IT-TIELET HADD MATUL IS-SENA (2018) IZ-ZMIEN LI JIDDOMINANA |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 20 January 2018 |
Din
hija il- Liturgija tat-Tielet Hadd matul is-Sena ( 2018 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Il-Liturġija
tal-Kelma tat-Tielet Ħadd Matul is-Sena se tkellimna dwar iż-żmien. Illum il-bniedem m’għandekx għalfejn twissih
jew twiddbu fuq iż-żmien, almenu fejn jidħlu l-ħwejjeġ tad-dinja! Il-bniedem sar ossessjonat biż-żmien, bil-ħin
dejjem għaddej. Iż-żmien sar toqol,
b’wiċċ l-arloġġ donnu jrid jinkina, donnu l-argużin, l-għassies ta’ fuqna li
jfaqqagħlna l-frosta kull meta nitlajjaw xi ftit.
Bil-progress
kollu tal-bniedem, bit-teknoloġija li f’sekonda tagħmillu dak li kien jeħodlu
jum sħiħ biex jagħmlu qabel, xorta waħda l-ħajja saret ġennata, mgħaġġla wisq,
anzi tellieqa kontra l-ħin u donnu li dak l-imbierek arloġġ jiġri iktar minn
kulħadd. Staqsu lill-mara, li barra li
tmur taħdem daqs raġel, trid issajjar, tnaddaf, titfa’ l-ħasla fil-magna... “Stress” saret kelma li kulħadd jaf xi
tfisser.
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 14 ta' Jannar 2018 |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 14 January 2018 |
|
|
IT-TIENI HADD MATUL IS-SENA (2018) IL-MULEJ QED ISEJJAHLEK G&AL XI HAGA |
Written by Frans Galea
|
Saturday, 13 January 2018 |
Din
hija il- Liturgija tat-Tieni Hadd matul is-Sena ( 2018 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.
Il-Magħmudija
li rċivejna ta’ żgħar hija xhieda, sinjal ta’ xi ħaġa kbira fl-eżistenza
tagħna, dejjem jekk neħduha bis-serjetà.
Il-Magħmudija ma kinitx sempliċi rit soċjali, merħba lit-tarbija
fid-daħla tagħha fil-familja tal-bnedmin.
Għal ħafna dan il-mument tant importanti ġie ridott għal dan: mument ta’
ferħ u ta’ ċelebrazzjoni għax għandna membru ġdid fil-familja. Iktar minn dan, u wisq iktar minn dan, hu
l-fatt misterjuż li fil-Magħmudija, Alla nnifsu jidħol f’Patt mat-tarbija, Patt
li kien iddestinat minn sa qabel ma nħalqet id-dinja (daqshekk hu
mportanti!). Il-Magħmudija hija xhieda
ta’ Sejħa li Alla jkun qed jagħmel lill-bniedem.
Il-Magħmudija
daħlitna mill-ewwel f’rejaltà misterjuża: it-taqbida li teżisti fl-univers bejn
it-“tajjeb” u l-“ħażin”. Alla jitqabad
kontra l-qawwiet tad-dlam biex jeħles lill-bniedem, u jinqeda bil-bniedem biex
jagħmel dan. Fil-Magħmudija Alla
sejjaħlek biex, b’għażla ħielsa, tieħu sehem f’din it-taqtigħa fuq in-naħa
tas-sewwa, tat-tajjeb.
|
Read more...
|
|
Il-Bullettin tal-Hadd 07 ta' Jannar 2018 |
Written by Frans Galea
|
Sunday, 07 January 2018 |
|
Last Updated ( Sunday, 07 January 2018 )
|
|
L-EPIFANIJA TAL-MULEJ TFITTXIJA U SEJBA |
Written by Frans Galea
|
Friday, 05 January 2018 |
Din
hija il- Liturgija ta' L-Eppifanija tal-Mulej bi hsibijiet min Joe Rapa.
Alla
wera ruħu lill-bniedem f’Ġesù ta’ Nazaret, il-Kristu, il-Midluk, f’Dak li sa
mill-ewwel paġni tal-Bibbja Hu wiegħed li jibgħat. Alla ma baqagħlux iktar x’juri
lill-bniedem. Min isib lill-Iben isib lill-Missier. Il-Ħajja ta’ Dejjem, is-sens kollu
tal-Istorja li kull wieħed jgħaddi minnha, l-għan tagħha hu li niskopru
l-Missier. LejH jinsab miexi l-ħolqien kollu, lejn il-Missier li hu l-għajn ta’
kollox. U l-Missier jinsab fi
Kristu. Lanqas irridu nieqfu fuq Kristu,
għax Kristu jiġi għandna biex jurina lill-Missier; Missieru u Missierna. Kristu huwa t-Triq, imma d-destinazzjoni
tagħna huwa l-Missier. Ħajjin huma biss
dawk li sabuH. L-oħrajn għadhom iltiema
u mhux veru li għandhom il-Ħajja u s-sliem.
In-Nisrani
hu dak li sab lil Kristu, imma jibqa’ jifittxu xorta waħda, għax Kristu huwa
Misteru. Meta taħseb li doqtu u skirt
bih, jaqbdek l-għatx għal aktar, u tkompli tterraq lejn il-qalba tad-Dawl, u
l-qalba tad-Dawl huwa l-Missier. Henjin
huma dawk li jinsabu f’dan il-vjaġġ.
Henjin huma dawk li rikbu l-ġemel u qed iterrqu fid-deżert. Henjin huma dawk li fid-dlam tas-solitudni,
meta kulħadd jgħidlek li inti ffissat, titla’ għalik kewkba; għax il-kewkba
tidher biss bil-lejl. Int tgħix
bil-lejl; l-oħrajn bin-nhar. Int qed
tfittex; l-oħrajn jaħsbu li sabu dak li kellhom isibu. Inti fqir, imma għani; l-oħrajn huma għonja, imma fqar.
|
Read more...
|
|
|