Tuesday, 24 October 2017
           
Home arrow Home
IL-HMISTAX-IL HADD MATUL IS-SENA (2016) IL-KELMA TA’ ALLA TIPPONTA LEJN IL-PROXXMU
Written by Frans Galea   
Saturday, 09 July 2016

Din hija il- Liturgija  tal-Hmistax il-Hadd matul is-Sena ( 2016 ) bi hsibijiet  min Joe Rapa.

the-good-samaritan-82691-print-1024.jpg

IL-Ħajja vera tgħammar fil-bniedem meta l-bniedem jagħraf lil Alla.  Il-bniedem jgħix tassew, ikollu s-sliem anke meta jgħaddi mill-għawġ, ikun blata waqt it-tempesta, dar mibnija fuq sisien sodi, meta jsir ħabib ta’ Alla.  U l-bniedem jagħraf lil Alla u jsir ħabib tiegħu meta jisma’ l-Kelma tiegħu.  Il-Fidi tiġi mis-smigħ u mis-smigħ tal-Kelma; u din il-Kelma ddawwal il-Ħajja.  Għalhekk dawk li huma tassew ħbieb ta’ Alla huma mdawlin, jaraw sens fit-tbatija, għalihom il-mewt hi maqsuma, mirbuħa.

 

Mhux l-istess bniedem li għandu l-Fidi u ieħor li m’għandux, bħalma trid tbellaħħielna d-dinja.  Id-dinja tgħidlek: “Int emmen li trid, int ħieles temmen li trid; imma lil ħaddieħor ħallieh għax anke ħaddieħor għandu d-dritt li ma jemminx.”  Dan hu veru, għax Alla hu Mħabba u l-Imħabba ma tisforza lil ħadd.  Imma min jemmen mhux bħal min ma jemminx.  Min jemmen sab il-milja tal-Ħajja, min ma jemminx jeżisti, jiekol, jorqod, jilgħab, jistana... imma m’għandux il-Ħajja li ma tispiċċax.  Id-differenza bejniethom it-tnejn hi li lil wieħed tista’ faċilment tisraqlu l-ħajja, anke b’kelma waħda goffa, għax il-ħajja li għandu mhix Ħajja ta’ Dejjem.  Imma lill-ieħor, jekk l-ieħor tassew għandu l-Fidi u mhux paroli, tista’ tisraqlu kollox barra l-Ħajja għax il-Ħajja tiegħu mhix naturali, imma hi l-Ħajja ta’ Dejjem, hija l-Ħajja ta’ Alla nnifsu.  Altru li mhux l-istess ikollok il-Fidi u ma jkollokx.

 

 

Last Updated ( Saturday, 09 July 2016 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 03 ta' Lulju 2016
Written by Frans Galea   
Sunday, 03 July 2016
bullettin_02-07-2016-1024.jpg
 Il-Bullettin tal-Hadd  03 ta' Lulju 2016
 
L-ERBATAX-IL HADD MATUL IS-SENA (2016) IN-NISRANI JHABBAR LIL KRISTU
Written by Frans Galea   
Saturday, 02 July 2016

Din hija il- Liturgija  ta' L-Erbatax il-Hadd matul is-Sena ( 2016 ) bi hsibijiet  min Joe Rapa.

 gesu_u_dixxipli.jpg
 Gesu jghazel id-dixxipli

 

It-tagħlim tal-Knisja jgħidilna li l-Magħmudija, fost affarijiet oħra, tagħmilna profeti.  Huwa mportanti nitkellmu ftit fuq dan u l-Liturġija tal-Kelma tal-lum għandha tgħinna.  L-ewwel nett, mhux la kemm tfaqqa’ subgħajk biex l-effetti kollha tal-Magħmudija jilħqu l-milja  tagħhom fina.  Il-Magħmudija hija sagrament li nirċevuh meta nkunu żgħar u bħas-sagramenti l-oħra, jirrikjedi l-Fidi biex jibda jaħdem b’mod meraviljuż.  Allura l-Magħmudija tikber magħna matul iż-żmien, fil-qjies li l-Fidi tikber.  Jekk il-Fidi ma tikber xejn, jew nitilfuha, l-Magħmudija tibqa’ dik iż-żerriegħa li nkunu rċivejna fir-rit, midfuna x’imkien ġo fina. 

 

Jekk il-Fidi tiġi kkurata u mkabbra, allura l-Magħmudija tagħmel minna profeti, waħda mill-kariżmi li tagħtina.  Xi jfisser dan?  Il-profeta hu dak li hu xhud għal Alla f’dinja li hi mhedija u aljenata f’affarijiet li jmutu u jgħaddu.  Hu jwassal il-Kelma tal-Ħajja dejjiema u Alla jibagħtu biex jaħji lill-bniedem li mhux biss laħam u għadam, imma għandu bżonn jisma’ Kelma li tilħaqlu l-ispirtu misterjuż tiegħu.  Għalhekk il-profeta huwa dak li jwassal dak li għandu xi jgħid Alla lill-bniedem u, barra minn dan, jinagħta dixxerniment, għarfien dwar dak li jkun qed jiġri madwaru.  Dan hu għerf qaddis.  Wieħed jista’ ma jkun xejn ta’ skola imma jkollu dan l-għerf li jgħinu jiskopri għaliex qed jiġru ċerti affarijiet, għaliex ikun qed ibati l-bniedem.  Il-profeta jara dak li għal wieħed pagan hu mistur.  Huwa minn hawn li twieldet il-fama tal-profeti li jindunaw b’dak li jkun se jiġri, imma mhux dan hu l-aktar importanti fil-missjoni tagħhom.  Bażikament, il-profeta huwa dak li jixhed li Alla hu ħaj u jimpurtah immens minn kull bniedem.

 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 26 ta' Gunju 2016
Written by Administrator   
Friday, 24 June 2016
bullettin_festa.jpg
 
Last Updated ( Saturday, 25 June 2016 )
 
IT-TWELID TA’ GWANNI L-BATTISTA LEHEN JGHAJJAT FID-DEZERT
Written by Administrator   
Friday, 24 June 2016

Din hija il- Liturgija  tat-twelid tal-Battista matul is-Sena ( 2016 ) bi hsibijiet  min Joe Rapa.

san_gwann_1.jpg
 San Gwann Battista

 

L-Antifona tad-Dħul għall-Ewkaristija tal-Jum tal-Festa tat-Twelid ta’ Ġwanni, tixħet dawl qawwi ta’ għarfien fuq il-missjoni li għaliha Alla bagħatu fid-dinja.  L-Antifona tgħid: “Kien hemm raġel mibgħut minn Alla, jismu Ġwanni.  Dan ġie bħala xhieda, biex jixhed għad-dawl, ħalli b’hekk lill-Mulej ilestilu poplu mhejji sewwa.”  Nistgħu ngħidu li din kienet ukoll il-missjoni ta’ kull profeta li ġie qabel Ġwanni, imma f’bin Żakkarija il-qawwa u s-setgħa tal-profezija hi miġbura b’mod tal-għaġeb u dan bir-raġun għax, bħalma ngħidu, iż-żmien isajru l-bajtar, u ż-żmien kien sar, l-Istorja tas-Salvazzjoni kienet laħqet il-milja tagħha, l-istennija għas-Salvatur, għall-Messija kienet waslet fi tmiemha għax Dak li kellu jiġi, ara kien fil-bieb.  Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li naraw kemm kienu mportanti l-missjoni u l-figura ta’ Ġwanni.  Huwa kien l-aħħar Kelma ta’ Alla qabel il-ġrajja l-kbira, l-avveniment, l-istorja li biha Alla kellu jgħaddi u jsalva l-umanità kollha bi Kristu.

 

Ġwanni kien l-aħħar profeta tar-Rabta l-Qadima; kien il-bieb li jinagħlaq u ieħor li jinfetaħ.  Huwa kien il-leħen jgħajjat fid-deżert. Liema deżert?  Mhux dak tar-ramel, mhux ix-xagħri fiżiku li nsibu ’l hemm u ’l hawn fil-ġeorgrafija tad-dinja, imma d-deżert li hemm f’kull wieħed minnha, id-deżert li kienet fi żmienu d-dinja u li jeżisti fi żmienna wkoll.  Id-deżert huwa l-post fejn m’hemmx ħajja għax m’hemmx ilma.  Huwa l-post mejjet bil-għatx fejn tgħammar il-mewt.  Dan il-post huwa l-ġewwieni tal-bniedem li minħabba l-waqgħa ta’ Adam u Eva, wiret mingħandhom natura miġruħa, feruta, marida għax fil-Ġnien tal-Għeden daħal suspett f’moħħ il-bniedem dwar jekk Alla jħobbux jew le, jekk Alla hux miegħu jew rival tiegħu.  Dan il-ħsieb daħal bħal serp jitkgħawweġ f’moħħ il-bniedem u dejjem jiġi biex jagħtina interpretazzjoni dwar l-Istorja, ifissrilna dak li jiġrilna, il-gwaj li ngħaddu minnu.  Kull bniedem jisma’ leħen, protesta li tqum imqanqla ġewwa fih, għajta vjolenti: “Kieku Alla lilek iħobbok, kien jippermetti li jseħħ dan?”

 

Last Updated ( Saturday, 25 June 2016 )
Read more...
 
Tridijiet tal-Festa ta' San Gwann
Written by Matthew Attard   
Friday, 24 June 2016

Matul dawn il-jiem qegħdin niċċelebraw il-festa ta’ San Ġwann Battista li aħna ix-Xewkin inkunu qed nistennew b’tant ħeġġa. Mill-Erbgħa 22 ta’ Ġunju ngħata l-bidu għat-Tridu tal-festa b’konċelebrazzjoni li tibda fis-7:30pm. F’dawn it-tlett ijiem qiegħed jippriedka Fr Simon Cachia fejn qed jagħmel ħsibijiet fuq episodji mill-ħajja ta’ San Ġwann b’mod speċjali fuq it-tnissil tal-Battista, il-viżitazzjoni ta’ Marija lil Eliżabbetta u fuq it-twelid tiegħu. Wara l-konċelebrazzjoni tinqara l-kurunella, tindaqq l-Antifona u wara ssir il-Barka Sagramentali.                                                                                                                                     

 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 183 - 208 of 1007