SIGRA TAL-MILIED B’RISQ IL-KARITÀ |
Written by Frans Galea
|
Friday, 06 December 2019 |
Nhar
il-Ħadd 1 ta’ Diċembru 2019 tajna bidu għaż-żmien tal-Avvent. Fi tmiem
il-Quddiesa tad-9.30am fil-knisja tagħna ġiet inawgurata siġra tal-Milied
b’risq il-karità. It-tfal preżenti ġew mistiedna jqiegħdu fuq din is-siġra dekorazzjonijiet
li fuqhom kien hemm miktub l-isem ta’ xi rigal. Il-komunità ġiet mistiedna biex
kulħadd jieħu xi waħda minn dawn id-dekorazzjonijiet, jixtri r-rigal li jkun
hemm miktub fuqha u jqiegħdu taħt din is-siġra biex imbagħad jingħata lil xi
persuna jew familja fil-bżonn fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied.
|
Last Updated ( Friday, 06 December 2019 )
|