Thursday, 22 June 2017
           
Home arrow Home
IL-HADD FUQ L-1 TA’ JANNAR EKKU L-MESSIJA! L-EPIFANIJA TAL-MULEJ
Written by Claudio Vella   
Sunday, 03 January 2016

Din hija il- Liturgija  tal-Hadd fuq L-1 ta' JannarL-Epifanija tal-Mulej   bi hsibijiet  min Joe Rapa.

 epifanija.jpg
 L-Adorazzjoni tal-Magi

 

Waqt li l-Avvent huwa s-simbolu tal-istennija li kull Nisrani għandu jkollu, stennija ta’ laqgħa ma’ Kristu mqajjem fuq il-mewt, stennija ta’ daħla dejjem iktar profonda fil-Fidi... waqt li l-Avvent huwa mixja li hi simbolu tal-ħajja Nisranija kollha kemm hi, l-Epifanija hija l-mument li lejh tipponta, timmira din l-istennija mbierka tan-Nisrani.  In-Nisrani matur jixxennaq għal ħaġa waħda, għal grazzja waħda li hi mfissra b’mod tal-għaġeb mill-Appostlui Pawl fl-Ittra tiegħu lill-Filippin: “Dak kollu li għalija kien qligħ, jien għaddejtu bħala telf minħabba Kristu. Jiena ngħodd kollox bħala telf ħdejn il-qligħ kbir li hemm filli nagħraf lil Kristu Ġesù Sidi;  minħabba fih ridt li nitlef kollox, u ngħodd kollox bħala knis, biex nirbaħ lil Kristu, u nkun ninsab fih; mhux għax għandi xi ġustizzja tiegħi, dik li tiġi permezz tal-Liġi, iżda dik li tiġi permezz tal-fidi fi Kristu, il-ġustizzja ġejja minn Alla u mibnija fuq il-fidi.  Irrid nagħraf lilu u l-qawmien tiegħu mill-imwiet, u naqsam miegħu t-tbatijiet tiegħu, u nsir nixbhu fil-mewt, biex jirnexxili nikseb il-qawmien mill-imwiet.  Inross ’il quddiem biex naħtaf dan, bħalma Kristu Ġesù ġa ħataf lili.  Waqt li ninsa li ta warajja kollu, jiena nagħmel ħilti kollha biex nilħaq dak li hemm quddiemi.  (Fil 3, 7-13).

 

Dan hu kliem tal-għaġeb mimli żelu għal Kristu.  Bħal Pawlu, kull Nisrani li daq xi ftit il-ħelsien tal-Mulej, għandu tensjoni tgħammar f’għadmu.  Qatt mhu kuntent b’li għandu ‘mma jrid iktar u iktar.  Għalhekk il-mixja ’il ġewwa fi Kristu tieħu l-ħajja kollha u tibqa’ sal-aħħar mumenti.  L-Epifanija hija l-Wirja, il-mument tal-laqgħa ma’ Kristu u nistgħu ngħidu bla tlaqliq li n-Nisrani miġbud mill-Missier lejn Ibnu, jgħaddi minn Epifanija għal Epifanija, minn Memorjal għal Memorjal, minn Fidi għal Fidi.  Bħas-slaten maġi tal-Epifanija oriġinali, in-Nisrani-pellegrin jgħaddi minn mumenti oskuri fil-vjaġġ tiegħu, iterraq minn mogħdijiet solitarji, imħarbta, mudlama, fejn il-ħitan tas-sejjieħ jaħbu ħallelin u briganti kattivi u qattiela.  Bħas-slaten maġi, il-bniedem li jfittex lil Kristu, jaqa’ fit-tentazzjoni li juża r-raġuni tiegħu u jitlef il-kewkba li kienet tmexxih.  Dan hu rifless tajjeb ħafna f’dak li tgħid il-maħbuba fl-Għanja tal-Għanjiet: “Lill-maħbub tiegħi jiena stess mort ftaħtlu iżda... hu kien diġa’ dar u telaq!  Ħassejtni ruħi ħierġa minħabba fih.  Fittixtu, fittixtu u ma sibtux, sejjaħtlu, u ma weġibnix!  Iltaqgħu miegħi l-għassiesa li jduru mat-toroq u tawni s-swat, ġerrħuni, ħaduli sa ħwejġi l-għassiesa tas-swar!”  (Għanja  5, 5-7). 

 

 

Last Updated ( Saturday, 09 January 2016 )
Read more...
 
Party ghat-tfal u l-genituri fic-Centru Parrokjali
Written by Matthew Attard   
Monday, 28 December 2015

 

Illejla sar party tal-Milied għat-tfal u l-ġenituri ġewwa c-Ċentru Parrokjali. L-attendenza kienet waħda numeruża u bl-għajnuna ta' ħafna ġenituri li għenu kemm fl-organizzazjoni kif ukoll fit-tqassim tal-ikel il-festin seta' jkun suċċess. Kien hemm ukoll nies apposta li għamlu l-"face painting" kif ukoll l-"baloon modelling" u Father Christmas ġie biex iqassam l-ħelu u r-rigali lit-tfal. Saru wkoll xi logħob u l-adulti ħadu sehem fit-tombla. 

party_1.jpg  party_2.jpg party_3.jpg 
 party_4.jpg  part_5.jpg  party_6.jpg
 party_7.jpg  party_8.jpg party_9.jpg
Last Updated ( Saturday, 23 January 2016 )
 
Zjara minn soru tal-Ursolini
Written by Matthew Attard   
Sunday, 27 December 2015

Dalgħodu fil-quddiesa tat-8:30 kellna mistiedna speċjali li kienet Sr Magdalene mid-dar tas-Sorijiet tal-Ursolini. Waqt il-Prietka hija kellmet lill-miġemgħa dwar x’inhu l-irwol tagħha bħala soru f’dawn id-djar li għandhom għat-trabi, tfal u xebbiet u kemm jinvolvi xogħol. Wara l-Prietka r-rigali li nġabru matul in-Novena ġew mogħtija lil Sr Magdalene mit-tfal tal-parroċċa.

 

picture3.jpg  picture1.jpg 
 picture2.jpg  picture4.jpg



 

Last Updated ( Tuesday, 29 December 2015 )
 
Il-Bullettin tal-Hadd 27 ta' Dicembru 2015
Written by Frans Galea   
Sunday, 27 December 2015
bullettin_27-12-2015-1024.jpg
 Il-Bullettin tal-Hadd 27 ta' Dicembru
                             2015
 
IL-HADD FOST L-OTTAVA TAL-MILIED (2015) IL-FAMILJA GHALL-QADI TAL-AHBAR IT-TAJBA
Written by Claudio Vella   
Saturday, 26 December 2015

Din hija il- Liturgija  tal-Hadd fost l-Ottava tal-Milied ( 2015-16)  bi hsibijiet  min Joe Rapa.

 
 

Kemm qed nisimgħu dwar il-battalja, jew aħjar gwerra ta’ battalji li l-Knisja Kattolika qed ikollha tiġġieled biex tħares il-kunċett tal-familja! Il-Knisja temmen li l-familja hi dritt sagrosant ta’ kull bniedem u li dan jista’ jilħaq il-milja tiegħu bħala bniedem biss fis-sħana ta’ familja li tipprovdilu tant affarijiet li għandu bżonn.  Dan it-twemmin ma kienx tal-Knisja biss, anzi ġie nkluż ukoll f’dikkjarazzjonijiet internazzjonali mportanti ħafna bħalma hi l-Karta tad-Drittijiet tal-Bniedem eċċ.  Tant hija mportanti l-familja f’dawn id-dokumenti li huma jisħqu li fejn tidħol l-edukazzjoni tat-tfal, biex inġibu eżempju wieħed, huma l-ġenituri li għandhom id-dritt jagħżlu x’tip ta’ edukazzjoni għandhom jinagħtaw uliedhom u dan ma jistax jeħodulhom l-Istat, anke jekk huwa l-Istat, ħafna drabi, li jipprovdi din l-edukazzjoni.

 

Iżda huwa ċar li l-familja tradizzjonali kif nafuha aħna hija taħt attakk mill-midja u mill-kultura dominanti tal-lum, almenu fil-punent.  Dan ilu ġej u jaf il-bidu tiegħu mir-riforma protestanta ta’ Luteru u oħrajn.  Luteru kien jemmen li r-relazzjoni tal-bniedem ma’ Alla hija xi ħaġa individwalista, bejnek u bejn Alla, u ħadd ma jista’ jindaħallek kif issawwar din ir-relazzjoni.  Mill-ewwel beda jidher li f’din is-sitwazzjoni ma tantx kien hemm lok għall-Knisja u lanqas għall-familja.  Fil-pajjiżi protestanti l-kunċett ta’ Knisja ma baqax ħafna mportanti għax kulħadd miexi lejn Alla għal rasu u l-Knisja, għalkemm tista’ taqdi u tgħin, ma tistax tindaħallek x’temmen u ma temminx, jew kif tfisser il-Bibbja jew tifhimha.  Int għandek dritt tinterpreta l-Kelma ta’ Alla mod, u sieħbek għandu d-dritt jinterpretaha mod ieħor. 

 

 

Last Updated ( Saturday, 26 December 2015 )
Read more...
 
Novena tal-Milied 2015
Written by Matthew Attard   
Wednesday, 23 December 2015

 F’dawn l-aħħar jiem fil-parroċċa tagħna saret in-Novena tal-Milied li għal din is-sena ntgħażel is-suġġett dwar kif aħna l-insara nistgħu nerġgħu niskopru l-vera tifsira ta’ Milied Nisrani.

Skoprejna għaliex aħna nagħmlu s-siġra tal-Milied, għaliex nagħtu l-awguri u r-rigali lil xulxin f’dawn il-jiem. X’sinifikat fihom l-ikliet u l-parties li nħejju f’dawn il-ġranet. Ġie spjegat x’sens fihom l-għanjiet tal-Milied, għalfejn il-presepju u min hu l-Father Christmas.Skoprejna x’sinifikat hemm fit-tiżjin bil-ġulbiena u bil-ponsjetta, u kif kull wieħed u waħda minn dawn li semmejna għandhom r-rabta mal-Milied. Ġie spjegat lilna kif bdew dawn it-tradizzjonijiet u x’tifsira għandu jkollhom għalina l-insara.

F’kull jum matul dawn id-disat ijiem l-arċipriet Dun Daniel għażel suġġett partikulari u spjega b’mod ċar u sempliċi kif dawn l-affarijiet jistgħu jgħinuna niċċelebraw l-Milied mingħajr ma jnaqqsu jew itellfu mill-importanza li aħna bħala nsara għandna nagħtu lil Ġesu`, fil-jum tat-tifkira tat-twelid tiegħu.

Matul dawn il-ġranet setgħet tiġi nnutata konkorrenza numeruża ta’ tfal, żgħażagħ, adulti u anzjani li pparteċipaw b’mod attiv f’kull ġurnata matul dawn d-disat ijiem.

 

Żgur li kull min attenda f’dawn il-jiem ta’ tagħlim ħareġ sodisfatt u seta’ jifhem aħjar kif lkoll nistgħu niċċelebraw dawn il-ġranet tal-Milied b’mod tassew nisrani.

20151223_074226.jpg  20151223_074321.jpg
 20151223_074504.jpg  20151223_075228.jpg
 picture2.jpg  20151222_174450.jpg
 picture3.jpg  picture1.jpg

 

 

 

Last Updated ( Wednesday, 23 December 2015 )
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 209 - 234 of 958