Welcome to Xewkijaparish.org, the website of Xewkija Parish.
|

|
|
Home
|
|
KTIEB GDID MILL-PAPA GHAT-TFAL : IL-HBIEB TA’ GESU |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 25 July 2010 |
Pope Benedict XVI
“The Friends of Jesus” – “Il-ħbieb ta’ Ġesu” huwa t-titlu ta’ ktieb ġdid għat-tfal miktub mill-Papa Benedittu XVI. Fih jirrakkonta l-istorja tat-12-il appostlu u ta’ San Pawl.
Il-ktieb, li fih 48 paġna, fuq disinn tal-artist Taljan Franco Vignazia u ppubblikat mid-dar tal-pubblikazzjonijiet San Giuliano Milanese, skont L’Osservatore Romano, iġib flimkien numru ta’ passaġġi mill-katekeżijiet tal-Papa kull nhar t’Erbgħa waqt l-udjenzi ġenerali tiegħu.
Id-daħla tal-ktieb saret mis-saċerdot Spanjol Fr Julian Carron, President tal-Fraternita tal-Komunjoni u l-Liberazzjoni.
“Darba kien hemm grupp ta’ rġiel li, jum fost l-oħrajn elfejn sena ilu, iltaqgħu ma’ żagħżugħ jimxi fil-Galilija. Kull wieħed minnhom kellu x-xogħol u l-familja tiegħu, pero f’daqqa waħda, ħajjithom inbidlet. Dawn kien jisimhom Indrija u Ġwanni, Pietru, Tumas, Mattew eċċ. Kienu tnax u llum nirreferu għalihom bħala appostli… F’Ġerusalemm dak iż-żmien, kulħadd kien jaf li huma ħbieb ta’ Ġesu. Iżjed tard ingħaqad magħhom San Pawl li minn persekutur tal-insara sar wieħed mill-ikbar xhieda ta’ Kristu” – kiteb Fr Carron.
Fr Carron jispjega li l-Papa jakkumpanja lill-qarrej pass pass fl-iskoperta ta’ min kienu l-appostli, kif iltaqgħu ma’ Ġesu u x’wassalhom biex jibqgħu fidili lejh sal-aħħar.
|
|
|
KUNGRESS DWAR IT-TEOLOGIJA TAL-GISEM OFFRUT ONLINE |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 25 July 2010 |
|
Kungress dwar it-Teoloġija tal-Ġisem qed jiġi offrut online madwar id-dinja wara li r-reġistrazzjoni għalih fejn kien pjanat li jsir, ingħalqet.
L-Istitut għat-Teoloġija tal-Ġisem qed iżomm l-ewwel Kungress Nazzjonali bejn it-28 u t-30 ta’ dan ix-xahar qrib Philadelphia, kungress li qed jattira numru ta’ kelliema sabiex jagħtu r-rappreżentazzjonijiet tagħhom u jmexxu workshops fuq is-suġġett minn diversi perspettivi: il-ministeru pastorali, il-katekeżi u l-evanġelizzazzjoni, il-filosofija u t-teoloġija, kif ukoll iż-żwieġ u l-familja.
Il-kelliema jinkludu lill-kardinal Justin Rigali ta’ Philadelphia; Helen Alvaré, professur tal-liġi u konsulent għall-Kunsill Pontifiċju tal-lajċi.
Maria Stumpf, direttur tal-operat u l-programmi tal-Istitut qalet li r-reġistrazzjoni għall-Kungress għalqet malajr. Kien irrappurtat li se jattendu mal-450 persuna minn għaxar pajjiżi. Dawn jinkludu 42 saċerdot, 16-il soru u 5 djakni.
Wara li għalqet ir-reġistrazzjoni kien deċiż li indirizzi li se jsiru mill-kelliema kif ukoll preżentazzjonijiet magħżula se jkunu aċċessibbli online għal dawk li ma jistgħux jattendu għall-Kungress madwar id-dinja.
|
|
Last Updated ( Sunday, 25 July 2010 )
|
|
|
L-ARGENTINA TIRREZSTI ‘Z-ZWIEG’ BEJN KOPPJI TAL-ISTESS SESS |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 25 July 2010 |
Madwar 635,000 firma favur iż-żwieġ u l-familja kienu preżentati quddiem is-Senat Arġentin, hekk kif leġislaturi qed jikkunsidraw l-għaqda bejn persuni tal-istess sess u anki l-adozzjoni minn koppji tal-istess sess.
Is-Senatur Liliana Negre de Alonso, President tal-Kummissjoni għal-Leġislazzjoni Ġenerali fi ħdan is-Senat, irċeviet rappreżentanti ta’ diversi istituzzjonijiet li ppreżentaw il-524,000 firma u stqarrija appoġġjata minn iktar minn 400 organizzazzjoni. 110,000 firma separate iddaħħlu wkoll minn nies li qed jappellaw lil dawk li jfasslu l-liġijiet fil-pajjiż sabiex ipoġġu l-kwistjoni quddiem il-poplu għal vot. Il-ħamess kelliema li ppreżentaw il-firem affermaw li huma jirrappreżentaw ir-rieda tal-poplu u li s-Senat tal-pajjiż ma jistax jinjora din l-għajta.
Is-Senatur Negre de Alonso wegħdet li tgħarraf lil senaturi oħra bil-firem, materjal, ritratti u videos li kienu preżentati.
BUENOS AIRES, Argentina
|
|
|
Iz-zghazagh jipprezentaw tifkira lill-isqof Grech |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 25 July 2010 |
Nhar il-Ġimgħa, 16 ta’ Lulu, 2010, il-Kummissjoni Djoċesana Żgħażagħ ppreżentat lill-Isqof Mario Grech b’tifkira taż-żjara tal-Papa Benedittu XVI f’Malta. Il-preżentazzjoni saret waqt laqgħa bejn il-KDŻ Malta u l-KDŻ Għawdex fil-Kurja tal-Isqof ta’ Għawdex. It-tifkira, replika tal-istess pittura li ż-żgħażagħ irregalaw lill-Papa, timmarka l-kollaborazzjoni mill-qrib li saret bejn iż-żewġ Kummissjonijiet fit-tħejjiet għal din il-miġja.
Waqt il-laqgħa, iż-żewġ kummissjonijiet, ħadu l-opportunità li jistiednu lill-Isqof Grech biex jieħu sehem fil-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Madrid, is-sena d-dieħla. Mijiet ta’ Maltin u Għawdxin huma diġà mistennija li jipparteċipaw f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet fi Spanja fejn żgħażagħ minn madwar id-dinja kollha se jqattgħu ġimgħatejn flimkien fil-preżenza tal-Papa.
Iż-żjara tal-Papa f’April li għadda qanqlet moviment u entużjasmu ġdid fost ħafna żgħażagħ Maltin u Ghawdxin, li issa qiegħdin iħarsu bi stennija lejn il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ f’Awwissu 2011. Fl-aħħar edizzjoni, li saret f’Sydney fl-2008, iż-żgħażagħ ta’ Malta u Għawdex kienu akkumpanjati mill-Arċisqof Pawl Cremona.
Il-Kummissjonijiet taż-żewġ Djoċesi esprimew l-intenzjoni li jkomplu jaħdmu flimkien fil-ko-ordinazzjoni tal-mixja lejn il-Jum Dinji taż-Żgħażagħ, li se tkun qiegħda tittratta t-tema tal-fidi fir-relazzjoni ma’ Kristu. Fuq xewqa ta’ diversi żgħażagħ, ir-rapreżentanti taż-żewġ Kummissjonijiet qiegħdin jagħmlu kuntatti ma’ Spanja biex artisti Maltin u Ghawdxin ikunu jistgħu jesebixxu l-produzzjonijiet tagħhom waqt il-ġimgħatejn tal-Jum Dinji taż-Żgħażagħ.
|
|
|
IL-PAPA SE JAHTAR IL-MIBGHUT TIEGHU FIL-VJETNAMM BHALA PASS LEJN RELAZZJONIJIET SHAH |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 25 July 2010 |
Il-Papa Benedittu XVI se jaħtar rappreżentant għall-Gvern tal-Vjetnam bħala l-ewwel pass
biex eventwalment ikunu stabbiliti relazzjonijiet diplomatiċi sħaħ mal-pajjiż komunist. Dan ħabbru l-Vatikan.
Wara laqgħabejn rappreżentanti tal-Vatikan u tal-Vjetnamm fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju fil-Vatikan stess, stqarrija qalet li b’differenza minn Nunzju, ir-rappreżentant tal-Vatikan mhux se jkun residenti l-Vjetnamm għalissa. Il-laqgħa tal-grupp konġunt ta’ ħidma bejn iż-żewġ naħat kien immexxi minn Mons Ettore Balestrero, sotto-segretarju tal-Vatikan għar-relazzjonijiet nejn il-pajjiżi differenti, flimkien mal-Viċi Ministru tal-Vjetnamm għall-Affarijiet Barranin, Nguyen Quoc Cuong.
Il-laqgħa tal-aħħar ta’ Ġunju kienet it-tieni inkontru ta’ dan il-grupp konġunt ta’ ħidma. Il-laqgħa saret madwar sitt ġimgħat wara li rriżenja l-Arċisqof ta’ Hanoi, fost għajdut li dan sar fuq rakkomandazzjoni tal-gvern Vjetnamiż lill-Vatikan. L-Arċisqof ċaħad li kellu xi forma ta’ pressjoni biex jirriżenja, wara li talab lill-kattoliċi fl-2007 sabiex jitolbu li l-Gvern ireġġa n-nunzjatura appostolika lill-Knisja.
AsiaNews, aġenzija kattolika tal-aħbarijiet ibbażata f’Ruma,qalet li l-Arċisqof irriżenja minħabba li l-Gvern Vjetnamiż għamel din kundizzjoni biex jiddiskuti r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ naħat.
VATICAN CITY (CNS)
|
|
|
Is-17-il Hadd ta' Matul is-Sena |
|
Written by Trevor Sultana
|
|
Saturday, 24 July 2010 |
|
Il-qari f'dan il-Hadd huwa: Qari I - Gen 18, 20-32; Qari II - Kol 2, 12-14; Evangelju Lq 11, 1-3. It-tema principali ta' dan il-qari huwa t-talb. Filwaqt li fl-ewwel qari naraw lil Abraham jitkellem ma' Alla b'certa biza', fl-evangelju Gesu' jurina mod gdid ta' kif nirrelataw ma' Alla. Gesu jistedinna biex lil Alla nsejhulu 'Abba' li jekk ikollna naqilbuha bil-Malti tigi 'Papa'. Gesu jridna nersqu lejn Alla b'atteggjament ta' wlied lejn missierhom. B'dan il-mod it-talb ma jibqax sempliciment 'nittallab xi haga minghand Alla' imma jsir djalogu/kuntatt mal-Hallieq. L-importanti fit-talb mhux kemm naqla dak li nkun tlabt imma kemm inkun hloqt relazzjoni mal-Missier.
|
|
| | << Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 Next > End >>
| | Results 5 - 30 of 218 | |
|