipendenzi kroniċi li daħlu fihom. ”
Hekk qal Mons Victor Grech, Direttur tal-CARITAS, ilbieraħ filgħaxija, waqt il-gradwazzjoni ta’ dawk li temmew b’suċċess programm ta’ rijabilitazzjoni mill-vizzju tad-droga f’San Blas, limiti ta’ Ħaż-Żebbuġ.
Kienu b’kollox 17 iż-żgħażagħ, fosthom tfajla, li ggradwaw u li issa jistgħu jħarsu ’l quddiem għal ħajja ġdida. Preżenti għall-gradwazzjoni kien hemm l-Arċisqof ta’ Malta, Mons Pawlu Cremona OP, il-Prim Ministru Dr Lawrence Gonzi u l-familji ta’ dawn iż-żgħażagħ.
|
|
Read more...
|
|
|
IL-KARDINAL RE, MIBGHUT SPECJALI GHAR-RABA’ CENTINARJU F’AREQUIPA FIL-PERU |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 11 July 2010 |
|
Illum kienet ippubblikata ittra, miktuba bil-Latin u datata 14 ta’ Mejju, li fiha l-Papa ħatar lill-Katdinal Giovanni Battista Re, Prefett Emeritus tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet, bħala l-mibgħut speċjali tiegħu għaċ-ċelebrazzjonijiet li se jfakkru r-raba’ ċentinarju tal-Arċidjoċesi ta’ Arequipa fil-Peru, li għandhom isiru bejn l-14 u t-18 ta’ Lulju.
Saru wkoll pubbliċi l-ismijiet tal-membri li għandhom jakkumpanjaw lill-Kardinal Re li huma Fr. Edward Huillcen Baca, pastor fil-parroċċa ddedikata lill-Verġni tal-Midalja Mirakoluża u Direttur tal-Uffiċċju Djoċesan għall-Edukazzjoni Kattolika, flimkien ma’ Fr. Jose Leon Chang, Rettur tas-Seminarju Missjunarju Arċi-djoċesan ta’ Arequipa, ‘Redemptoris Dei’.
|
|
|
Adozzjoni 'spiritwali' ta' trabi mhux imwielda |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 11 July 2010 |
|
Tfajliet li jattendu l-iskola sekondarja tal-bniet tal-Konservatorju tal-Isqof, ir-Rabat, Għawdex, fl-aħħar sentejn ħadu sehem fi proġett pilota fejn adottaw ‘spiritwalment’ tarbija mhux imwielda bħala parti minn kampanja edukattiva favur il-ħajja.
L-inizjattiva saret fl-okkażjoni tal-25 sena mit-twaqqif ta’ Dar Ġużeppa Debono, li taħdem fost tfajliet-ommijiet f’Għawdex.
F’kummenti lil IL-ĠENSILLUM online, Francesco Pio Attard, kelliem għal din id-dar, fisser li din l-inizjattiva laħqet il-qofol tagħha waqt ċerimonja li saret nhar it-Tnejn 28 ta’ Ġunju 2010, fejn l-Isqof ta’ Għawdex, Mario Grech, qassam lil xi studenti bniet Għawdxin ċertifikati għas-sehem tagħhom f’dan il-programm.
Bħala parti minn dan il-programm, imsejjaħ sempliċiment ‘Spiritual Adoption’, numru mdaqqas ta’ studenti li jinsabu fit-tielet sena tas-sekondarja ħadu sehem f’għadd ta’ ‘lezzjonijiet’ speċjali tul is-sena skolastika li għadha kemm ġiet fi tmiemha, li fihom ġew imħeġġin japprezzaw iżjed il-valur tal-ħajja sa mit-tnissil billi jadottaw ‘spiritwalment’ tarbija li tkun għadha fil-ġuf, u waqt li jsegwu mill-qrib u jitgħallmu fuq il-proċess tat-tqala, jitolbu għat-tarbija ‘tagħhom’ li jkunu tawha isem.
“Dan l-esperiment, li s’issa tħaddem biss f’din l-iskola, hemm il-ħsieb li ’l quddiem jiġi introdott f’bosta skejjel oħrajn f’Malta u Għawdex, bħala mod ġdid kif Dar Ġużeppa Debono tipprova twassal formazzjoni sana favur il-ħajja lill-istudenti tagħna,” huwa spjega.
Id-Dar din is-sena qed tagħlaq 25 sena mit-twaqqif tagħha.
Fiċ-ċerimonja li nżammet filgħodu fl-istess Dar Ġużeppa Debono f’Għajnsielem, Mons Grech kellu kliem ta’ tifħir għal inizjattivi bħal dawn, li jfittxu li jifformaw lil uliedna fil-qasam tal-ħajja u jikkumbattu ċerti ideat moderni li jridu jkissru l-valuri tradizzjonali tal-familja
|
|
|
AGENZIJI KATTOLICI DIZAPPUNTATI BL-IMPENN TAL-PAJJIZI TAL-G8 U L-G 20 |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 11 July 2010 |
G8 and G20 summit
“Il-wegħda solenni ta’ vot ta’ $7.3 biljun, inkluż $5 biljuni mill-pajjiżi tal-Ġ8, mhix biżżejjed biex jitwaqqfu l-imwiet bla bżonn ta’ miljuni ta’ nies inkluż nisa tqal u tfal żgħar. Lanqas ma hu biżżejjed li l-pajjiżi tal-Ġ8 jgħidu li qed jerfgħu r-responsabbiltajiet tagħhom”.
Dan qaluh rappreżentanti ta’ gruppi kattoliċi ta’ għajnuna.
“Ninsabu diżappuntati bil-mexxejja tal-Ġ8”, qal Michael Casey, direttur eżekuttiv tal-Organizzazzjoni Kattolika Kanadiża għall-iżvilupp u l-paċi. Huwa kien qed jagħti reazzjonijiet għas-summit tal-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju f’Huntsville, Ontario. “Huwa falliment”, qal Alexis Anagnan mill-Aġenzija Kattolika Franċiża ta’ għajnuna WORLD SOLIDARITY.
Bħala msieħba tal-aġenzija umanitarja u ta’ żvilupp fi ħdan il-Knisja Kattolika, CARITAS INTERNATIONALIS, iż-żewġ organizzazzjonijiet tefgħu pressjoni fuq il-mexxejja tal-Ġ8 sabiex dawn jimpenjaw irwieħhom għat-tħassib ta’ saħħet in-nisa u t-tfal, b’mod partikolari, taħt l-inizjattiva ta’ Muskoka.
Il-gruppi ta’ żvilupp appellaw ukoll lill-grupp ta’ pajjiżi tal-Ġ20 fis-summit ekonomiku ta’ Toronto sabiex jeskalaw l-isforzi tagħhom għat-tnaqqis tal-faqar estrem madwar id-dinja sas-sena 2015, kif stabbilit fil-miri ta’ żvilupp tal-Millenju mill-Ġnus Maqgħuda. Minkejja kollox, rappreżentanti tal-ikbar ekonomiji fid-dinja fiż-żewġ summits, kienu ffukati fuq tħassib ieħor relatat mar-riċessjoni dinjija li tissokta.
Finalment, id-Direttur tal-Biblical Justice Consultancy, ir-Redemptorista Fr Paul Hansen, qal li “dħana f’dinja fejn l-unika lingwa li jimportana minnha hi dik ekonomika”.
|
|
|
SPANJA TIPPREPARA GHAZ-ZJARA STORIKA TAL-PAPA |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 11 July 2010 |
Il-vjaġġ tal-Papa Benedittu XVI lejn Spanja fix-xhur li ġejjin għas-sena ġubilari li tfakkar lil Ġakbu l-Appostlu hu l-ewwel vjaġġ fl-istorja – l-ebda Papa qatt ma mar Spanja għal dit-tip t’attivita. Benedittu XVI se jasal Santiago fis-6 ta’ Novembru.
Dan ikkonfermah l-Arċisqof Julian Barrio f’konferenza tal-aħbarijiet dwar iż-żjara tal-Papa.
L-Arċisqof f’Santiago tkellem dwar l-uniċita ta’ dan il-vjaġġ: “Hi l-ewwel darba fl-istorja tal-Knisja li f’sena qaddisa l-Papa esprima x-xewqa li jiġi”. Qal hekk waqt li kkjarifika li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien żar il-Belt fl-1982 – li kienet sena ġubilari – “pero kien għamel hekk fl-okkażjoni ta’ żjara pastorali li dik is-sena għamel fi Spanja. F’din l-okkażjoni l-Papa esprima x-xewqa li jiġi u għalhekk in-natura eċċezzjonali ta’ din l-attivita”.
Fiċ-ċelebrazzjoni tal-appostlu Ġakbu hemm is-sena ġubilari kull darba li l-25 jum tax-xahar ta’ Lulju, festa tiegħu, jaħbat il-Ħadd.
|
|
Last Updated ( Sunday, 11 July 2010 )
|
|
| | << Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 Next > End >>
| | Results 17 - 42 of 218 | |
|