|
IL-PAPA SE JAHTAR IL-MIBGHUT TIEGHU FIL-VJETNAMM BHALA PASS LEJN RELAZZJONIJIET SHAH |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 25 July 2010 |
Il-Papa Benedittu XVI se jaħtar rappreżentant għall-Gvern tal-Vjetnam bħala l-ewwel pass
biex eventwalment ikunu stabbiliti relazzjonijiet diplomatiċi sħaħ mal-pajjiż komunist. Dan ħabbru l-Vatikan.
Wara laqgħabejn rappreżentanti tal-Vatikan u tal-Vjetnamm fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju fil-Vatikan stess, stqarrija qalet li b’differenza minn Nunzju, ir-rappreżentant tal-Vatikan mhux se jkun residenti l-Vjetnamm għalissa. Il-laqgħa tal-grupp konġunt ta’ ħidma bejn iż-żewġ naħat kien immexxi minn Mons Ettore Balestrero, sotto-segretarju tal-Vatikan għar-relazzjonijiet nejn il-pajjiżi differenti, flimkien mal-Viċi Ministru tal-Vjetnamm għall-Affarijiet Barranin, Nguyen Quoc Cuong.
Il-laqgħa tal-aħħar ta’ Ġunju kienet it-tieni inkontru ta’ dan il-grupp konġunt ta’ ħidma. Il-laqgħa saret madwar sitt ġimgħat wara li rriżenja l-Arċisqof ta’ Hanoi, fost għajdut li dan sar fuq rakkomandazzjoni tal-gvern Vjetnamiż lill-Vatikan. L-Arċisqof ċaħad li kellu xi forma ta’ pressjoni biex jirriżenja, wara li talab lill-kattoliċi fl-2007 sabiex jitolbu li l-Gvern ireġġa n-nunzjatura appostolika lill-Knisja.
AsiaNews, aġenzija kattolika tal-aħbarijiet ibbażata f’Ruma,qalet li l-Arċisqof irriżenja minħabba li l-Gvern Vjetnamiż għamel din kundizzjoni biex jiddiskuti r-relazzjonijiet diplomatiċi bejn iż-żewġ naħat.
VATICAN CITY (CNS)
|
|
|
Is-17-il Hadd ta' Matul is-Sena |
|
Written by Trevor Sultana
|
|
Saturday, 24 July 2010 |
|
Il-qari f'dan il-Hadd huwa: Qari I - Gen 18, 20-32; Qari II - Kol 2, 12-14; Evangelju Lq 11, 1-3. It-tema principali ta' dan il-qari huwa t-talb. Filwaqt li fl-ewwel qari naraw lil Abraham jitkellem ma' Alla b'certa biza', fl-evangelju Gesu' jurina mod gdid ta' kif nirrelataw ma' Alla. Gesu jistedinna biex lil Alla nsejhulu 'Abba' li jekk ikollna naqilbuha bil-Malti tigi 'Papa'. Gesu jridna nersqu lejn Alla b'atteggjament ta' wlied lejn missierhom. B'dan il-mod it-talb ma jibqax sempliciment 'nittallab xi haga minghand Alla' imma jsir djalogu/kuntatt mal-Hallieq. L-importanti fit-talb mhux kemm naqla dak li nkun tlabt imma kemm inkun hloqt relazzjoni mal-Missier.
|
|
|
MANIFESTAZZJONI MARJANA F'MARSALFORN |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 18 July 2010 |
|
Id-Djoċesi ta' Għawdex, permezz tal-Għaqdiet Kattoliċi, se terġa' torganizza l-Manifestazzjoni Marjana nhar il-Ħamis, 29 ta' Lulju, f'Marsalforn.
L-iskop hu li tingħata qima lill-Madonna u tintwera l-importanza li jinżamm ambjent moralment nadif.
Fis-7.30pm il-pubbliku hu mistieden jinġabar fi Triq il-Wied, f'Marsalforn, u jsib post bilqiegħda fuq siġġijiet li se jkun hemm apposta għal kulħadd.
Ikun hemm rużarju meditat u animat bil-kant u dritt wara l-Isqof ta' Għawdex, Mons Mario Grech, imexxi konċelebrazzjoni u jagħti l-messaġġ tal-okkażjoni.
|
|
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 18 July 2010 |
|
KULL NHAR TA ERBGHA ISSIR QUDDIESA
F'TA' GOKK
FL-4.30pm
Nistiednu l-familji ta' dawn l-inhawi sabiex jattendu.
|
|
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 18 July 2010 |
|
IT-TLIETA 20 TA' LULJU HIJA L-FESTA
TA'
SAN ELIJA PROFETA
Il-Bandalora l-gdida ta' Triq San Bert li tirraprezenta lil San Elija
|
|
|
HATRIET EWLENIN F’DIPARTIMENTI DIFFERENTI FIL-VATIKAN |
|
Written by Mary Xerri
|
|
Sunday, 18 July 2010 |
|
Il-Papa Benedittu XVI ħatar mexxejja ġodda f’diversi dipartimenti fil-Vatikan. Innomina lill-Kardinal Kanadiż Marc Ouellet ta’ Quebec bħala Prefett tal-Kongregazzjoni tal-Isqfijiet. Dan, ta’ 66 sena, se jmexxi l-uffiċċju li jassisti lill-Papa fl-għażla tal-Isqfijiet tad-djoċesijiet tar-rit latin madwar id-dinja. Qed titqies bħala l-ewwel darba li qed issir għażla ta’ kardinal mill-Amerika ta’ Fuq biex imexxi din il-Kongregazzjoni. Ouellet, li qed jieħu post il-Kardinal Taljan ta’ 76 sena, Giovanni Battista Re, mhuwiex wiċċ ġdid għal Ruma jew għall-Kurja ta’ Ruma. Huwa studju f’Ruma u rritorna hemm jgħallem fl-1996. Sena wara nħatar Ċermen tat-Teoloġija Dommatika fl-Istitut Ġwanni Pawlu II għall-Istudji fuq iż-Żwieġ u l-Familja.
Il-Papa innomina wkoll lill-Arċisqof Taljan Rino Fisichella biex ikun President tal-aġenzija maħluqa riċentament – il-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Evanġelizzazzjoni l-ġdida. Biex jieħu post l-Arċisqof Fisichella bħala President tal-Akkademja Pontifiċja favur il-Ħajja, il-Papa nnomina lill-Ispanjol, membru tal-Opus Dei, Mons Ignacio Carrasco de Paula. In-nomini saru fi tmiem ix-xahar ta’ Ġunju. Fi ftuħ ix-xaha ta’ Lulju, intant, il-Papa innomina lill-Isqof Svizzeru Kurt Koch bħala President tal-Kunsill Pontifiċju għall-Promozzjoni tal-Għaqda Nisranija, biex jieħu post il-Kardinal Ġermaniż Walter Casper li ilu jmexxi dan il-Kunsill sa mill-2001.
VATICAN CITY (CNS)
|
|
Last Updated ( Sunday, 18 July 2010 )
|
|
|
|
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 Next > End >>
|
| Results 9 - 34 of 218 |