Monday, 23 July 2018
           
Home arrow Home
Festa tal-Madonna tar-Ruzarju
Written by Trevor Sultana   
Tuesday, 06 October 2009

                   Nhar il-Hadd 4 t'Ottubru saret il-festa tal-Madonna tar-Ruzarju.  Filghodu sar nofs ta' nhar adorazzjoni fil-kappella tal-Madonna tal-Hniena.  Fl-4.00pm saret koncelebrazzjoni mis-sacerdoti Xewkin u wara harget il-purcissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Ruzarju.  Fi tmiem il-purcissjoni inghatat il-Barka Sagramentali. [ Ritratt: Frans Galea ]

mr2.jpg
 

 Dettal ta' l-Istatwa tar-Ruzarju
tax-Xewkija

Last Updated ( Friday, 09 October 2009 )
 
Is-26 Hadd ta' Matul is-Sena
Written by Trevor Sultana   
Monday, 28 September 2009

    Il-qari ghall-liturgija f'dan il-Hadd hu: Lezzjoni I - Num. 11, 25-29; Lezzjoni II - Gak. 5, 1-6; Vangelu - Mk. 9, 38-48.  Fil-vangelu tal-lum, Gesu juri lill-appostli li anke barra mill-grupp taghhom jista' jkun hemm persuni li jemmnu fih u jahdmu ghalih.  Juri wkoll li kull azzjoni tajba li ssir f'ismu ma tibqax minghajr hlas.  Kif ingib ruhi ma dawk li mhumiex tal-istess fehma tieghi?  Nemmen li Alla jinqeda bihom ukoll?

Mulej Gesu, thallix li jien nghir ghal min jaghmel il-gid, imma mlieni bil-hegga biex nahdem bil-qalb mieghek u ghalik.  Amen.

 
Gimgha Museumina fil-Museum tas-Subien
Written by Trevor Sultana   
Tuesday, 22 September 2009

      Matul din il-gimgha, fil-Museum tas-subien, qed tinzamm il-Gimgha Museumina - gimgha ta' taghlim miftuha ghall-parrocca kollha.  Fost l-attivitajiet marbutin ma' din il-gimgha qed isiru laqghat, play b' taghlima mahduma mill-istudenti li jattendu fil-qasam, laqgha ghaz-zghazagh u anke party ghat-tfal.  Ghal iktar informazzjoni wiehed jista' jara l-fuljett li tqassam f'kull dar.

 
Il-25 Hadd ta' Matul is-Sena
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 20 September 2009

                 Il-qari f'dan il-Hadd: I Lezzjoni - Gherf 2, 17-20; II Lezzjoni - Gak. 3,16-4,3; Evanġelju - Mk. 9, 30-37.  Fil-vangelu tal-lum Gesu jurina li l-veru kobor quddiem Alla mhux kemm ikollna poter u popolarita izda kemm ahna kapaci naqdu lill-ohrajn u naghtu hajjitna ghalihom.

Mulej Gesu, iftahli qalbi ghal dak li tkun qed thabbarli biex nidhol fil-hsieb tieghek u naqsam mieghek is-servizz ghall-gid tal-bnedmin.  Amen.

 
Festa tal-Madonna tal-Hniena
Written by Trevor Sultana   
Sunday, 20 September 2009

           Nhar il-Gimgha 18 ta' Settembru saret il-festa tal-Madonna tal-Hniena.  Fis-7.00pm beda l-korteo mill-Knisja parrokkjali, bil-kwadru tal-Madonna, li hu kopja tal-kwadru titulari li nsibu fil-kappella, xoghol ta' Gian-Nikol Buhagiar.  Fis-7.30pm imbaghad bdiet koncelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Nikol G. Cauchi flimkien mas-sacerdoti Xewkin.  Fl-omelija l-Isqof Cauchi tkellem fuq il-hniena li Marija turi lejna, u fuq kif ahna nistghu nuru hniena mal-proxxmu taghna.

                 Ara l-istampa bil-qies kollu taghha.

 

 

Last Updated ( Sunday, 20 September 2009 )
 
Ruzarju mat-toroq f'Tal-Barmil
Written by Trevor Sultana   
Friday, 18 September 2009

Fl-okkazjoni tal-festa tal-Madonna tal-Hniena, nhar il-Hamis 17 ta' Settembru fis-7.15pm, gie rrecitat ir-Ruzarju madwar it-toroq f'Tal-Barmil.  Bejn posta u ohra kull darba saret waqfa quddiem xi statwa mzejna apposta mill-familji tal-post.  Kull posta giet offruta ghal intenzjonijiet partikulari marbutin mal-parrocca taghna.  Numru sabih ta' nies, fosthom anke tfal, attendew ghal dan ir-Ruzarju.  Wara t-tfal prezenti nghataw snack kull wiehed.

Infakkru li l-festa tal-Madonna tal-Hniena se ssir nhar il-Gimgha 18 ta' Settembru.  Fis-7.00pm jitlaq il-korteo mill-Knisja Rotunda, bil-kwadru tal-Madonna tal-Hniena merfugh mill-abbatini.  Fis-7.30pm imbaghad issir Koncelebrazzjoni fil-kappella, immexxija mill-Isqof Nikol G. Cauchi.

 
<< Start < Prev 31 32 33 34 35 36 37 38 39 40 Next > End >>

Results 1015 - 1040 of 1096