|
ORDINAZZJONI GHAD-DJAKUNAT |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Saturday, 19 June 2010 |
|
Il-Parocca kollha taghna tirringrazzja l'Alla u tifrah maz-zewg Seminaristi
Franklin Vella u Trevor Sultana
li ghada l-Hadd 20 ta' Gunju ser jigu ordnati Djakni.
Il-Koncelebrazzjoni tibda fis-6.00pm.
Ghalhekk fil 5.15pm ser titlaq minibus ghall-Kattidral. Min jixtieq jaghmel uzu minn dan it-transport javza lill-Arcipriet.
|
|
|
OMELIJA FESTA CORPUS DOMINI |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Monday, 14 June 2010 |
Il-Ħadd 6 ta’ Ġunju, festa tal-Corpus Domini, l-Isqof t’Għawdex, Mons Mario Grech mexxa quddiesa pontifikali fil-Katidral t’Għawdex u fiha għamel din l-omelija:
“Dan l-aħħar fostna qed jixtered tagħlim li jmur kontra d-duttrina Kattolika dwar l-Ewkaristija. Qed ngħixu fi żmien fejn, għalkemm nidhru li aħna reliġjużi, qed nitilfu s-sens tas-sagru u hekk naslu wkoll biex nabbużaw mill-Ewkaristija.
Tgħodd ħafna għalina llum it-twissija li San Pawl għamel lill-Insara ta’ Korintu: “Kull min jiekol il-ħobż jew jixrob il-kalċi tal-Mulej bla ma jixraqlu, ikun ħati tal-ġisem u d-demm tal-Mulej… Min jiekol u jixrob bla ma jagħżel minn ikel ieħor il-ġisem tal-Mulej, ikun jiekol u jixrob il-kundanna tiegħu stess” (1 Korintin 11, 27-29).
|
|
Last Updated ( Monday, 14 June 2010 )
|
|
Read more...
|
|
|
HAMES MILJUNI GHAL PURCISSJONI TA' CORPUS |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 13 June 2010 |
|
Ħames miljuni għall-Purċissjoni ta’ Corpus
Kważi ħames miljun ruħ imlew it-toroq tal-belt ta’ Sao Paulo, fil-Brażil, għall-purċissjoni tradizzjonali ta’ Corpus Christi. Il-purċissjoni, meqjusa bħala l-ikbar attività tax-xorta tagħha fid-dinja Kattolika, tmur lilhinn minn dak li soltu nifhmu b’purċissjoni, hekk kif l-aspett reliġjuż jingħaqad ma’ dak profan.
Fil-purċissjoni, li attirat kważi kwart tal-Belt, ħadu sehem 630 karru minn madwar il-pajjiż, bosta minnhom idoqqu mużika differenti, fosthom rock gospel u innijiet reliġjużi. Il-purċissjoni kienet waħda multi-konfessjonali u damet madwar 12-il siegħa.
Nies fil-Brażil li attendew għall-purċissjoni ta' Corpus Christi
|
|
|
JIZDIED IN-NUMRU TA' KATTOLICI MPENJATI MAQTULIN FL-2009 |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 13 June 2010 |
Fr Louis Jousseaume: l-uniku wieħed maqtul fl-Ewropa.
Il-Gens illum
12 ta'Gunju 2010
Matul is-sena li għaddiet kien hemm 37 bejn saċerdoti Kattoliċi, reliġjużi, seminaristi, u katekisti lajċi li sfaw maqtulin waqt il-ħidma pastorali tagħhom. Dan huwa l-akbar numru fl-aħħar 10 snin.
Dan joħroġ minn statistika ppubblikata mill-Aġenzija Missjunarja Fides, li bħal kull sena ppubblikat rendikont annwali tal-ħaddiema tal-Knisja li sofrew mewta vjolenti fl-aħħar sena: 30 saċerdot, żewġ sorijiet, żewġ seminaristi, u tliet voluntiera lajċi.
Il-lista tinkludi persuni impjegati mal-Knisja li mietu waqt attivitajiet kriminali bħall-attentati ta' serq, kif ukoll dawk li sfaw maqtulin frott il-mibegħda għall-fidi.
Minħabba dan, u biex ma jiġux ippreġudikati il-merti tal-każ u kwalunkwe espressjoni futura tal-Knisja fuq dan, il-persuni maqtulin ma jissejħux martri, anki jekk iċ-ċirkostanzi jindikaw martirju għall-fidi.
L-analiżi kontinentali ta’ dawn l-imwiet turi li l-maġġoranza assoluta, 23, inqatlu fil-kontinenti Amerikani. Dawn kienu jinkludu 18-il saċerdot, żewġ seminaristi, soru u żewġ lajċi. L-Afrika klassifikat fit-tieni post b’disa’ saċerdoti, reliġjuż, u lajk. Fl-Asja nqatlu tliet saċerdoti waqt li fl-Ewropa nqatel saċerdot wieħed.
Sitt saċerdoti nqatlu fil-Brażil fl-2009, li wassal lill-Konferenza Episkopali tal-pajjiż li toħroġ dikjarazzjoni ta’ tħassib dwar il-vjolenza akuta. Kien hemm ukoll qtil multipli fil-Kolombja, il-Messiku, El Salvador, u Kuba.
Fl-Afrika, kien hemm erba’ każi ta’ qtil fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, fejn il-gwerer ċivili kattru l-atroċitajiet mifruxin, u erbgħa fl-Afrika t'Isfel.
Fl-Asja, żewġ saċerdoti nqatlu fil-vjolenza kontra l-Kristjani fl-Istat Indjan ta’ Karnataka, waqt li saċerdot magħruf għall-attiviżmu favur id-drittijiet tal-bniedem nqatel fl-Filippini.
L-uniku saċerdot maqtul fl-Ewropa kien Fr Louis Jousseaume, li safa attakkat u maqtul f’Egletons, fid-Djoċesi Franċiża ta’ Tulle. Huwa kien jaħdem ħafna fost persuni b’diżabilità u nqatelminn persuna mentalment instabbli li kien jaħdem magħha.
|
|
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 13 June 2010 |
Patri Elija Vella OFM Conv
Il-Gens Illum 12 ta' Gunju 2010
Hu l-bniedem sħiħ li jeħtieġ li jinbena, u mhux biss il-ġisem.
Is-sala li fiha kont qed nagħti seminar ta’ fejqan f’Gobcikovo, fis-Slovakkja, kienet tmiss ma’ sala oħra fejn kien isir it-taħriġ tal-body builders. Kulmeta kont ngħaddi minn ħdejn is-sala, għajnejja kienu jaqgħu fuq dawk l-irġiel u nisa, b’muskoli mqabbżin, li b’tant impenn kienu jitħarrġu biex jibnu ġisem magħqud.
Ma nafx għaliex, imma fosthom kont donni nilmaħ lil Tessie, lil Alessina, lil Marco, lil Laurence u l-bqija. MhUx l-ewwel darba immaġinajt lili wkoll fosthom, għalkemm nirrealizza li issa tard wisq!
Dawk ir-ritratti, imma, imwaħħlin mal-bibien u t-twieqi ta’ dik is-sala, ġiegħluni nirrifletti: x’jiswa li jien ikolli ġisem mibni jekk imbagħad bħala bniedem inkun sfaxxat?
Għax int m’intix biss ġisem. Int ukoll… moħħ, qalb, spirtu, ruħ.
|
|
Read more...
|
|
|