A+ | A- | Reset

smallphoto2.jpg

 
Home
Il-Bullettin tal-Hadd 18 ta' Jannar 2015
Written by Frans Galea   
Sunday, 18 January 2015
bull18_1_2015.jpg
 Il-Bullettin tal-Hadd 18 ta' Jannar
                          2015
 
IT-TIENI HADD MATUL IS-SENA 2015 ALLA QED ISEJHILNA
Written by Frans Galea   
Saturday, 17 January 2015

Din hija il- Liturgija  tat-Tieni Hadd matul is-sena 2015 bi hsibijiet min Joe Rapa.

sanwel_u_gheli.jpg
                 Samwel u Gheli

       Għadna ħerġin minn żewġ żminijiet liturġiċi qawwija ħafna: Żmien l-Avvent u Żmien il-Milied.  Matul il-ġimgħa li għaddiet iċċelebrajna l-Ewwel Ġimgħa taż-Żmien Matul is-Sena u fi tmiem din il-ġimgħa għandna t-Tieni Ħadd ta’ Matul is-Sena.  Ftit ġimgħat oħra, ħames ġimgħat oħra, biex inkunu eżatti, jibda żmien qawwi ieħor, Ir-Randan Imqaddes li jħejjina għall-Misteru l-Kbir tal-Fidi tagħna, il-Misteru tal-Għid li din is-sena se ngħixuh matul il-ġimgħa ta’ bejn id-29 ta’ Marzu u l-5 ta’ April.

     Għalhekk il-Liturġija Mqaddsa tpoġġina dejjem f’tensjoni, f’moviment, qatt mhi wieqfa.  Li kull sena nerġgħu ngħaddu mill-istess waqtiet liturġiċi ma jfissirx li nkunu qed ngħixu ċirjku, dejjem induru lura lejn fejn konna bdejna s-sena ta’ qabel.  Għall-kuntrarju, in-Nisrani hu dejjem miexi ’l quddiem u din is-sena liturġika li se nibdew ngħixu issa żgur li mhix bħal dik li għexna s-sena l-oħra għax aħna m’aħnies l-istess nies tas-sena l-oħra.  B’xi mod inbdilna, jew għat-tajjeb jew għall-ħażin.  Nittamaw f’Alla li nbdilna għat-tajjeb!  Aħna m’aħniex l-istess nies tas-sena l-oħra għax ilkoll kemm aħna għaddejna minn avvenimenti f’ħajjitna, ġrajjiet, li mingħajr ma nafu bidluna.  Jekk għexnihom fil-Fidi f’Alla li qed imexxielna l-Istorja, allura nbdilna għall-aħjar, kbirna fil-fidi, għarafna xi ftit iktar lil Ġesù. 

 

Last Updated ( Saturday, 17 January 2015 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 11 ta' Jannar 2015
Written by Frans Galea   
Sunday, 11 January 2015
bulletin_11_1_2015-1024.jpg
 Il-Bullettin tal-Hadd 11 ta' Jannar 2015
 
L-EWWEL HADD MATUL IS-SENA 2015 IL-MAGHMUDIJA TAL-MULEJ
Written by Frans Galea   
Friday, 09 January 2015

Din hija il- Liturgija  ta'  L-ewwel Hadd matul is-sena 2015 Il-Maghmudija tal-Mulej 2015 bi hsibijiet min Joe Rapa.

maghmudija_ta_kristu.jpg
      Il-Maghmudija ta' Kristu min
              San Gwann Battista

 

     Il-Festa tal-Magħmudija tal-Mulej minn Ġwanni l-Battista jagħlaq Żmien il-Milied u minn għada t-Tnejn jibda żmien ġdid Liturġiku: l-Ewwel Ġimgħa taż-Żmien Matul is-Sena li fih, kull nhar ta’ Ħadd, il-Knisja terġa’ tgħix u timmedita l-Għid ta’ Kristu.  tant hu kbir u mportanti l-Misteru tal-Passjoni, l-Mewt u l-Qawmien tal-Mulej, li barra s-Solennità tal-Għid, li hija x-Xemx li ddawwal is-sena kollha, il-Knisja għandha bżonn 52 Għid żgħar biex tieħu s-saħħa mir-raġġi sħan ta’ din ix-xemx, fil-Mixja tagħha lejn is-Salvazzjoni permezz ta’ Kristu.

      Għall-Knejjes tal-Lvant, anke dawk Kattoliċi u mhux Ortodossi biss, iż-żewġ festi tal-Epifanija u tal-Magħmudija tal-Mulej huma l-qofol tal-Wirja tal-Iben ta’ Alla lill-bnedmin u storikament kienu, u għadhom jinagħtaw iktar importanża  mit-twelid fiżiku ta’ Kristu fil-Milied.  Infatti, anke fostna fil-Punent, l-Epifanija hija festa iktar antika mill-Milied, infatti kienet l-ewwel festa li daħlet fil-Liturġija Nisranja wara l-Għid il-Kbir.  L-Epifanija u l-Magħmudija ta’ Kristu, f’ħafna bnadi, huma meqjusa ħaġa waħda: fl-aħħar Alla juri ruħu lill-bniedem.  Ir-reliġjon hija l-esperjenza storika tal-bniedem li minn dejjem fettex lil Alla; fettex l-oriġini tiegħu bħala ħlejqa; fettex minn fejn ġie, min ħalqu.  Din it-tfittxija spiċċat malli Alla were ruħu f’Ibnu, għalkemm fuq livell personali, jien u int nibqgħu infittxu biex ngħarfu dejjem iktar u nidħlu ’il ġewwa fil-Misteru ta’ Kristu.

 

Last Updated ( Friday, 09 January 2015 )
Read more...
 
L-EPIFANIJA TAL-MULEJ IL-BNIEDEM TA’ ALLA HU DAK LI JAGHRAF LILL-MULEJ
Written by Frans Galea   
Saturday, 03 January 2015

Din hija il- Liturgija  ta' L-Epifanija tal-Mulej 2015 bi hsibijiet min Joe Rapa.

main.png
           L-Epifanija tal-Mulej

 

    L-Epifanija hija festa antika ta’ mportanza kbira fil-Knisja.  San Pawl kien l-aktar wieħed mid-dixxipli ta’ Ġesù li kellu jduq id-diżappunt mimli wġiegħ tal-falliment tax-xandir tal-Aħbar ta’ Kristu fost il-poplu Lhudi.  Għalkemm il-Knisja bdiet fosthom u għall-bidu il-predikazzjoni Nisranija kellha xi suċċess fosthom, bil-mod il-mod beda jidher ċar li għal-Lhudi normali kienet iebsa wisq biex jaċċetta li l-Messija li kienu ilhom tant jistennew fuq livell politiku, kellu jispiċċa maqtul bħala kriminal.  Iktar u iktar sabuha bi tqila jemmnu li dak il-kriminal li inagħta mewt tant kerha u umiljanti kien Alla nnifsu li niżel fid-dinja biex jifdi lill-bniedem.

    Dan il-ħajt li ma setax jiġi minfud, ikkonvinċa lil San Pawl l-ewwel, imabagħad lill-bqija tal-Appostli, li dan kien sinjal mingħand il-Mulej biex imorru jxandru fost il-pagani.  Hawnhekk, il-missjoni Nisranija kellha suċċess ferm akbar u nsibu li bdew jinbtu ħafna komunitajiet żgħar Kristjani tista’ tgħid madwar il-Mediterran kollu.  Ma kienx faċli għall-ewwel dixxipli Lhud li jaċċettaw u jifhmu dan il-pjan ta’ salvazzjoni ta’ Alla.  Huma minn dejjem kien imrobbija fil-konvinzjoni li Israel kien il-poplu waħdieni ta’ Alla u li l-bqija kien l-imwarrba minn Alla, il-barranin, il-pagani, dawk li Alla ma jagħrafx.  Saħansitra kienu jsejħulhom “il-klieb”, kif insibu li anke Kristu nnifsu sejħilhom fis-silta tal-Vanġelu li jitkellem fuq il-fejqan ta’ bint il-mara Sirjo-Feniċja.  Issa beda jidher quddiemhom fatt ġdid: il-poplu Lhudi beda jieħu s-sura ta’ poplu mwarrab li minħabba r-ras iebsa tiegħu ma fehemx il-missjoni ta’ Kristu, waqt li l-veru poplu ta’ Alla beda jikber u jinfirex fost dawk li qabel kienu bla Alla, il-pagani.

 

Last Updated ( Saturday, 03 January 2015 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 04 ta' Jannar 2015
Written by Frans Galea   
Friday, 02 January 2015
bullettin4_01_2015.jpg
 Il-Bullettin tal-Hadd 04 ta' Jannar
                              2015
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 29 - 54 of 627
© 2015 www.xewkijaparish.org