Saturday, 23 June 2018
           
Home arrow Home
Tberik u Ftuh ufficjali mill-gdid tal-Ufficju Parrokkjali tax-Xewkija
Written by Frans Galea   
Sunday, 09 October 2016
   Illum il-Hadd 9 ta' Ottubru 2016 sar it-tberik u l-ftuh ufficjali mill-gdid tal-Ufficcju Parrokjali tax-Xewkija wara xoghol ta' manutanzjoni u tisbih li sar fih matul l-ahhar xhur. It-tberik sar mill-Arcipriet Mons. Daniel Xerri fi tmiem il-Quddiesa tat 8.30am. F'kelmtejn tal-okkazzjoni huwa rringrazzja lil kull min ta s-sehem tieghu biex dan ix-xoghol seta' jsir. L-ufficcju baqa' miftuh sa nofsinhar biex min xtaq seta jidhol u jara ix-xoghol li sar.
    L-Ufficcju Parrokkjali ser ikun miftuh it-Tnejn, L-Erbgha u l-Gimgha mid- 9.00am sal- 11.00am u t-Tlieta u l-Hamis mill- 5.00pm sas 7.00pm.
 
dsc_0335-1024.jpeg
 dsc_0320-1024.jpeg
 
Last Updated ( Sunday, 09 October 2016 )
 
Il-Bullettin tal-Hadd 9 ta' Ottubru 2016
Written by Frans Galea   
Sunday, 09 October 2016
bullettin_09-10-2016_2-1024.jpg
 
Last Updated ( Sunday, 09 October 2016 )
 
IT-TMIENJA U GHOXRIN HADD MATUL IS-SENA (2016) IL-FERH JINSAB FIR-RADD IL-HAJR U L-GRATITUDNI
Written by Frans Galea   
Saturday, 08 October 2016

Din hija il- Liturgija  tat-Tmienja u Ghoxrin Hadd matul is-Sena ( 2016 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.

cleansing-of-10-lepers.jpg

 

Min hu l-bniedem hieni u mbierek?  Dak li jħoss li rċieva ħafna, ħafna mingħand Alla u għandu qalbu mimlija radd il-ħajr, grtitudni u tifħir lejn Dak li kien tant ġeneruż miegħu.  Hija diżgrazzja li donnu li n-natura mwaqqa’ li għandna iktar tiftakar id-diżappunti, it-telgħat tal-Ħajja, il-kuluri skuri u mdallma tal-kwadru tal-Istorja, il-mumenti meta s-salib jistrieħ fuq spallejna, milli tiftakar it-tant grazzji li rċivenja.  Dan inħossu jien u naħseb li lkoll xorta waħda.  Kemm drabi naqbad lili  nnifsi f’burdata ta’ gdiedem, ingerger kontra r-riħ isfel, kontra xi ħmerija li tkun ġrat, kontra kelma li ntqalitli.  Kemm hu iblah il-bniedem li jħalli lill-argużin, ix-xitan, ifaqqa’ l-frosta tiegħu billi jfakkru fxi ħaġa negattiva sabiex ma jħallihx ‘jara’ li jħares fejn iħares ma jarax ħlief Grazzja, kif jgħid Santu Wistin.

 

Għandna ‘għajnejn’ morda bil-katalletti!  Hu tqil għalina naraw kemm rigali tana l-Mulej.  L-ewwelnett, nieħdu ‘for granted’ il-Ħajja li tana, li hi meravilja, anke jekk bit-tgergir kultant indawruha f’toqol!  Il-fatt sempliċi li int tista’ tiġbed nifs ’il ġewwa, ta’ dan int midjun bil-kbir mal-Ħallieq.  Qatt waqaft taħseb... għandek ħila ġġebbed moħħok biex jirrifletti ftit li flokok seta’ ġie ħaddieħor... li int stajt tnissilt fil-ġuf imma spiċċajt taħt is-sikkina kiefra ta xi tabib bħalma qed jiġrilhom tant trabi daż-żmien bl-abort?  Imma lilek inagħtatlek ix-xemx tiela filgħodu, inżul ix-xemx sabiħ kif isejjaħlu l-poeta, il-kuluri differenti tal-istaġuni kollha sbieħ, il-kampanja dejjem tinbidel, il-għożża tad-dar, il-ħbiberiji sinċiera, l-esperjenza meraviljuża ta’ mħabba, il-ħarsa ta’ ommok, l-indukrar ta’ missierek, l-intimità meraviljuża u safja ma’ tfajla jew ma’ ġuvni li hi mqabbla mal-Imħabba ta’ Alla nnifsu, l-art li tatna isimha bid-drawwiet u l-kulturi tagħha, id-diversi staġuni tal-Ħajja kull tant twila, kull tant qasira...  u b’daqshekk għadni lanqas biss bdejt.  Hu veru li ġarrejna s-Salib, imma dan kien il-melħ li ta togħma lil dan kollu.  Alla kien fidil, tassew li kien fidil!

 

Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 2 ta' Ottubru 2016
Written by Frans Galea   
Sunday, 02 October 2016
 
bullettin_02-10-2016-1024.jpg
   
   
 
IS-SEBGHA U GHOXRIN HADD MATUL IS-SENA (2016) BHAL SIGRA L-FIDI; TRID TIBQA TIKBER
Written by Frans Galea   
Sunday, 02 October 2016

Din hija il- Liturgija  tas-Seba' u Ghoxrin Hadd matul is-Sena ( 2016 ) bi hsibijiet  min Joe Rapa

stp.jpg

 

Ftit huma dawk li b’xi mod jew ieħor ma jemmnux li jeżisti Alla, jew xi forma ta’ Qawwa Setagħna li minnu nibet il-ħolqien.  Anke x-xjenza, li xi wħud fil-kburija ta’ moħħhom jikkwotawha biex jippruvaw li Alla ma jeżistix, tgħid ċar u tond li xejn ma jista’ jeżisti mix-xejn; kull ħaġa magħmula taf l-eżistenza tagħha minn xi ħaġa oħra.  Anzi nistgħu ngħidu li l-fenomenu mhux l-eżistenza tal-fidi f’Alla imma l-ateiżmu.  Iktar minn hekk, il-bniedem jitwieled bi bżonn naturali ta Alla, jew ta’ xi tip ta’ alla.  Dan il-bżonn huwa mħawwel fin-natura tagħna u l-bniedem ma jistax jeqirdu minnu nnifsu. Din il-ħaġa tissejjaħ ir-“reliġjożità naturali”.

 

Issa, din ir-reliġjożità li qegħda fin-natura tagħna, wieħed jista’ jużaha tajjeb biex ifittex lill-Alla l-veru jew inkella jużaha biex jivvinta alla għalih li bih jipprova jimla l-vojt etern li kull wieħed minna għandu ġewwa fih.  Allat foloz minn dawn insibu bil-gżuż, l-aqwa wieħed huwa dak li l-Liturġija tal-Kelma kellmitna fuqu f’dawn l-aħħar żewġt Iħdud: il-flus.  Alla falż jista’ jkun il-karriera, is-saħħa, l-affetti tan-nies, xi passatemp... saħansitra l-familja. Ħaġa hija ċara: mingħajr xi “alla” l-bniedem ma jgħix.

 

Read more...
 
Festa tal-Madonna tal-Hniena fil-Plots tal-Barmil
Written by Frans Galea   
Tuesday, 27 September 2016

     Nhar is-Sibt 24 ta' Settembru 2016 saret il-Festa tal-Madonna tal-Hniena fix-Xewkija. Il-festa bdiet b'pelegrinagg mil-Kappella tal-Madonna tal-Hniena filbidu ta' Triq San Bert ghal plots tal-Barmil fejn inghadd ir-Ruzarju. Imbaghad saret Quddiesa ikkoncelebrata mil Arcipriet Mons. Daniel Xerri flimkien mas-sacerdoti Xewkija hdejn il-Playliing Field li  hemm fl-inhawi. Mistiedna specjali kienu l-gharejes li ser jaghmlu l-kors ta' thejjija ghaz-zwieg fil-Parrocca tax-Xewkija.

dsc_9929-1024.jpg
 dsc_9932-1024.jpg
 dsc_9996-1024.jpg
 dsc_9999-1024.jpg

 

 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 235 - 260 of 1087