Saturday, 18 November 2017
           
Home arrow Home
IT-TIENI JUM TAT-TRIDU
Written by Frans Galea   
Thursday, 29 June 2017

Il-Ħamis 22 ta’ Ġunju 2017 kien it-tieni jum tat-Tridu tal-Festa ta’ San Ġwann. Fid-9.00am saret Quddiesa għall-morda u l-anzjani li fiha ngħata s-sagrament tal-Griżma tal-morda. Wara kellhom refreshments fis-sagristija. Imbagħad fis-7.30pm saret il-Konċelebrazzjoni bil-prietka tat-tieni jum tat-Tridu. Il-Quddiesa tmexxiet minn Mons. Pawlu Cardona, vigarju episkopali għall-Kleru. Wara saret il-Kurunella, tkantat l-Antifona u ngħatat il-Barka Sagramentali.

dsc_3838-1024.jpg

 
L-EWWEL JUM TAT-TRIDU
Written by Frans Galea   
Thursday, 29 June 2017

Nhar l-Erbgħa 21 ta’ Ġunju 2017 kien jaħbat l-ewwel jum tat-Tridu bi tħejjija għall-Festa ta’ San Ġwann Battista. Fis-7.30pm saret Konċelebrazzjoni solenni li tmexxiet minn Mons. Tarcisio Camilleri, Vigarju Ġenerali. Ipprietka Dun Ġwann Sultana. F’din il-Quddiesa sar talb speċjali għall-Għaqdiet tal-parroċċa. Ħadet sehem l-orkestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Colin Attard flimkien mal-Kor tal-parroċċa. Wara l-Quddiesa ngħatat qima lir-Relikwija ta’ San Ġwann permezz tal-Kurunella u l-kant tal-Antifona, u mbagħad ingħatat il-Barka Sagramentali.

dsc_3539-1024.jpeg

 
HRUG TAL-ISTATWA TA’ SAN GWANN MIN-NICCA
Written by Frans Galea   
Thursday, 29 June 2017

Nhar il-Ħamis 15 ta’ Ġunju tajna bidu għall-Festa ta’ San Ġwann Battista 2017. Fil-5.15pm saret il-Quddiesa tal-aħħar Ħamis ta’ San Ġwann u l-ewwel jum tan-Novena, li tmexxiet minn Dun Charles Sultana, Kappillan ta’ San Lawrenz. Għaliha kienu preżenti għadd sabiħ ta’ tfal, li ngħataw l-aħħar sticker biex setgħu jikkompletaw ir-ritratt kbir ta’ San Ġwann li ġew mogħtija matul il-Ħamisijiet. Imbagħad fit-8.30pm saret Velja ta’ talb bis-sehem taż-żgħażagħ li fiha sar il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista min-niċċa. Il-Velja bdiet b’ċelebrazzjoni tal-Kelma ta’ Alla u ntemmet bil-Barka Sagramentali. Fi tmiem il-Velja rappreżentanti tad-diversi Kumitati f’rabta mal-Festa offrew bukkett fjuri lil San Ġwann. Għall-ewwel darba din il-Velja kienet imxandra live stream.

dsc_1716-1024.jpeg

 

Last Updated ( Thursday, 29 June 2017 )
 
Il-Bullettin tal-Hadd 25 ta' Gunju 2017
Written by Frans Galea   
Sunday, 25 June 2017
25_gunju_2017-1024.jpg bullettin_25-06-2017-1024.jpg
Last Updated ( Tuesday, 27 June 2017 )
 
IT-TWELID TA’ SAN GWANN BATTISTA XBIEHA TAL-KNISJA-XHUD
Written by Frans Galea   
Friday, 23 June 2017

Din hija il-Liturgija  tas-Sollenita tat-Twelid tal-Battista ( 2017 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.

st_john.jpg

 

Ġwanni l-Battista huwa figura ta’ mportanza enormi fl-Istorja tas-Salvazzjoni.  Tista’ tikkummenta fuqu minn ħafna angoli, imma did-darba niffokaw fuq il-bniedem/xhud li kien.  Hu kien imħabbar minn qabel li kellu jkun xhud, li kellu jixhed għad-dinja li fl-aħħar kienet waslitilha Aħbar Tajba.

 

Dan jagħmel  minn Ġwanni figura essenzjali għall-Knisja ta’ żmienna.  Kien hemm żmien meta kulħadd kien Nisrani b’mod awtomatiku u għalhekk ma tanx kien hemm bżonn ta’ xhieda.  Il-pajjiż kien Nisrani u saħansitra r-reliġjon Nisranija għadha sal-lum imniżżla fil-kostituzzjoni bħala r-reliġjon uffiċċjali.  Alla biss jaf kemm se jdum dan...  Fir-rejaltà, pajjiżna għandu ħafna kultura Nisranija imma ftit awtentiċità u din qed tonqos b’mod li jgħaġġbek.  Biex nikkuppjaw ħadd ma jgħaddina, u qegħdin nagħmlu dak li jagħmlu x-xadini fejn tidħol l-Ewropa, l-Amerika u ċ-ċiviltà tal-punent.  Qegħdin nirremettu l-Vanġelu! 

 

 

Last Updated ( Friday, 23 June 2017 )
Read more...
 
Il-Bullettin tal-Hadd 18 ta' Gunju 2017
Written by Frans Galea   
Sunday, 18 June 2017
 18_gunju_2017-1024.jpg bullettin_18-06-2017-1024.jpg  
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 53 - 78 of 1016