Wednesday, 20 September 2017
           
Home arrow Home
Il-Bullettin tal-Hadd 05 ta' Marzu 2017
Written by Frans Galea   
Sunday, 05 March 2017
bullettin_05-03-2017-1024.jpg
 
L-EWWEL HADD TAR-RANDAN (2017) GHAL XHIEX GIE KRISTU FID-DINJA?
Written by Frans Galea   
Saturday, 04 March 2017

Din hija il- Liturgija  ta' l-ewwel Hadd tar-Randan ( 2017 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.

temptation_of_christ.jpg

 

Il-bniedem huwa fundamentalment esseri, ħlejqa, aljenata.  Fiż-żminijiet tal-lum iktar minn qatt qabel.  Il-bniedem huwa wkoll l-esseri bl-iktar moħħ intelliġenti u għalhekk għandu l-intuwizzjoni li hu ħlejqa li għaliha ż-żmien hu mportanti għax ġismu qiegħed imut.  Ma tantx jaħseb fuq dan għax il-ħin kollu jipprova jaljena ruħu billi għandu l-biża’ tal-mewt jgħammar f’moħħu.  Huwa għaref, l-egħref ħlejqa, imma fl-istess ħin, (u din hi kuntradizzjoni kbira!), hu jgħix il-bluha, il-gidba.  Jilgħab bil-ħajja!  Jaħraq iż-żmien, waqt li jidħol f’tensjoni għax jarah għaddej mgħaġġel. Kemm nies, wara għexieren ta’ snin indunaw li qatt ma għexu tassew, qatt ma ħabbew tassew u l-Ħajja ħarbitilhom bħal ponn ramel minn bejn subgħajhom.

 

Dijoġene, filosofu Grieg tal-antik, bniedem għaref ħafna, kien kuljum f’nofsinhar joħroġ idur ma’ Ateni b’fanal mixgħul f’idejh.  In-nies kienu jidħku bih u kienu jgħidu: “Fl-aħħar tilef moħħu Dijoġene!”  U meta staqsewh x’kien qed jagħmel b’dak il-fanal jgħarrex f’nofs ta’ nhar, qalilhom: “Qed infittex bniedem!”  Kien qed ifittex bniedem mhux aljenat, bniedem li qed jgħix tassew, bniedem li jaf x’inhu jagħmel u mhux imkaxkar mal-kurrent tan-nies ta’ madwaru.  Hu tal-għaġeb li jekk tirkeb fuq tal-linja u tistaqsi lil xi ħadd fejn sejjer, kulħadd jaf iwieġbek, imma jekk tistaqsi: “Għalfejn qed tgħix?” kulħadd jitħawwad!

 

 

Read more...
 
Ezercizzi ghaz-zghazagh
Written by Frans Galea   
Friday, 03 March 2017

 

Illum il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu bdew l-Eżerċizzi tar-Randan għaż-Żgħażagħ fil-parroċċa tagħna. Din is-sena qed isiru b’mod differenti mis-soltu, għax minflok f’ġimgħa waħda ser ikunu mifruxin matul ir-Randan kollu, kull nhar ta’ Ġimgħa fit-8.00pm. B’dan il-mod, anke ż-żgħażagħ li matul il-ġimgħa jkunu jaħdmu jew jistudjaw Malta jkunu jistgħu jattendu. Dawn l-Eżerċizzi qed jitmexxew mid-Djaknu Michael Grima.

 

img_3584.jpg

Last Updated ( Saturday, 04 March 2017 )
 
Ras ir-Randan
Written by Frans Galea   
Friday, 03 March 2017

 

Nhar l-Erbgħa 1 ta’ Marzu 2017 tajna bidu għar-Randan Imqaddes. Fil-5.15pm l-Arċipriet mexxa Quddiesa solenni bis-sehem tat-tfal u l-ġenituri. Fl-omelija tiegħu huwa fisser is-sinifikat tal-irmied li l-Knisja tpoġġi fuq rasna f’dan il-jum. Huwa qal li dan hu sinjal tad-dgħufija u ċ-ċokon tagħna quddiem Alla u fl-istess ħin huwa sinjal ta’ ndiema u penitenza għad-dnubiet tagħna. It-tfal flimkien mal-ġenituri ġew mistiedna jkomplu jattendu għall-Quddiesa Kateketika li ser issir apposta għalihom kull nhar ta’ Erbgħa matul ir-Randan kollu.

 

dsc_5626-1024.jpeg

Last Updated ( Saturday, 04 March 2017 )
 
Il-Bullettin tal-Hadd 26 ta' Frar 2017
Written by Frans Galea   
Sunday, 26 February 2017
 bullettin_26-02-2017_2.jpg
Last Updated ( Sunday, 26 February 2017 )
 
IT-TMIEN HADD MATUL IS-SENA AFDA F’ALLA U TINKWIETA B’XEJN
Written by Frans Galea   
Saturday, 25 February 2017

Din hija il- Liturgija  tat-Tmien Hadd Matul is-Sena ( 2017 ) bi hsibijiet min Joe Rapa.

isaiah_who_was_ready_c-580.jpg

 

Ħafna jgħidu li jemmnu b’qalbhom kollha f’dak kollu li tgħid il-Knisja u li nsibu fil-Kotba Mqaddsa, imma sikwit, forsi mingħajr intenzjoni ħażina, ma nkunux nafu x’qegħdin ngħidu.  Il-Fidi vera, il-Fidi ħajja, mhix kultura jew drawwiet jew kulur ta’ partit jew team tal-football.  Il-Fidi hi fatti; fatti li jidhru fil-Ħajja.  Il-Fidi hi konkreta mmens.  Jekk taffettwa l-mod kif tgħix u taħseb, hi vera;  jekk tgħid ħaġa imma ssib ruħek twettaq ħaġa differenti hi biss fantasija tal-moħħ.  Dan qed  ngħidu għalija, l-ewwel wieħed.

 

Il-Fidi hi rigal ta’ Alla.  Jew għandek jew m’għandekx.  Alla jagħti l-milja tal-Fidi lil min irid Hu.  Hi dejjem rigal li ma jistħoqqulniex.  Rigal gratis.  Grazzja.  Il-Fidi ma tinagħtax għax tagħmel xi opri tajba minħabba l-karattru tajjeb tiegħek.  Il-Fidi hi dejjem rigal b’xejn bla ma hu mistħoqq.  Imma mill-Fidi joħorġu l-għemejjel tal-Ħajja ta’ Dejjem li l-bniedem ma jistax iwettaqhom bis-saħħa tiegħu anke jekk għandu karattru tajjeb.  Jekk ma jidhrux dawn l-għemejjel, il-Fidi hi mejta u fittizja.  Dawn l-għemejjel jissarfu f’illi dak li jkun ipoġġi fl-ewwel post, qabel kollox lil Alla u r-rieda tiegħu, waqt li jħobb b’saħħtu kollha lill-proxxmu tiegħu.  Mhux iħobb lill-proxxmu li jħobbu, imma saħansitra lill dak li jdejqu, li hu differenti minnu... lill-għadu.  Dawn l-affarijiet ħadd ma jista’ jagħmilhom minnu nifsu.  Imma fejn hemm il-Fidi adulta fi Kristu Ġesù, dawn jitwettqu b’mod naturali għax il-Fidi f’Ġesù tbiddillek in-natura qadima u midinba f’waħda ġdida... natura divina... natura ta’ wlied Alla.

 

 

Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 79 - 104 of 995