A+ | A- | Reset

smallphoto2.jpg

 

Welcome to Xewkijaparish.org, the website of Xewkija Parish.


Home
IL-KNISJA F'MALTA DWAR IR-REFUGJATI
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 29 June 2010

 

 

Is-suġġett refuġjati u kif għandna nittrattaw magħhom aktar ma jgħaddi ż-żmien akatar jieħu sens b’mod sepcjali għall-Knisja li kif jgħid il-Papa Benedittu nnifsu fl-aħħar Enċiklika tiegħu “Caritas in
Veritatem” paragrafu 15 għanda tieħu inkonsiderazzjoni l-iżvilupp tal-bniedem sħiħ.  Fl-istess Enċiklika paragrafi 62 sa 65 jitkellmu wkoll fuq dan il-fenomenu.
Dan kien is-suġġett trattat mill-’Caritas Italia” dawn l-aħħar ġranet fi Trapani, Sqallija.  Għal dawn il-ġranet kien mistieden biex jattendu u jieħu sehem Dun Alfred Vella, direttur tal-Kummissjoni Emigranti f’Malta u f’isem l-istess “Caritas” f’Malta.  Malta u l-Italja għandhom ħafna komuni fuq dan is-suġġett bid-differenza li Malta hi iżgħar u fi proporzzjon tirċievi ħafna aktar mill-pajjiżi kollha Ewropej.  B’dana kollu Malta qatt ma tista’ tgħid li ma jimpurtahiex minn dawn in-nies u dejjem jibqa’ l-obligu li nilqagħhom u ngħinuhom sa kemm idumu fostna u naraw kif jsibu art aktar żgura u bi prospetti aħjar għalihom u għall-familja tagħhom.
Il-Kummissjoni Emigranti dejjem għamlitha ċara li dawn in-nies ma jistgħux jibqgħu kollha f’artna għar-raġunijiet ovvji u li diġa semmejna fuq, imma fl-istess ħin qatt ma tista’ taqbel li dawn ma jiġux
mejjuna u indirizzati għal futur aħjar.  Dawn huma punti li tqanalu waqt dan is-seminar ta’ ftit jiem mal-”Caritas Italia” u “Caritas Europa”.  Hekk din il-fehma tiġi aktar imbuttata fiċ-ċrieki internazzjonali.  Huwa importanti ħafna li l-Knisja f’Malta permezz tal-aġenziji tagħha twassal il-fehma u prejokkupazzjonijiet tagħha f’dan il-qasam ukoll.

Dun Alfred Vella
Direttur Kummissjoni Emigranti.
Trapani, Sqallija

 
FESTA SAN GWANN BATTISTA 2010 - Is-Sibt 26 ta' Gunju
Written by Mary Xerri   
Friday, 25 June 2010

LEJLET IL-FESTA

Gurnata Qrar

Fid-9.30am:  Quddiesa Solenni tat-Te Deum, bis-sehem tat-tfal u l-familji

Fl-10.15am:  Prova generali tal-Funzjoni tal-Emigranti.

Fis-1.30pm:  Tigrija tradizzjonali tal-Bhejjem

Fis-1.30pm:  Kollegament fuq Radju Prekursur mal-Emigranti Xewkin fl-Awstralja

Fis-6.15pm:  Marc ta' qabel it-Translazzjoni mill-Banda Prekursur minn hdejn il-Kazin tal-Banda sal-Pjazza.

Fis-6.45pm:  Translazzjoni Sollenni tar-Relikwija ta' San Gwann Battista bis-Sehem tal-Kavallieri tal-Ordni Sovran ta' San Gwann.  Takkumpanja l-Banda Prekursur.

Fis-7.00pm:  Koncelebrazzjoni Pontifikali mmexxija mill-E.T. Mons Nikol G. Cauchi Isqof Emeritus.  Mistiedna specjali l-Emigranti, r-residenti barranin u l-Kumitati.  Tinghata Barka Sagramentali.  Wara Refreshments fis-Sagristija.

Fid-9.00pm:  Spettaklu tan-Nar sinkronizzat mal-muzika mahdum mill-kamra tan-Nar ta' Hal Lija.

Fid-9.00pm:  Marc mill-Banda San Guzepp t'Ghajnsielem minn Triq il-Mithna ghal Triq Indipendenza sal-Pjazza fejn tesegwixxi Programm Muzikali.

Fid-9.30pm:  Marc mill-Banda San Grigor ta' Kercem li jibda minn Triq il-Mithna ghal triq il-Hamrija, fejn tinghaqad mal-Banda Prekursur u jitkompla l-Marc ghal-Triq Santa Katerina, Triq il-Knisja sal-Pjazza.  Wara Loghob tan-Nar tal-Art u Spettaklu ta' helicopters u ajruplani godda mahduma minn Gorg Vella.

Last Updated ( Friday, 25 June 2010 )
 
FESTA SAN GWANN BATTISTA 2010 - Il-Gimgha 25 ta' Gunju
Written by Mary Xerri   
Friday, 25 June 2010

L-Ahhar Jum tat-Tridu

Fis-7.30pm:  Koncelebrazzjoni bil-Priedka mill-Arcipriet tal-Furjana Dun Richard Borg.  Wara Kurunella, Antifona u Barka Sagramentali.

Fid-9.00pm:  Marc tad-Dimostrazzjoni mill-Banda Prekursur li jibda minn hdejn il-Kazin tal-Banda sal-Pjazza fejn flimkien mal-Banda Mnarja tan-Nadur ikomplu d-Dimostrazzjoni fit-Toroq San Zakkarija, Ein Karem, Helsien, il-Kbira, Santa Katerina, l-Hamrija, l-Indipendenza sa Pjazza San Gwann Battista fejn l-Istatwa ta' San Gwann jghammed lil Kristu tittella' fuq il-Pedestall.

 
FESTA SAN GWANN BATTISTA 2010 - L-ERBGHA 23 TA' GUNJU
Written by Mary Xerri   
Wednesday, 23 June 2010

L-EWWEL JUM TAT-TRIDU

Fis-6.45pm:  Koncelebrazzjoni ta' Radd il-Hajr fl-okkazjoni tal-50 Anniversarju mill-Ordinazzjoni Sacerdotali ta' Dun Guzepp Camilleri, Missjunarju fil-Guatemala, fil-prezenza ta' l-Ecc. Tieghu Mons Mario Grech, Isqof ta' Ghawdex u ta' l-Ecc Tieghu Mons Nikol G. Cauchi, Isqof Emeritus.  Jinseg l-Priedka Mons Charles Vella, Fundatur tal-Moviment ta' Kana.  Wara Kurunella Antifona u Barka Sagramentali.

Dun Guzepp Camilleri - l-ewwel mix-xellug

Dun Guzepp Camilleri - l-ewwel mix-xellug

Fid-9.30pm: Marc mill-Banda Vizitazzjoni tal-Gharb li jibda minn Triq il-Hamrija, Vjal il-Labour u l-Plots tal-Hamrija.  Wara l-istatwa ta' San Gwann Battista tittella' fuq il-padestall hdejn l-Iskola Roza Magro.

 
Festa San Gwann Battista 2010 - It-Tlieta 22 ta' Gunju
Written by Mary Xerri   
Tuesday, 22 June 2010

Is-Sitt Jum tan-Novena.

Gurnata Vokazzjonarja

Fil-5.30pm:  Koncelebrazzjoni mis-Sacerdoti li ghadhom kemm gew ordnati, assistiti mid-Djakni l-Godda.  Ilkoll jaghtu l-esperjenza taghhom dwar is-sejha t'Alla.  Mistiedna specjali t-tfal u l-istudenti ta' Forms 1, 2 u 3.

Fid-9.30pm: Programm Muzikali mill-Banda Prekursur fil-Pjazza.  Jindaqq l-Innu l-Kbir 2"La Nativita' di San Giovanni Battista" mill-Banda Prekursur bis-sehem tal-Baritnu, Tenur u Sopran u l-Kor tal-Banda Prekursur.  Wara jsir Marc sal-Kazin tal-Banda fejn isir riceviment lill-Bandisti u lill-mistednin distinti.

Programm Muzikali Gunju 2010

 
ORDINAZZJONI GHAD-DJAKUNAT
Written by Mary Xerri   
Saturday, 19 June 2010

Il-Parocca kollha taghna tirringrazzja l'Alla u tifrah maz-zewg Seminaristi

Franklin Vella u Trevor Sultana

li ghada l-Hadd 20 ta' Gunju ser jigu ordnati Djakni.

                                                                                    

 

 

 

 

 

Il-Koncelebrazzjoni tibda fis-6.00pm.

Ghalhekk fil 5.15pm ser titlaq minibus ghall-Kattidral.  Min jixtieq jaghmel uzu minn dan it-transport javza lill-Arcipriet.

 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 Next > End >>

Results 33 - 58 of 218
© 2010 www.xewkijaparish.org