A+ | A- | Reset

smallphoto2.jpg

 

Welcome to Xewkijaparish.org, the website of Xewkija Parish.


Home
IL-FAMILJA BENNIENA TAL-VOKAZZJONI
Written by Mary Xerri   
Monday, 05 July 2010
  Sintesi ta l-omelija li ghamel l-Isqof Mario Grech il-bierah il-Hadd, waqt pontifikal li qaddes fil-parrocca ta l-Gharb fl-okkazzjoni tal-festa tal-Vizitazzjoni tal-Madonna lil Elizabetta.

Wahda mill-isfidi li ghandu l-bniedem illum hija li jipprova ma f’hajtu ma jaqbadx triq li ma tkunx triqtu. Miskin hu dak li jsib ruhu qed jaghmel xoghol li ma jkunx ghal qalbu jew ma jkunx konvint mill-istat li jkun ha! Biex ikun f’paci mieghu nnifsu u jkun jista jipproduci, il-bniedem ma jistax jizbalja l-vokazzjoni tieghu.  

 F’termini psikologici, wiehed ma jistax ma jkunx jaf lilu nnifsu. Huwa ghandu janalizza x’inhuma l-inklinazzjonijiet naturali, ix-xewqat profondi u l-abilitajiet tieghu biex imbaghad f’hajtu jkun jista jaghmel ghazliet halli jhossu nwettaq u rejalizzat. Hekk bl-ghazliet partikulari li jaghmel huwa jkun qed iwiegeb ghal vokazzjoni tieghu biex hu jkun hu u mhux dak li hadd iehor jew ic-cirkustanzi jriduh li jkun. F’termini teologici, il-bniedem tal-fidi jemmen li Alla, ghax ihobb lil bniedem, ghandu pjan individwali ghal kull persuna. Alla jaghmel sejha lil bniedem u dan jibqa fil-liberta jekk iwegibx jew le ghal din il-vokazzjoni.Fost il-kawzi li jistghu jwasslu lil bniedem biex jizbalja fl-gharfien tas-sejha tieghu, hemm in-nuqqas ta kuncetti cari ta dak li l-bniedem irid f’hajtu. Per ezempju, il-bniedem jhossu migbud ghaz-zwieg, imma imbaghad huwa konfuz dwar x’inhi n-natura taz-zwieg!  Raguni ohra li tista twassal biex bniedem jaghti determinazzjoni zbaljata lil hajtu, hija n-nuqqas ta liberta. L-influwenzi u l-kundizzjonamenti ta zmienijietna facli jnaqqru l-helsien li suppost igawdi l-bniedem meta jigi biex jaghmel ghazliet fundamentali. Il-familja hija l-“guf” li fih titwieled u tikber il-vokazzjoni [fis-sens wiesa tal-kelma] ta l’individwu.  Il-familja hija l-benniena fejn titrabba u hija kkurata l-vokazzjoni. Il-familja hija l-mixtla fejn iz-zerriegha tal-vokazzjoni, tinzera, tnebbet u tarma!  Il-kapacita tat-tfal li jaghrfu l-valur tal-hajja u r-responsabilita taghhom li jimmiraw ghal ideali gholja, tiddependi hafna mix-xhieda tal-genituri li huma kuntenti bil-vokazzjoni taghhom.  Din il-kapacita tal-familja li tincidi b’mod diskrett imma effikaci fit-tfittxija tal-vokazzjoni tal-membri taghha, tinsab fil-kapacita edukattiva taghha. Il-familja li teduka hija dik li tghin lil membri taghha jgharfu lilhom infushom, l-aktar billi jsiru konxji tal-potenzjal interjuri ta kull wiehed. Flimkien mal-kodici genetiku, kull persuna ghandha “kodici vokazzjonali” jew “programm ta hajja unika”; jekk dan il-programm ikun rispettat, il-persuna tghix hajjitha!  Biex il-membri fi hdana jifthu u jwettqu dan il-programm vokazzjonali, l-familja teduka ghal-valuri umani: onesta, sincerita, gustizzja, imhabba, ghaqal etc.  Imbaghad il-familja li trid tkabbar il-“vokazzjoni nisranija”, trid ukoll teduka fil-fidi billi tghin lil membri jfaslu hajjithom taht il-harsein t’Alla. Il-Knisja, permezz tal-Koncilju Vatikan II, ma theddix tishaq fuq il-missjoni edukattiva tal-familja. Infatti l-genituri ghandhom id-dmir gravi li jedukaw ghaliex huma l-ewwel edukaturi principali. Id-dritt taghhom bhala edukaturi huwa dritt originali u primarju, insostitwibli u inaljenabli, li la ghandhom iceduh u anqas ihallu li min jehodulhom. Bil-prudenza kollha huma jghinu lil uliedhom fl-ghazla tal-vokazzjoni taghhom.  L-ikona tal-Visitazzjoni tal-Madonna lil Santa Elizabetta tipprezentalna zewg nisa li huma tqal – wahda ggor fi hdanha lil Gesu u l-ohra lil Gwanni l-Battista. Il-guf ma jiggenerax biss hajja bijologika, imma hajja umana li jekk tircievi l-ghajnuna biex timmatura, twassal ghal generazzjoni gdida.  Kif Marija u Elizabetta weldu lil uliedhom u ghinuhom biex jikbru “fiz-zmien, fl-gherf u fil-grazzja”, hekk kull genitur fi kuntes tal-familja jista jghin hafna biex l-ulied jaghrfu l-vokazzjoni taghhom u jsegwuha. Dan huwa s-sigriet ta hajja kuntenta u producjenti.
Last Updated ( Monday, 05 July 2010 )
 
GIMGHA TA’ TALB GHALL-GHAQDA NISRANIJA 2011: IT-TEMA MAGHZULA MILL-KNEJJES TA’ GERUSALEMM
Written by Mary Xerri   
Sunday, 04 July 2010

Christian Unity

It-tema tal-44 edizzjoni tal-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda nisranija 2011, li saret l-ewwel darba fl-1968,  hija “One in the apostles’ teaching, fellowship, breaking of bread and prayer”, magħżula minn grupp ta’ mexxejja nsara minn Ġerusalemm, inkluż Michel Sabbah, il-Patrijarka Latin Emeritus ta’ Ġerusalemm Munib Younan, l-Isqof tal-Knisja Luterana Evanġelika fil-Ġordan u l-Art Imqaddsa u membri oħra tal-Patrijarkat Grieg Ortodoss ta’ Ġerusalemm u tal-knejjes Sirja-Ortodossa, Melkita-Kattolika, Armenja-Ortodossa u Episkopalijana.

It-tema u “l-materjal għall-ġimgħa – tgħid stqarrija maħruġa mill-Kunsill Dinji tal-Knejjes – huma koordinati konġuntament mill-Kummissjoni Fidi u Ordni tal-Kunsill Dinji tal-Knejjes u mill-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda Nisranija” u “huma sejħa sabiex wieħed jiftakar fiż-żmien meta l-Knisja kienet waħda”.

“Għall-insara f’Ġerusalemm, li jgħixu f’kontinwita mal-komunita appostolika ta’ Ġerusalemm, il-Knisja-Madre tagħhom ilkoll, din l-unita tinvolvi talb, riflessjoni u sofferenza. Flimkien magħhom nafdaw u nemmnu li Alla jisma t-talb għall-paċi u l-ġustizzja ta’ dawk kollha li jgħammru fl-Art Imqaddsa”.

Din il-ġimgħa ta’ talb għall-għaqda nisranija se tkun tradizzjonalment ċċelebrata bejn it-18 u  l-25 ta’ Jannar 2011.

Last Updated ( Sunday, 04 July 2010 )
 
BENEDITTU XVI LIS-SACERDOTI: IDDEDIKAW HIN GHALL-QRAR U D-DIREZZJONI SPIRITWALI
Written by Mary Xerri   
Sunday, 04 July 2010

Pope Benedict XVI

Il-Papa Benedittu XVI iddedika l-udjenza ġenerali ta’ kull nhar t’Erbgħa għal riflessjoni fuq San Ġużepp Cafasso fl-okkażjoni tal-150 anniversarju mill-mewt tiegħu. Il-Papa offra b’mod partikolari lil-lajċi u r-reliġjużi mudell ta’ ħersuna li għexet u ddedikat ħajjitha għall-edukazzjoni, il-qrar, id-direzzjoni spiritwali u l-apostolat fost il-fqar u l-priġunieri.

“Dak ta’ San Ġużepp Cafasso hu messaġġ ħaj u tipiku. Ifforma ħafna saċerdoti, inkluż lil San Ġwann Bosco. Kien verament pastor b’ħajja interjuri rikka u kellu żelu kbir għall-kura pastorali. Kien bniedem ta’ talb, impenjat għall-katekeżi u l-qrar u ddedikat għall-Ewkaristija”. Il-Papa kompla jidentifika tliet virtujiet ta’ saċerdot qaddis – “kalma, viżjoni ċara u prudenza. It-tagħlim tiegħu ma kien qatt astratt pero dejjem kien ġej mill-esperjenza ħajja ta’ Alla”.

Il-Papa temm jirriafferma l-importanza tad-direzzjoni spiritwali biex jinftiehem mill-individwu dak li jrid minnu Alla.

Last Updated ( Sunday, 04 July 2010 )
 
L-INGILTERRA THEJJI GHAZ-ZJARA TAL-PAPA
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 29 June 2010

Il-Konferenza Episkopali tal-Ingilterra u Wales ippubblikat ktejjeb ta’ 32 paġna biex tispjega l-għan u l-importanza taż-żjara tal-Papa u l-kontribuzzjoni tal-Knisja fis-soċjetà.

Fi kliem l-Arċisqof ta’ Westminster, Mons Vincent Nichols, iż-żjara hi importanti ħafna, jekk xejn għaliex se tkun l-ewwel żjara statali tal-Papa fil-pajjiż wara r-riforma; żjara fuq stedina tar-Reġina.

Hi wkoll importanti fuq livell ta’ tiġdid tal-Knisja.

“Ħafna nies li niltaqa magħhom jirrikonoxxu li s-soċjetà dieħla fi żmien, forsi żmien twil, li se jkun diffiċli. Fi żmien ta’ diffikultà lkoll neħtieġu r-riżorsi interjuri tagħna kollha possibbli, u r-riżorsa tal-fidi reliġjuża hi kruċjali għax tagħti lis-soċjetà stabbiltà u ġenerożità, l-iktar fi żmien ta’ limitazzjonijiet finanzjarji,” huwa qal, waqt li fisser li f’dan l-isfond in-nies “tagħraf l-importanza taż-żjara tal-Papa li se juri li l-fidi f’Alla mhix problema iżda don li wieħed irid jirċievi”.

Iż-żjara ġejja fi żmien sensittiv hekk kif il-Knisja għadha kemm għaddiet minn xhur ta’ attakki kontinwi dwar allegati abbużi sesswali minn saċerdoti; akkużi li saħansitra wasslu għal sejħiet biex il-Papa jiġi arrestat mal-wasla tiegħu fir-Renju Unit.

Ukoll, quddiem il-miljuni kbar li se tiġi tiswa ż-żjara tal-erbat ijiem, qamu dubji quddiem il-fattibilità tagħha u t-toqol li se ġġib fuq il-fidili u l-kaxxi tal-istat, fi żmien ta’ kriżi finanzjarja u tnaqqis tal-baġits.

Il-ktejjeb ta’ 32 paġna hu mmirrat l-iktar lejn dawk li huma biss konxji “tal-kontroversji ta’ llum”. Se jiġu stampati madwar 300,000 kopja u se jitqassmu lill-ġurnalisti, impjegati pubbliċi u tal-awtoritajiet lokali, kif ukoll f’kull parroċċa. Dan fi sforz biex jiġi spjegat b’mod ċar x’tinvolvi ż-żjara u xi tfisser il-Knisja.

Kif jgħid l-istess ktejjeb, “mhux faċli li twassal ir-rikkezza tat-tradizzjoni tal-ħsieb Kattoliku, u l-Kattoliċiżmu faċilment jiġi mifhum fid-dawl ta’ waħda jew oħra mill-kontroversji ta’ llum. Din hi n-nuqqas li dan il-ktejjeb qed jimmira li jindirizza”.

Fost l-oħrajn, il-ktejjeb jispjega r-relazzjoni bejn il-Vatikan u l-Monarkija Ingliża – li “kellha mumenti diffiċli wara l-qasma ta’ Neriku VIII minn ma’ Ruma – kif ukoll it-tagħlim soċjali tal-Knisja dwar faqar, u relazzjoni mad-denominazzjonijiet Insara l-oħra, kif ukoll reliġjonijiet oħra”.

Il-ktejjeb jindirizza wkoll l-iskandlu tal-abbuż sesswali fuq tfal minn saċerdoti, u jinsisti li “l-ħarsien tat-tfal sar parti permanenti mill-ħajja tal-Knisja Kattolika”.

Jispjega wkoll is-sinjifikat tal-Kardinal Newman, il-protestant li kkonverta għall-kattoliċiżmu u li se jiġi bbeatifikat mill-Papa. Il-motto tal-Kardinal Newman “Qalbi titkellem mal-Qalb” (Heart Speaks Unto Heart) ġie magħżul bħala l-motto taż-żjara tal-Papa.

Intant, bħalissa qed jiġi ffinalizzat l-itinerarju taż-żjara tal-Papa fir-Renju Unit, li minbarra fl-Ingilterra u Wales, mistennija tieħdu wkoll fl-Iskozja. L-itinerarju mistenni jkun ippubblikat fi żmien xahar – l-uniku ċertezza tidher li l-beatifikazzjoni ta’ Newman se ssir fl-ajruport ta’ Coventry.

 
NINSEW U NAHFRU
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 29 June 2010
Patri Elija Vella OFM Conv
Aktar milli nfittxu min għandu raġun, għandna nagħmlu l-almu tagħna biex ninsew u naħfru.

Ruth kellha kelba l-mimmi ta’ għajnejha. Mhux l-ewwel darba li kellha xi tgħid ma’ żewġha Laurence minħabba fiha.

Mela darba din l-imbierka kelba ħammġet fuq is-sit tal-karozza. Laurence ma ndunax u poġġa fuq il-ħmieġ tal-kelba. Meta nduna kellu aptit jiżbranaha.

Is-sabiħa hi li Ruth, flok ma għadritu, tħassret il-kelba li, miskina, kellha l-istonku mqalleb. U bdew il-battibekki: jew jien jew il-kelba!

Imn’alla kien Dr Schiavone, psikologu mustaċċun, li ġab il-paċi bejniethom.

Fil-ħajja huwa faċli li nsibu ruħna fi problemi li jirrabjawna u jkissruna. Kollox jiddependi minn kemm kapaċi naffrontaw id-diffikultajiet b’ċerta maturità.

Ħadd ma jieħu gost iweġġa’.

Laurence ħassu mweġġa’ li martu minflok għadritu, żammet mal-kelba. Ruth ħassitha mweġġa’ li Żewgha ma kienx kapaċi jagħder lill-kelba.

Insomma: it-tnejn kienu mweġġgħin. It-tnejn kienu jeħtieġu l-mogħdrija.

Jiġri ħafna drabi li minflok ma nippruvaw ninsew u naħfru, infittxu min għandu raġun.

U r-raġun dejjem insibuh fuq in-naħa tagħna!

Tiftakru meta darba Ġesù ried imur Ġerusalemm, u ried jgħaddi minn villaġġ tas-Samarija?

Issa billi dawn saru jafu li Ġesù flimkien mad-dixxipli, minn hemm kienu se jidħlu Ġerusalemm, ma ridux jaċċettawhom.

Wieħed ma jridx jinsa li s-Samaritani kellhom lanżita daqshiex għal-Lhud.

Min-naħa l-oħra, Ġwanni u Ġakbu, li kienu ma’ Ġesù, meta raw hekk, tant irrabjaw li qalu lil Ġesù biex iħallihom jitolbu lill-Missier jibgħat fuq is-Samaritani nar qerriedi…

Ġesù ċanfar lil Ġwanni u lil Ġakbu u sempliċiment qalilhom jerħulha lejn villaġġ ieħor.

Ġesù la ħa gost bis-Samaritani li ma laqgħuhx minħabba l-mibegħda li kellhom, u lanqas ħa gost bl-entużjażmu fanatiku ta’ Ġwanni u Ġakbu.

Ġesù ma tax raġun lil dawn jew lil dawk, imma sempliċiment erħielha lejn villaġġ ieħor.

Li kieku minflok il-ħafna diskussjonijiet, Laurence u Ruth talbu maħfra lil xulxin, ma taħsbux li kienu jeħilsuha aktar ħafif milli qagħdu jiskomodaw lil Dr Schiavone?

U tinsiex li meta int u jien nagħmlu xi waħda minn tagħna – u nidinbu – Ġesù jinsab dejjem lest, b’idejh miftuħa, biex jilqagħna u jaħfrilna.

“Aħfilna – kif aħna naħfru lil min hu ħati għalina”.

Illum il-problema bejn Laurence u Ruth intemmet. Imma ngħiduha ċar u tond: lil Laurence ma ttihx tort jekk sal-ġurnata tal-lum, qabel ma jpoġġi bilqiegħda fuq is-sit tal-karozza, jiċċekkja darba u tnejn biex jara li kollox huwa sew.

Ruth tgħidlu li qed jiffissa. Jista’ jkun.

Imma t-trawma li għadda minnha meta nduna bil-qalziet imċappas, għadu ma jistax ifiq minnha!

 
FESTA TAL-BEATU NAZJU FALZON
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 29 June 2010

Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ Lulju, 2010, hu jum il-festa tal-Beatu Nazju Falzon.

Dakinhar, fil-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, Ta’ Ġieżu, Valletta, fejn hu midfun il-Beatu Nazju Falzon, il-ħinijiet tal-Quddiesa jkunu fis-7.15 a.m., fl-10.00 a.m. u  fil-11.00 a.m. Il-Quddiesa tal-10.00 a.m. tkun għall-morda. Fis-6.15 p.m. ssir konċelebrazzjoni  bis-sehem tal-membri tal-Catholic Enquiry Centre. Wara kull Quddiesa jsir talb għall-morda, fuq il-qabar tal-Beatu Nazju Falzon.

Fil-Knisja tal-Ġiżwiti, Valletta, nhar l-Erbgħa, 30 ta’ Ġunju, fis-6.00 p.m. jingħad ir-Rużarju quddiem Ġesu’ Sagramentat, u fis-6.30 p.m. ċelebrazzjoni tal-Quddiesa b’omelija, talba u venerazzjoni tar-Relikwja. F’din il-Knisja, l-Beatu Nazju Falzon waqqaf  “Kongregazzjoni” għall-membri tas-Servizzi u ħejja għall-Magħmudija aktar minn 650 persuna. Nhar il-Ħamis, l-1 ta’ Lulju, jum il-festa, il-ħinijiet tal-Quddies ikunu:  6.30a.m, 7.00a.m., 8.00a.m., 9.00a.m., 10.00a.m., 11.00a.m. u f’nofsinhar Quddiesa għall-English-speaking Catholics u għall-Maltin miżżewwġin ma’ barranin.

IL-BEATU NAZJU FALZON

Nazju Falzon, iben familja ta’ avukati, ħa l-lawrja ta’ avukat mill-Universita’ ta’ Malta, iżda qatt ma eżerċita’ din il-professjoni. Meta temm l-istudju għas-saċerdozju – l-filosofija u            t-teoloġija – u ħa l-ordnijiet minuri, ma ħassux dehen li jsir saċerdot.

Iddedika ħajtu jgħallem l-katekiżmu, l-ewwel lit-tfal subien fil-knejjes tal-Pilar, Sta Barbara u Vitorja, l-Belt, u wara lill-membri tas-servizzi, suldati u baħrin Ingliżi, fil-Knisja tal-Giżwiti.

Kellu devozzjoni kbira lejn San Ġużepp u kien meqjus bħala missier il-foqra.

Indifen fil-qabar tal-familja, fil-Knisja tal-Patrijiet Frangiskani, “Ta’ Gieżu”.

Hu meqjus bħala patrun ta’ l-avukati, membri tas-servizzi u studenti universitarji.

 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 Next > End >>

Results 25 - 50 of 218
© 2010 www.xewkijaparish.org